EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ

 

SOMMARJU TA’:

Rakkomandazzjoni dwar pont għall-impjiegi — It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ

X’INHU L-GĦAN TAR-RAKKOMANDAZZJONI?

  • Din għandha l-għan li tappoġġa aħjar l-impjieg taż-żgħażagħ madwar l-UE permezz ta’ skemi nazzjonali li jikkonsistu f’miżuri li jipprovdu liż-żgħażagħ bi triq lejn integrazzjoni stabbli fis-suq tax-xogħol.
  • Din tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar it-twaqqif ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ.

PUNTI EWLENIN

Garanzija għaż-Żgħażagħ

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ ġiet stabbilita fl-2013 biex tiżgura li fi żmien 4 xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jitilqu mill-edukazzjoni formali, iż-żgħażagħ kollha taħt l-età ta’ 25 sena jirċievu offerta ta’ kwalità tajba ta’:

  • impjieg;
  • edukazzjoni kontinwa;
  • apprendistat; jew
  • traineeship.

It-tisħiħ tal-garanzija

Ir-Rakkomandazzjoni ssaħħaħ il-Garanzija għaż-Żgħażagħ billi:

  • tafferma mill-ġdid l-impenn tal-pajjiżi tal-UE li jistabbilixxu skemi nazzjonali li permezz tagħhom iż-żgħażagħ jistgħu jirċievu offerta ta’ impjieg, edukazzjoni, traineeship jew apprendistat fi żmien 4 xhur minn meta jsiru qiegħda jew minn meta jitilqu mill-edukazzjoni formali;
  • testendi l-limitu tal-età għal żgħażagħ immirati ta’ bejn il-25 u d-29 sena u tipprevedi inklużjoni aħjar ta’ persuni minn gruppi vulnerabbli, bħan-NEETs (barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ), in-nisa żgħażagħ u l-persuni b’diżabilità.

Linji gwida

Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ se tiġi implimentata permezz ta’ miżuri ta’ appoġġ fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, abbażi ta’ ċerti linji gwida.

  • Immappjar: l-identifikazzjoni ta’ gruppi fil-mira, servizzi disponibbli, ħtiġijiet b’rabta mal-ħiliet u żgħażagħ f’riskju li jsiru NEET.
  • Sensibilizzazzjoni: kampanji ta’ informazzjoni mmirati fost iż-żgħażagħ u li jilħqu lin-NEETs.
  • Tħejjija: tfassil aħjar tal-profili biex jitqabblu l-ħtiġijiet u t-tweġibiet, konsulenza u gwida, u titjib ta’ ħiliet diġitali u oħrajn importanti.
  • Offerta: inċentivi għall-impjiegi, kwalità u ekwità, u appoġġ għal wara l-kollokament.

Abilitanti trażversali

Sabiex tiġi massimizzata l-effettività, ir-rakkomandazzjoni tidentifika xi fatturi ewlenin.

  • Il-mobilizzazzjoni tas-sħubiji: fil-livelli kollha tal-gvern u bejn il-fornituri tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u partijiet interessati oħra bħall-impjegaturi, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, is-sħab soċjali u s-servizzi ta’ ħidma maż-żgħażagħ.
  • It-titjib tal-ġbir tad-data u l-monitoraġġ tal-iskemi: l-inkoraġġiment tal-kondiviżjoni usa’ tad-data dwar it-traċċar, it-tfassil tal-profili u s-segwitu bejn is-sħab tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ biex jitjieb l-appoġġ.
  • L-użu sħiħ u l-aħjar użu mill-fondi: dan jinkludi:

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Ottubru 2020 dwar Pont għall-Impjiegi — It-tisħiħ tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ April 2013 dwar l-istabbiliment ta’ Garanzija għaż-Żgħażagħ (ĠU C 372, 4.11.2020, pp. 1-9)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2020/2221 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ riżorsi addizzjonali u arranġamenti ta’ implimentazzjoni biex jipprovdi assistenza għat-trawwim ta’ miżuri li jsewwu d-dannu kkawżat mill-kriżi fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi soċjali tagħha u għat-tħejjija ta’ rkupru ekoloġiku, diġitali u reżiljenti tal-ekonomija (REACT-EU) (ĠU L 437, 28.12.2020, pp. 30-42)

Ir-Regolament (UE) 2019/1700 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas komuni għall-istatistika Ewropea relatata ma’ persuni u unitajiet domestiċi, abbażi ta’ data fuq livell individwali miġbura minn kampjuni, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 808/2004, (KE) Nru 452/2008 u (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1177/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 577/98 (ĠU L 261I, 14.10.2019, pp. 1-32)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1181 tat-8 ta’ Lulju 2019 dwar linji gwida għal-linji politiċi dwar l-impjiegi tal-Istati Membri (ĠU L 185, 11.7.2019, pp. 44-45)

Il-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (ĠU C 428, 13.12.2017, pp. 10-15)

l-aħħar aġġornament 19.02.2021

Top