Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi l-objettivi, il-kriterji u l-fondi disponibbli taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-perjodu 2014–2020 b’referenza speċifika għall-kooperazzjoni territorjali Ewropea (KTE) — wieħed mill-għanijiet tal-politika reġjonali tal-Unjoni Ewropea (UE).

PUNTI EWLENIN

Għanijiet ġenerali

Il-KTE hija objettiv prinċipali tal-politika reġjonali tal-UE u hija ffinanzjata mill-FEŻR. Ir-Regolament jiddeskrivi l-isfond u l-prinċipji ġenerali tal-KTE u jispeċifika l-ambitu tal-FEŻR fl-ilħuq tal-objettivi tal-kooperazzjoni territorjali għall-perjodu 2014–2020.

L-għan tal-KTE huwa li tinkoraġġixxi lil reġjuni u bliet minn Stati Membri differenti tal-UE u pajjiżi Ewropej oħra biex jaħdmu flimkien u jitgħallmu minn xulxin permezz ta’ programmi, proġetti u networks konġunti.

Hemm tliet tipi ta’ programmi tal-KTE.

  • Kooperazzjoni transfruntiera. Finanzjament ta’ proġetti konġunti implimentati direttament fil-fruntieri tal-UE, eżempju, bejn artijiet ġirien jew reġjuni bi fruntieri marittimi, jew reġjun f’tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż mhux tal-UE fil-fruntieri esterni tal-UE. Dawn ir-reġjuni f’pajjiżi mhux tal-UE ma jridux ikunu koperti minn programmi taħt l-istrumenti finanzjarji esterni tal-UE.
  • Programmi ta’ kooperazzjoni tranżnazzjonali. Dawn jinvolvu sħab nazzjonali, reġjonali u lokali fuq oqsma akbar ta’ kooperazzjoni, bħar-reġjun tal-Baħar Baltiku.
  • Kooperazzjoni interreġjonali. L-Istati Membri kollha huma eliġibbli li jipparteċipaw f’dan il-programm, li jinkludi proġetti u networks għall-iskambju ta’ esperjenza u prattika tajba bejn il-korpi reġjonali u lokali f’pajjiżi differenti. Dawn il-proġetti għandhom l-għan li jiżguraw li r-riżorsi tal-politika ta’ koeżjoni jiġu applikati b’mod effettiv.

Ġestjoni tal-programmi

Minħabba li l-programmi tal-KTE jikkonsistu fi grupp ta’ Stati Membri u xi kultant pajjiżi mhux tal-UE, dawn huma ġestiti minn korp nominat b’mod konġunt mill-pajjiżi li jipparteċipaw fih.

Rapportar

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/207 jistabbilixxi r-regoli dettaljati li l-awtoritajiet maniġerjali jeħtiġilhom isegwu biex ifasslu r-rapporti ta’ implimentazzjoni annwali u finali.

Baġit

Il-baġit fi ħdan il-FEŻR għall-KTE huwa ta’ EUR 8.9 biljun matul il-perjodu 2014–2020, li huwa maqsum kif ġej:

  • kooperazzjoni transfruntiera: EUR 6.6 biljun;
  • kooperazzjoni tranżnazzjonali: EUR 1.8 biljun;
  • kooperazzjoni interreġjonali: EUR 500 miljun.

Lista ta’ programmi ta’ kooperazzjoni

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/366/UE tistabbilixxi l-lista ta’ programmi ta’ kooperazzjoni u l-ammont ta’ appoġġ tal-FEŻR għal kull programm.

Tfixkil fl-implimentazzjoni tal-programm b’tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna

Ir-Regolament (UE) 2022/2192 jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-programmi ta’ kooperazzjoni 2014–2020 appoġġati mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u fl-ambitu tal-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, wara tfixkil fl-implimentazzjoni tal-programm b’riżultat tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-involviment tal-Ukrajna u tal-Belarussja f’dik l-aggressjoni. Ir-Regolament (UE) 2022/2192 jippermetti lil dawn il-programmi jiffunzjonaw b’mod effettiv billi:

  • jiżgura li l-Istati Membri u r-reġjuni jistgħu jużaw riżorsi ta’ koeżjoni biex jappoġġaw miżuri ħalli jindirizzaw l-isfidi migratorji b’riżultat tal-azzjonijiet tar-Russja;
  • jippermetti li jsiru eċċezzjonijiet mir-regoli normali ta’ kofinanzjament li joffru l-flessibbiltà meħtieġa biex jiġu mmobilizzati r-riżorsi ta’ investiment eżistenti ħalli jiġu indirizzati l-effetti diretti u indiretti li jirriżultaw mill-invażjoni tal-Ukrajna;
  • jippermetti l-kontinwazzjoni ta’ proġetti biss fuq in-naħa tal-fruntiera tal-Istati Membri meta benefiċjarji oħra ma jkunux jistgħu jipparteċipaw; u
  • jipprovdi ċertezza legali għal aspetti oħra li jiffaċċjaw l-awtoritajiet tal-programm.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

Il-FEŻR huwa wieħed mill-ħames Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej li jaħdmu flimkien biex jappoġġaw il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 259–280).

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2022/2192 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Novembru 2022 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-programmi ta’ kooperazzjoni 2014–2020 appoġġati mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u fl-ambitu tal-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, wara tfixkil fl-implimentazzjoni tal-programm (ĠU L 292, 11.11.2022, pp. 1–11).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/207 tal-20 ta’ Jannar 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati li jimplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudelli għar-rapport ta’ progress, il-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar proġett maġġuri, il-pjan ta’ azzjoni konġunta, ir-rapporti ta’ implimentazzjoni għall-Investiment għall-għan tat-tkabbir u l-impjiegi, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, l-istrateġija tal-awditjar, l-opinjoni tal-awditu u r-rapport ta’ kontroll u l-metodoloġija għat-twettiq tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mudell għar-rapporti tal-implimentazzjoni għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 38, 13.2.2015, pp. 1–122).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/207 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014 tat-28 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-arranġamenti dettaljati għat-trasferiment u l-immaniġġar ta’ kontribuzzjonijiet tal-Programm, ir-rappurtar dwar strumenti finanzjarji, il-karatteristiċi tekniċi tal-miżuri ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni għal operazzjonijiet u s-sistema biex tiġi rreġistrata u tinħażen id-data (ĠU L 223, 29.7.2014, pp. 7–18).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/388/UE tas-16 ta’ Ġunju 2014 li tfassal il-lista ta’ reġjuni u żoni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-fergħat transfruntieri u tranżnazzjonali tal-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 183, 24.6.2014, pp. 75–134).

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/366/UE tas-16 ta’ Ġunju 2014 li tistabbilixxi lista ta’ programmi ta’ kooperazzjoni u tindika l-ammont globali tal-appoġġ totali mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għal kull programm taħt l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 178, 18.6.2014, pp 18–25).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, pp. 27–43).

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, pp. 5–44).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, pp. 45–50).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2014 tal-25 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi regoli skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd fir-rigward ta’ mudell għal programmi operazzjonali skont l-għan ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea fir-rigward ta’ mudell għall-programmi ta’ kooperazzjoni skont il-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea. (ĠU L 87, 22.3.2014, pp. 1–48).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 184/2014 tal-25 ta’ Frar 2014 li jistabbilixxi skont ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, it-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għas-sistema elettronika ta’ skambju ta’ dejta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u li jadotta skont ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea, in-nomenklatura tal-kategoriji ta’ intervent għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali taħt il-mira ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (ĠU L 57, 27.2.2014, pp. 7–20).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 320–469).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 289–302).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, pp. 19–24).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 30.03.2023

Top