This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Il-finanzjament tal-operazzjonijiet militari u tad-difiża tal-Unjoni Ewropea (Athena)
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
SOMMARJU
X’TAGĦMEL DIN ID-DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL?
— |
Hija tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-UE li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża, magħruf bħala l-mekkaniżmu Athena.
|
— |
Athena huwa mingħajr skop ta’ qligħ u għandu l-kapaċità legali meħtieġa sabiex, fost l-oħrajn, jidħol f’kuntratti u jkun parti għall-proċedimenti legali.
|
PUNTI EWLENIN
— |
Il-korp tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta’ Athena huwa l-Kumitat Speċjali, li huwa kompost minn rappreżentant wieħed minn kull wieħed mis-27 pajjiż tal-UE li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-operazzjonijiet militari tal-UE (id-Danimarka hija eżentata mill-attivitajiet relatati mad-difiża fil-kuntest tal-UE).
|
— |
Jeżistu tliet korpi amministrattivi taħt il-kumitat speċjali:
|
— |
Din id-deċiżjoni tiddefinixxi l-ispejjeż eliġibbli tal-finanzjament konġunt minn Athena, skont il-fażi tal-operazzjoni, li hija definita fl-annessi tagħha:
|
— |
Kull sena, l-Amministratur jipproponi l-abbozz ta’ baġit lill-Kumitat Speċjali għas-sena ta’ wara. Dan jitfassal bl-appoġġ ta’ kull kmandant ta’ operazzjoni. Huwa jrid jinkludi previżjoni tad-dħul sabiex tkun koperta n-nefqa, kif ukoll l-allokazzjonijiet finanzjarji sabiex ikunu koperti:
|
Eżempji ta’ operazzjonijiet li jibbenifikaw mill-finanzjament ta’ Athena jinkludu:
— |
EUFOR ALTHEA fil-Bożnija-Ħerzegovina
|
— |
EUNAVFOR ATALANTA (il-Qarn tal-Afrika)
|
— |
EUMAM RCA (ir-Repubblika Ċentru-Afrikana).
|
META TAPPLIKA DIN ID-DEĊIŻJONI?
Hija daħlet fis-seħħ fis-27 ta’ Marzu 2015.
SFOND
Il-Kunsill tal-UE adotta l-ewwel dokument (10155/02) dwar il-finanzjament tal-operazzjonijiet tal-immaniġġar ta’ kriżijiet immexxija mill-UE fl-2002. Sadanittant, id-Deċiżjoni 2004/197/PESK kienet l-ewwel li ħolqot il-mekkaniżmu Athena. Dik id-deċiżjoni ġiet emendata bosta drabi u finalment kienet sostitwita mid-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 fl-2015 .
ATT
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 tas-27 ta’ Marzu 2015 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża (Athena) u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/871/PESK (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 39–63)
l-aħħar aġġornament 16.11.2015