Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Pjan ta’ Azzjoni ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni Pjan ta’ Azzjoni ta’ Unjoni tas-Swieq Kapitali (COM (2015) 468 final)

SOMMARJU

X’TAGĦMEL DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

  • Tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni biex tgħin fil-ħolqien ta' iktar finanzjament għan-negozji tal-UE.
  • L-għan ġenerali tagħha huwa li tistimula l-investiment, it-tkabbir u l-impjiegi fl-ekonomija tal-UE, li jwasslu għal suq uniku għall-kapital fl-UE.

PUNTI EWLENIN

  • Il-pjan ta’ azzjoni huwa msejjes fuq numru ta’ prinċipji ewlenin. Dawn jinkludu:
    • il-ħolqien ta' aktar opportunitajiet għan-negozji u l-investituri;
    • il-bini ta' sistema finanzjara aktar stabbli; u
    • aktar integrazzjoni tas-swieq finanzjarji fl-UE.
  • Il-Komunikazzjoni tistabbilixxi skeda ta' żmien u serje ta’ inizjattivi biex jiġu adottati mill-Kummissjoni Ewropea fi żmien qasir u medju biex jgħinu fil-bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali sal-2019.
  • Azzjonijiet fuq perjodu ta’ żmien qasir jinkludu:
  • Azzjonijiet għal tul ta’ żmien medju jinkludu żvilupp ta’ strateġija li tipprovdi assistenza teknika lill-pajjiżi tal-UE biex tappoġġja l-kapaċità tagħhom li jkunu parti minn Unjoni tas-Swieq Kapitali.
  • Azzjonijiet għal żmien fit-tul jinkludu:
    • appoġġ għall-aċċess ta’ finanzi, eż. billi jitneħħew ostakli għal investiment tal-SMEs;
    • żieda fl-investiment, eż. billi jiġi appoġġat it-tfaddil għall-irtirar;
    • it-tneħħija ta’ ostakli, bħall-ostakli tat-taxxa, għal investiment bejn il-pajjiżi tal-UE.

Il-Pjan ta’ Azzjoni huwa pilastru ewlieni fil-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa li għandu l-għan li jistimula l-investiment u tkabbir fl-UE lejn irkupru ekonomiku, wara l-kriżi finanzjarja riċenti.

SFOND

Unjoni tas-Swieq Kapitali

TERMINI EWLENIN

* Titolizzazzjoni: transazzjoni li tippermetti sellief – ġeneralment bank — biex jiffinanzja mill-ġdid sett ta’ self/assi (eż. ipoteki, kirjiet tal-karozzi, self lill-konsumatur, karti ta’ kreditu) billi jikkonvertihom f’titoli li l-oħrajn ikunu jistgħu jinvestu fihom.

* Kapital ta’ riskju: flus ipprovduti mill-investituri biex jibdew ditti u negozji żgħar li huma perċeputi li għandhom potenzjal ta’ tkabbir fit-tul

* Prospett: dokument meħtieġ legalment li jipprovdi dettalji dwar offerta ta’ investiment għall-bejgħ lill-pubbliku.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta' Azzjoni għall-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali (COM(2015) 468 final tat-30.9.2015)

ATTI RELATATI

Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Analiżi Ekonomika li Takkompanja d-dokument Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta' Azzjoni għall-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali (SWD(2015) 183 final tat-30.9.2015)

Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni: Dikjarazzjoni Feedback dwar il-Green Paper “Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali” Li takkompanja d-dokument Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta' Azzjoni għall-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali (SWD(2015) 184 final tat-30.9.2015)

l-aħħar aġġornament 12.01.2016

Top