Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Reġistri kummerċjali għal għanijiet statistiċi

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 177/2008 — regoli standard għall-istatistiċi kummerċjali

X’INHU L-GĦAN TA' DAN IR-REGOLAMENT?

Huwa jirrevoka u jissostitwixxi r-Regolament (KEE) Nru 2186/93, dan ir-regolament jistabbilixxi regoli standard għar-reġistri kummerċjali statistiċi* f’kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE), sabiex jiżgura li dawn jikkompilaw data affidabbli u komparabbli li ser tgħin lill-istituzzjonijiet tal-UE janalizzaw l-attività kummerċjali fl-Ewropa.

PUNTI EWLENIN

Kull pajjiż tal-UE huwa meħtieġ jistabbilixxi mill-inqas reġistru kummerċjali tal-istatistika standardizzat wieħed li jinkludi l-unitajiet tal-istatistika li ġejjin:

  • il-kumpaniji kollha li jikkontribwixxu għall-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiż tal-UE fejn huma bbażati u l-unitajiet lokali tagħhom (bħal maħżen, fabbrika jew workshop),
  • l-“unitajiet legali” (persuni, organizzazzjonijiet, eċċ.) li jikkostitwixxu unità tal-istatistika,
  • gruppi multinazzjonali (jiġifieri dawk magħmula mill-inqas minn żewġ unitajiet legali li jinsabu f’pajjiżi differenti),
  • l-unitajiet legali kollha ta’ grupp multinazzjonali li huma bbażati f’dak il-pajjiż,
  • gruppi li huma bbażati għalkollox (il-kumpanniji kollha) f’dak il-pajjiż (“gruppi totalment residenti”).

Għal aktar dettalji dwar dawn l-unitajiet, u d-definizzjoni preċiża tagħhom, ara l-Anness fir-Regolament (KEE) Nru 696/93.

Obbligi nazzjonali

Kull pajjiż tal-UE jrid:

  • jiżgura li r-reġistri kummerċjali tal-istatistika tiegħu jipprovdu data affidabbli, preċiża u aġġornata (u juri dan f’rapport jekk mitlub mill-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, Eurostat)
  • jaġġorna r-reġistri tiegħu mill-inqas darba fis-sena (entrati u tneħħijiet)
  • iwettaq analiżi statistika bl-użu tad-data fir-reġistri tiegħu u jibgħatha lill-Kummissjoni.

Obbligi tal-Kummissjoni Ewropea

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-25 ta’ Marzu 2008.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

* TERMINI EWLENIN

Reġistri tal-kummerċ: databases użati biex jipproduċu statistika tal-kummerċ. Dawn ikun fihom listi ta' unitajiet ta' statistika li jiddeskrivu l-atturi relevanti kollha fl-ekonomija, eż., kumpaniji, korpi pubbliċi u mhux għal profitt. Huma jirreġistraw ukoll informazzjoni dwar bidliet fil-kompożizzjoni ta' dawn l-unitajiet (start-ups, għeluq jew kwalunkwe bidliet li jseħħu, pereżempju, minħabba mergers, takeovers jew ristrutturazzjoni), impjiegi, fatturat, eċċ

DOKUMENT EWLIENI

Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet ta’ l-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6-16)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 696/93 tal-15 ta' Marzu 1993 dwar l-unitajiet tal-istatistika għall-osservazzjoni u l-analiżi tas-sistema ta'-produzzjoni fil-Komunità (ĠU L 76, 30.3.1993, p. 1-11)

Emendi suċċessivi għar-Regolament (KEE) Nru 696/93 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta' valur dokumentarju biss.

Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-20 ta’ Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (COM(2015) 90 final tal-5.3.2015)

l-aħħar aġġornament 07.11.2016

Top