Izberite preskusne funkcije, ki jih želite preveriti.

Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.

Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 — għajnuna għall-iżvilupp rurali

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Ir-regolament:

  • jistabbilixxi kif il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ żoni rurali u tas-settur agrikolu għall-perjodu 2014-2020 biex ikun:
    • reżiljenti, kompetittiv u innovattiv,
    • ma jagħmilx ħsara lill-ambjent u jkun ibbilanċat biex ma jagħmilx ħsara ambjentali,
    • soċjalment inklużiv;
  • jistabbilixxi r-regoli li jmexxu l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-iżvilupp rurali, iffinanzjat mill-FAEŻR;
  • jispjega l-objettivi tal-FAEŻR u kif jaħdem.

Kien emendat mir-Regolament (UE) 2017/2393, li introduċa serje ta’ modifikazzjonijiet tekniċi għall-ħames regolamenti relatati mal-Politika Agrikola Komuni (PAK):

Ġie emendat iktar mir-Regolament (UE) 2020/2220, li fost affarijiet oħra, jistabbilixxi r-regoli tranżitorji għall-implimentazzjoni tal-FEAŻR, inkluż riżorsi speċifiċi biex jgħinu l-irkupru tas-settur agrikolu tal-UE u ta’ żoni rurali wara l-pandemija tal-COVID-19.

PUNTI EWLENIN

Objettivi

Il-FAEŻR għandu l-għan li:

  • jrawwem il-kompetittività fl-agrikoltura;
  • jiżgura li r-riżorsi naturali huma ġestiti b’mod sostenibbli u li l-miżuri biex tiġi indirizzata l-bidla fil-klima jiġu implimentati b’mod effettiv;
  • jikseb żvilupp bilanċjat territorjali ta’ żoni rurali fl-UE kollha, inkluż il-ħolqien u ż-żamma tal-impjiegi.

Prijoritajiet

L-UE tgħin azzjoni li tilħaq is-sitt oġġettivi prioritarji:

  • it-trawwim tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni;
  • it-titjib tal-vijabbiltà u l-kompetittività tat-tipi kollha ta’ agrikoltura u l-immaniġġjar sostenibbli tal-foresti;
  • il-promozzjoni tal-organizzazzjoni tal-katina tal-ikel, inkluż l-ipproċessar u l-marketing ta’ prodotti agrikoli, il-benesseri tal-annimali u l-ġestjoni tar-riskju;
  • ir-restawr, il-preservazzjoni u t-titjib tal-ekosistemi relatati mal-agrikoltura u l-forestrija;
  • il-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi u t-transizzjoni għal ekonomija b’livell baxx ta’ karbonju;
  • il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-tnaqqis tal-faqar u l-iżvilupp ekonomiku fiż-żoni rurali.

l-Istati Membri tal-UE u r-reġjuni jista’ wkoll jindirizzaw oqsma ta’ importanza partikolari fil-qasam tagħhom bħal:

  • bdiewa żgħażagħ;
  • irziezet żgħar;
  • żoni muntanjużi;
  • nisa fiż-żoni rurali;
  • mitigazzjoni, adattament u bijodiversità tat-tibdil fil-klima.

Baġit

  • Il-baġit tal-FAEŻR għall-perjodu kien stabbiliet għal €99.3 biljuni fl-2015. Mill-inqas 30 % ta’ dan irid jintuża għal miżuri li jieħdu ħsieb l-ambjent u jiġġieldu t-tibdil fil-klima u 5 % huwa riservat għall-istrateġiji ta’ żvilupp lokali.
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/791 jirrevedi t-tqassim tal-baġit tal-għajnuna tal-UE għall-programmi tal-iżvilupp rurali (Anness I għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013).

Emenda tal-2017 tar-Regolament

Ir-Regolament (UE) 2017/2393, li ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2018, jimmira li jissimplifika u jtejjeb l-aċċess tal-bdiewa għall-finanzjament taħt il-PAK. Fost affarijiet oħra, jintroduċi:

  • għodda ġdida għall-istabbilizzazzjoni tad-dħul speċifiku għas-settur li tipprovdi kumpens lill-bdiewa milquta minn tnaqqis qawwi fid-dħul tagħhom;
  • appoġġ għal kuntratti ta’ assigurazzjoni f’każijiet fejn aktar minn 20 % tal-produzzjoni annwali medja ta’ bidwi tinqered, pereżempju minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp.

Implimentazzjoni

Ir-regolament jitlob li l-politika għall-iżvilupp rurali tkun konsistenti ma’ politiki oħrajn f’dan il-qasam. Regoli u ftehimiet fil-livell tal-UE huma fis-seħħ biex jiżguraw li l-finanzjament tal-UE jintuża b’mod effettiv, u jimminimizza l-irduppjar u l-inkonsistenzi.

Il-pandemija tal-COVID-19

  • Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2020/872 jipprovdi assistenza għall-emerġenza temporanja f’każijiet ta’ eċċezzjoni lill-bdiewa u lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) attivi fl-ipproċessar, fil-marketing jew fl-iżvilupp ta’ prodotti agrikoli u tal-qoton taħt il-FAEŻR.
  • L-Istati Membri jeħtieġ li jimmiraw l-għajnuna għal beneifiċjarji li huma l-iktar affettwati mill-kriżi tal-COVID-19 skont l-evidenza disponibbli u l-oġġettiv kif ukoll skont il-kriterji nondiskriminatorji tal-għażla
  • L-appoġġ għandu jieħu l-forma ta’ ħlas ta’ ammont f’daqqa li għandu jitħallas sat-30 ta’ Ġunju 2021, ibbażat fuq applikazzjonijiet għal appoġġ approvati mill-awtorità nazzjonali kompetenti sal-31 ta’ Diċembru 2020.
  • L-ammont massimu tal-għajnuna jeħtieġ li ma jaqbisx EUR 7,000 għal kull bidwi u EUR 50,000 għal kull SME.

Għajnuna temporanja eċċezzjonali

  • Ir-Regolalment Emendatorju (UE) 2022/1033 jintroduċi l-possibilità għall-Istati Membri li jipprovdu għajnuna temporanja eċċezzjonali b’likwidità taħt il-FAEŻD għall-bdiewa u għall-SMEs bħala reazzjoni għall-impatt tal-invażjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna. L-għajnuna tipprova tindirizza l-problemi li jpoġġu l-kontinwità tal-attivitajiet tal-bdiewa u tan-negozji żgħar li jipproċessaw prodotti agrikoli fir-riskju — żidiet sostanzjali fl-ispejjeż tal-input, b’mod partikolari għall-impriżi tal-għalf u tal-fertilizzant, kif ukoll għal spejjeż li żdiedu tal-enerġija.
  • Il-bdiewa u l-SMEs ser ikunu kapaċi jirċievu għajnuna sa EUR 15,000 u EUR 100,000 rispettivament. Dan ser jitħallas sal-15 ta’ Ottubru 2023. Għaldaqstant l-Istati Membri ser ikollhom bżonn jissottomettu emenda għall-programm(i) ta’ żvilupp rurali tagħhom li jintroduċi din il-miżura ġdida.

Regoli trażizzjonali għas-snin 2021 u 2022

  • Ir-Regolament Emendatorju (UE) 2020/2220 iħalli l-applikazzjoni kontinwa tar-regoli taħt il-qafas tal-PAK 2014-2020, u jassigura l-kontinwità tal-pagamenti lill-bdiewa u lil benefiċjarji oħra ta’ għajnuna mill-FAEŻD fl-2021 u 2022 sakemm il-qafas il-ġdid japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
  • Barra minn hekk, għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-bdiewa u lill-SMEs, partikolarment affettwati mill-kriżi tal-COVID-19 ser tindirizza l-problemi attwali tal-likwidità li qed jheddu l-kontinwità tal-biedja u tan-negozji żgħar li huma attivi fl-ipproċessar, fil-marketing jew fl-iżvilupp tal-prodotti agrikoli.
  • L-ammont totali tal-għajnuna mill-UE għall-iżvilupp rurali mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2022 ser ikun massimu ta’ EUR 26,896,831,880 fi prezzijiet kurrenti, skont il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 sal-2027.
  • Ammont ieħor ta’ EUR 8,070,486,840 fi prezzijiet kurrenti għandu jsir disponibbli bħala riżors addizzjonal taħt l-FAEŻD għall-irkupru tas-settur agrikolu tal-UE u ż-żoni rurali għas-snin 2021 u 2022. Ir-regolament jistabbilixxi regoli dettaljati dwar kif dawn il-fondi għandhom jiġu allokati għall-prijoritajiet, bħal żvilupp ekonomiku u soċjali, azzjoni għall-klima, il-benesseri tal-annimali, eċċ.

MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

Il-FAEŻR huwa wieħed minn żewġ fondi tal-UE li jipprovdi flus għall-implimentazzjoni tal-PAK (l-ieħor huwa l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Garanzija). Huwa jfittex li jinkoraġġixxi l-iżvilupp rurali madwar l-UE, billi jaħdem flimkien ma’ inizzjattivi oħra f’dan il-qasam biex l-użu effettiv tal-fondi tal-UE jiġi assigurat.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 487-548).

Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (ĠU L 227, 31.7.2014, pp. 1-17).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 227, 31.7.2014, pp. 18-68).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 809/2014 tas-17 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, tal-miżuri tal-iżvilupp rurali u tal-kundizzjonalità (ĠU L 227, 31.7.2014, pp. 69-124).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 320-469).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 549-607).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 608-670).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, pp. 671-854).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 01.01.2023

Na vrh