EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62023CN0180

Kawża C-180/23: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

ĠU C 173, 15.5.2023, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 173/26


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-180/23)

(2023/C 173/36)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: D. Triantafyllou u P. Messina, agenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet

tikkonstata li, billi ma kkonkludietx u ma ppubblikatx ftehim kuntrattwali bejn l-awtoritajiet Griegi u l-Organismos Sidirodromon Ellados (l-Organizzazzjoni tal-Ferroviji tal-Greċja, OSE), il-ġestjonarju tal-infrastruttura Ellenika, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 30(2) u (6) tad-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) (1), ikkunsidrat flimkien mal-Anness V tagħha; u

tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika Ellenika ma kkonkludietx mal-ġestjonarju tal-infrastruttura (l-OSE) il-ftehim previst dwar l-infrastruttura tal-ferroviji li huwa previst fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2012/34. Issa, dan il-ftehim kellu jkun konkluż għas-16 ta’ Ġunju 2015 (Artikolu 64 tad-Direttiva) u josserva l-elementi kollha elenkati fl-Anness V.


(1)  ĠU 2012, L 343, p. 32, rettifiki fil-ĠU 2015, L 67, p. 32 u fil-ĠU 2015, L 196, p. 67.


Top