EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0009

Kawża C-9/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Jannar 2018 – Proċeduri kriminali kontra Detlef Meyn

ĠU C 134, 16.4.2018, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 134/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Karlsruhe (il-Ġermanja) fl-4 ta’ Jannar 2018 – Proċeduri kriminali kontra Detlef Meyn

(Kawża C-9/18)

(2018/C 134/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Karlsruhe

Partijiet fil-kawża prinċipali

Imputat: Detlef Meyn

Domandi preliminari

L-obbligu ta’ rikonoxximent reċiproku previst fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid) (1) jeżisti wkoll meta Stat Membru jkun issostitwixxa liċenzja tas-sewqan mingħajr eżami tal-ħila u meta l-liċenzja tas-sewqan preċedenti ma tkunx suġġetta għall-obbligu ta’ rikonoxximent (f’dan il-każ, l-imsemmija liċenzja tas-sewqan preċedenti, maħruġa minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni, kienet hija stess ibbażata fuq is-sostituzzjoni ta’ liċenzja tas-sewqan ta’ pajjiż terz, skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 11(6) tad-Direttiva 2006/126)?


(1)  ĠU 2006, L 403, p. 18.


Top