EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TN0217

Kawża T-217/17: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2017 – FVE Holýšov I et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 202, 26.6.2017, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

26.6.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/20


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ April 2017 – FVE Holýšov I et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-217/17)

(2017/C 202/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FVE Holýšov I s. r. o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) u 27 rikorrent ieħor (rappreżentanti: A. Reuter, H. Wendt, C. Bürger, T. Christner, W. Schumacher, A. Compes u T. Herbold, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara nulla d-Deċiżjoni tal-konvenuta C (2016) 7827 finali, tat-28 ta’ Novembru 2016, Għajnuna mill-Istat SA.40171 Istat (2015/NN) (1), dwar il-promozzjoni ta’ produzzjoni tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fir-Repubblika Ċeka; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega li bl-ittra tagħha ta’ Lulju 2004 lill-assoċjazzjonijiet industrijali rilevanti il-konvenuta kienet diġà ddeċidiet li l-iskema ta’ promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli tar-Repubblika Ċeka ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat, u l-konvenuta hija, bħala punt ta’ liġi, marbuta b’din id-deċiżjoni, li hija ma rrevokatx u ma tistax tirrevoka.

2.

It-tieni motiv, li jallega ksur tal-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti u ċ-ċertezza tal-liġi.

3.

It-tielet motiv, li jallega li l-iskema ta’ promozzjoni rilevanti Ċeka ma tikostitwixxix għajnuna mill-Istat.

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata iġġiegħel lir-Repubblika Ċeka sabiex timplementa mekkaniżmu ta’ reviżjoni eċċessiv li jikser l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti fl-affiddabbiltà tal-iskema.

5.

Il-ħames motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq żbalji ta’ fatt peress li tgħid li hemm obbligu għall-operaturi tal-grilja sabiex jgħaddi l-ispiża tal-enerġija rinnovabbli lill-konsumaturi tal-enerġija. Ma kien hemm ebda obbligu bħal dan taħt il-liġi Ċeka.

6.

Is-sitt motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 5(1) tat-Trattat UE (limitazzjoni tal-kompetenzi mill-prinċipju ta’ konferiment).

7.

Is-seba’ motiv, li jallega li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.


(1)  ĠU C 69, 2017, p. 2.


Top