EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0071

Kawża F-71/14: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS)

ĠU C 388, 3.11.2014, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 388/29


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – ZZ vs Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS)

(Kawża F-71/14)

2014/C 388/35

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: L. F. de Castro u J.-L. Gillain, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (EEAS)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li ma jibqgħux jitħallsu l-kumpens għall-kundizzjonijiet tal-ħajja (KKĦ), il-kumpens addizzjonali (KA) fid-dawl tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-post ta’ assenjazzjoni tar-rikorrenti u allowance ta’ kuljum (AK), u ħlas ta’ 49 jum ta’ leave tas-sena 2012 mhux meħuda kif ukoll talba għall-kumpens għad-dannu għal nuqqas ta’ assistenza u abbandun wara l-inċident fuq il-post tax-xogħol li r-rikorrenti sfat vittma tiegħu.

Talbiet tar-rikorrenti

il-ħlas tal-KA u tal-KKĦ mill-1 ta’ Mejju 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2013, jew tal-inqas il-ħlas għall-istess perijodu tal-AK;

il-ħlas tad-49 jum ta’ leave mhux meħuda matul is-sena 2012;

l-istabbiliment mill-ġdid tal-kuntratt jew l-istabbiliment ta’ kuntratt ġdid għal żmien indeterminat jew li għandu, fit-tmien tiegħu, jiġi kkonfermat bħala kuntratt għal żmien indeterminat jew kumpens għad-dannu marbut mal-fatt li, mingħajr l-inċident, kuntratt ġdid kien jiġi konkluż bejn ir-rikorrenti u l-konvenut;

il-kumpens għad-dannu li hija sofriet wara l-inċident. i) EUR 10  000 fir-rigward tan-nuqqas ta’ assistenza fil-Ġordan u f’Brussell fuq livell mediku, amministrattiv u pekunjarju ii) somma ugwali għas-salarji, għall-allowances u għall-benefiċċji kollha mhux riċevuti u mitlufa u għall-spejjeż kollha sostnuti, mediċi u oħrajn, mir-rikorrenti minħabba l-inċident, stmati provviżorjament għal EUR 50  000, għall-inċident li n-Nazzjonijiet Uniti u l-EEAS huma responsabbli għalih; dan tal-aħħar għandu jassisti u jiffinanzja din il-kawża għal dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-partijiet kollha involuti fl-organizzazzjoni ta’ dan il-perijodu ta’ prova. iii) somma provviżorja ta’ EUR 50  000 għall-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat, li kull darba jinkludu klawżoli ta’ prova, b’mod partikolari dan l-aħħar wieħed u n-nuqqas ta’ tiġdid tiegħu.


Top