EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0036

Kawża F-36/14: Rikors ippreżentat fit- 18 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

ĠU C 292, 1.9.2014, p. 60–60 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/60


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-36/14)

2014/C 292/77

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li, minn naħa, jiċħdu t-talba għal estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, jikkonfermaw l-irtirar ex officio ta’ dan tal-aħħar fl-1 ta’ Ġunju 2014.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Awtorità tal-Ħatra fit-28 ta’ Marzu 2014, flimkien mad-deċiżjoni tad-Direttur Ġenerali tad-DĠ ENTR tas-7 ta’ April 2014, li tiċħad it-talba għal estensjoni tas-servizz tar-rikorrent u, għaldaqstant, tikkonferma l-irtirar ex officio ta’ dan tal-aħħar fl-1 ta’ Ġunju 2014;

tikkumpensa d-danni li rriżultaw jew li jistgħu jirriżultaw mid-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top