EUR-Lex El acceso al Derecho de la Unión Europea

Volver a la página principal de EUR-Lex

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62011TN0558

Kawża T-558/11: Rikors ippreżentat fil- 31 ta’ Ottubru 2011 — Atlas sp. z. o.o. vs UASI — Couleurs de Tollens-Agora (ARTIS)

ĠU C 13, 14.1.2012, p. 16/17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/16


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2011 — Atlas sp. z. o.o. vs UASI — Couleurs de Tollens-Agora (ARTIS)

(Kawża T-558/11)

2012/C 13/35

Lingwa tar-rikors: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Atlas sp. z. o.o. (Łódź, ir-Repubblika tal-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Couleurs de Tollens-Agora, S.a.s. (Clichy, Franza)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li r-rikors huwa ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-28 ta’ Lulju 2011, innotifikata lir-rikorrenti fis-7 ta’ Settembru 2011, fil-Każ R 1253/2010-1;

sussidjarjament, tibdel id-deċiżjoni kkontestata u tirrikonoxxi r-reġistrazzjoni tat-trade mark “ARTIS”;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “ARTIS” għal prodotti fil-klassijiet 2 u 17 — Applikazzjoni Nru 6158761

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Couleurs de Tollens-Agora S.a.s.

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark verbali “ARTIS” irreġistrata fi Franza bin-numru 93 484 880 għal prodotti fil-klassijiet 1 u 19

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1), għal dak li jirrigwarda l-istabbiliment tax-xebh bejn it-trade marks u tal-probabbiltà ta’ konfużjoni għall-konsumaturi.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas- 26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


Arriba