EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0478

Kawża T-478/10: Rikors ippreżentat fl- 4 ta’ Ottubru 2010 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni

ĠU C 346, 18.12.2010, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

18.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/49


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2010 — Département du Gers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-478/10)

()

2010/C 346/95

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Département du Gers (Auch, Franza) (rappreżentanti: S. Mabile u J.-P. Mignard, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2010/419/UE, tat-28 ta’ Lulju 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jinkludu qamħirrun modifikat ġenetikament Bt11 (SYN-BTØ11-1) jew prodotti li jinkudu dan il-qamħirrun skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent, dipartiment Franċiż b’densità agrikola għolja li jkabbar il-qamħirrun fuq uċuh kbar ta’ art, jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/419/UE li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ qamħirrun modifikat ġenetikament jew prodotti li jinkludu dan il-qamħirrun.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent iressaq żewġ motivi bbażati:

fuq eċċezzjoni ta’ illegalità fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), li abbażi tiegħu kienet ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn:

ir-Regolament Nru 1829/2003 jikser il-prinċipju ta’ ekwilibriju istituzzjonali, inkwantu i) il-Parlament Ewropew ma għandux setgħat fil-proċedura ta’ awtorizzazzjoni, filwaqt li l-Kummissjoni għandha setgħa wisq importanti u ii) l-Istati Membri jitħallew mingħajr marġni ta’ diskrezzjoni;

ir-Regolament Nru 1829/2003 jikser il-prinċipju ta’ prekawzjoni, inkwantu huwa ma jieħux biżżejjed inkunsiderazzjoni t-theddid li jqum minħabba l-prodotti tal-ikel u l-għalf għall-annimali modifikati ġenetikament għas-saħħa tal-bniedem, għall-ambjent, għall-agrikultura u għall-annimali mrobbija;

ir-Regolament Nru 1829/2003 jikser id-drittijiet tal-konsumaturi, minn naħa billi ma jipprovdi għal ebda miżura li tippermetti lill-konsumaturi jkunu informati li l-annimali kkonsmati ġew magħlufa b’GMOs u, min-naħa l-oħra, billi jippermetti infomazzjoni materjalment żbaljata fuq in-nuqqas ta’ GMOs fil-prodotti li madankollu jinkludu qamħirrun GMO b’rata ta’ kompożizzjoni ta’ inqas minn 0,9 %;

fuq illegalità tad-deċiżjoni kkontestata:

għal nuqqas ta’ motivazzjoni li jikkostitwixxi ksur tal-forom sostanzjali, inkwantu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni sempliċement tirreferi għall-opinjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (iktar ’il quddiem, l-“AESI”);

għal inkompetenza negattiva li tikkostitwixxi abbuż tal-proċeduri, peress li l-Kummissjoni naqset milli teżerċita s-setgħa diskrezzjonali tagħha;

għal ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, peress li l-metodi ta’ evalwazzjoni użati mill-AESI ma humiex kompleti u peress li l-evalwazzjoni tal-qamħirrun Bt11 hija wisq inċerta;

għal ksur tad-drittijiet tal-konsumaturi minħabba n-nuqqas ta’ ttikkettjar tal-annimali magħlufa bil-qamħirrun Bt11 kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza rigward il-prodotti li jinkludu inqas minn 0,9 % ta’ qamħirrun Bt11.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 32, p. 432


Top