EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0431

Kawżi magħquda T-431/10 u T-560/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta’ Ġunju 2013 — Nencini vs Il-Parlament ( “Leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew — Spejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ assistenza parlamentari — Irkupru ta’ somom mogħtija indebitament — Preskrizzjoni — Terminu raġonevoli — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ kontradittorju — Proporzjonalità” )

ĠU C 225, 3.8.2013, p. 64–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/64


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ġunju 2013 — Nencini vs Il-Parlament

(Kawżi magħquda T-431/10 u T-560/10) (1)

(Leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-ispejjeż u l-allowances tad-deputati tal-Parlament Ewropew - Spejjeż tal-ivvjaġġar u ta’ assistenza parlamentari - Irkupru ta’ somom mogħtija indebitament - Preskrizzjoni - Terminu raġonevoli - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ kontradittorju - Proporzjonalità)

2013/C 225/142

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Riccardo Nencini (Barberino del Mugello, l-Italja) (rappreżentanti: F. Bertini u M. Chiti, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn N. Lorenz, D. Moore u A. Caiola, u sussegwentement minn N. Lorenz, D. Moore u G. Ricci, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talbiet għall-annullament tad-deċiżjonijiet tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament, tas-16 ta’ Lulju 2010 u tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar l-irkupru ta’ ċerti somom irċevuti mir-rikorrenti, ex membru tal-Parlament, li jirrimborsaw l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tal-assistenza parlamentari li ngħataw indebitament, kif ukoll tan-noti ta’ debitu tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi tal-Parlament Nru 312331, tal-4 ta’ Awwissu 2010, u Nru 315653, tat-13 ta’ Ottubru 2010, kif ukoll kwalunkwe att ieħor relatat u/jew preċedenti u, sussidjarjament, talbiet ta’ rinviju tal-kawża lis-Segretarju Ġenerali tal-Parlament sabiex jistabbilixxi mill-ġdid b’mod ekwu l-ammont li l-irkupru tiegħu huwa mitlub.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors fil-Kawża T-560/10 huwa miċħud.

(2)

Riccardo Nencini huwa kkundannat għall-ispejjeż fil-Kawża T-560/10, inkluż l-ispejjeż tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

(3)

Il-Kawża T-431/10 hija mħassra mir-reġistru.

(4)

Kull parti għandha tħallas l-ispejjeż tagħha fil-Kawża T-431/10, inkluż l-ispejjeż tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


Top