EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CN0051

Kawża C-51/08: Rikors ippreżentat fit- 12 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

ĠU C 128, 24.5.2008, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.5.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 128/19


Rikors ippreżentat fit-12 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

(Kawża C-51/08)

(2008/C 128/32)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u H. Støvlbæk, aġenti)

Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu

Talbiet

tikkonstata li, billi impona kundizzjoni ta' ċittadinanza għall-aċċess għall-professjoni ta' nutar u billi ma trasponix id-Direttiva 89/48/KEE (1) għall-attività ta' nutar, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu bis-saħħa tat-Trattat KE, b'mod partikolari l-Artikoli 43 KE u 45 KE, u tad-Direttiva 89/48/KEE dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin;

tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni takkuża l-ewwel nett lill-konvenut li, billi jimponi kundizzjoni ta' ċittadinanza għall-aċċess għall-professjoni ta' nutar u t-twettiq tagħha, huwa jirristrinġi b'mod disproporzjonat il-libertà ta' l-istabbiliment prevista fl-Artikolu 43 KE. L-Artikolu 45 KE jeżenta ċertament mill-applikazzjoni tal-kapitolu dwar id-dritt ta' l-istabbiliment l-attivitajiet konessi, b'mod dirett u speċifiku, ma' l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika. Skond il-Kummissjoni, il-kompiti fdati lin-nutara mid-dritt Lussemburgiż huma tant konessi mill-bogħod ma' dan l-eżerċizzju li ma jistgħux jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu u jiġġustifikaw tali ostakolu għal-libertà ta' l-istabbiliment. Dawn il-kompiti, fil-fatt, ma jikkonferixxux lin-nutara setgħa ta' infurzar u miżuri anqas ristrettivi minn kundizzjoni ta' ċittadinanza jistgħu jiġu imposti mil-leġiżlatur nazzjonali, bħal, per eżempju, l-issuġġettar ta' l-operaturi kkonċernati għal kundizzjonijiet stretti ta' aċċess għall-professjoni, għal xogħlijiet professjonali partikolari u/jew għal kontroll speċifiku.

Permezz tat-tieni ilment tagħha, il-Kummissjoni takkuża barra minn hekk lill-konvenut li naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu billi ma trasponix id-Direttiva 89/48/KEE fir-rigward tal-professjoni ta' nutar. Peress illi din hija professjoni rregolata, id-direttiva hija fil-fatt kompletament applikabbli għal din il-professjoni u l-livell għoli ta' kwalifika meħtieġa min-nutara jista' faċilment ikun iggarantit permezz ta' test ta' kapaċità jew perijodu ta' adattament.


(1)  Direttiva 89/48/KEE dwar sistema ġenerali għar-rikonoxximent ta' diplomi ta' edukazzjoni ogħla mogħtija mal-kompletar ta' l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali ta' mill-inqas tliet snin (ĠU 1989, L 19, p. 16).


Top