EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0486

Kawża C-486/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat- 22 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal Landesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols vs Land Tirol ( “Politika soċjali — Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time u Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss — Dispożizzjonijiet żvantaġġużi previsti mil-liġi nazzjonali għall-membri tal-persunal b’kuntratt li jaħdmu part-time, okkażjonalment jew taħt kuntratt għal żmien fiss — Prinċipju ta’ trattament ugwali” )

ĠU C 161, 19.6.2010, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ April 2010 (talba għal deċiżjoni preliminari tal Landesgericht Innsbruck — l-Awstrija) — Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols vs Land Tirol

(Kawża C-486/08) (1)

(“Politika soċjali - Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time u Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss - Dispożizzjonijiet żvantaġġużi previsti mil-liġi nazzjonali għall-membri tal-persunal b’kuntratt li jaħdmu part-time, okkażjonalment jew taħt kuntratt għal żmien fiss - Prinċipju ta’ trattament ugwali”)

(2010/C 161/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesgericht Innsbruck

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols

Konvenut: Land Tirol

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Landesgericht Innsbruck — Interpretazzjoni tal-Klawżola 4(1) u (2) tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU 1998 L 14, p. 9), tal-Klawżola 4 tal-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (ĠU L 175, p. 43), kif ukoll tal-Artikolu 14(1)(ċ) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/54/KE, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implementazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, p. 23) — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar membri tal-persunal b’kuntratt li teskludi mill-kamp tal-applikazzjoni tagħha ċerti kategoriji ta’ impjegati li jaħdmu part-time, okkażjonalment, jew taħt kuntratt għal żmien fiss — Dispożizzjonijiet żvantaġġużi previsti, f’dak li jikkonċerna d-dritt għal-leave annwali, għall-membri tal-persunal li jgħaddu minn xogħol full-time għal xogħol part-time u għall-membri tal-persunal li jieħdu leave parentali ta’ sentejn — Prinċipji ta’ trattament ugwali bejn ħaddiema rġiel u nisa, bejn ħaddiema part-time u ħaddiema full-time, kif ukoll bejn ħaddiema b’kuntratt għal żmien fiss u ħaddiema b’kuntratt għal perijodu determinat.

Dispożittiv

(1)

Id-dritt rilevanti tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Klawżola 4(2) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna l-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-7 ta’ April 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali bħall-Artikolu 55(5) tal-liġi tat-Tirol dwar il-membri tal-persunal b’kuntratt (Tiroler Landes-Vertragsbedienstetengesetz), tat-8 ta’ Novembru 2000, li skontha meta l-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiem jinbidel, il-leave li jkun għadu ma tteħidx għandu jiġi adattat b’mod li l-ħaddiem li jgħaddi minn xogħol full-time għal xogħol part-time jkollu d-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas li kiseb, mingħajr ma kellu l-possibbiltà li jeżerċita, matul il-perijodu ta’ impjieg full-time mnaqqas jew ma jkunx jista’ jibbenefika iktar minn dan il-leave ħlief fuq il-bażi ta’ allowance ta’ leave imħallas ta’ ammont inqas.

(2)

Il-Klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali bħall-Artikolu 1(2)(m) tal-liġi tat-Tirol dwar il-membri tal-persunal b’kuntratt (Tiroler Landes-Vertragsbedienstetengesetz), tat-8 ta’ Novembru 2000, li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-liġi l-ħaddiema li għandhom kuntratt ta’ xogħol għal żmien fiss għal tul massimu ta’ sitt xhur, jew li jkunu impjegati biss okkażjonalment.

(3)

Il-Klawżola 2(6) tal-Ftehim Qafas dwar il-leave parentali, konkluż fl-14 ta’ Diċembru 1995, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri [parentali] konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 97/75/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali bħalma huwa l-Artikolu 60, fl-aħħar sentenza tiegħu, tal-liġi tat-Tirol dwar il-membri tal-persunal b’kuntratt (Tiroler Landes-Vertragsbedienstetengesetz), tat-8 ta’ Novembru 2000, li jipprovdi li l-ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-leave parentali ta’ sentejn, jitilfu, wara dan il-leave, id-drittijiet għal-leave annwali mħallsa miksuba matul is-sena qabel it-twelid tal-wild tagħhom.


(1)  ĠU C 44, 21.02.2009


Top