EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TA0230

Kawża T-230/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza 8 ta’ Lulju 2009 — Laboratorios Del Dr. Esteve vs UASI — Ester C (ESTER-E) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ESTER-E — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ESTEVE — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] )

ĠU C 205, 29.8.2009, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 205/33


Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza 8 ta’ Lulju 2009 — Laboratorios Del Dr. Esteve vs UASI — Ester C (ESTER-E)

(Kawża T-230/07) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ESTER-E - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ESTEVE - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”)

2009/C 205/59

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Del Dr. Esteve, SA (Barċellona, Spanja) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza: The Esther C Company (Prescott, Arizona, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment R. Bird, solicitor u sussegwentement, H. Wistam, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ April 2007 (Każ R 737/2006-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Del Dr. Esteve, SA u The Ester C Company.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laboratorios Del Dr. Esteve, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 199, 25.8.2007.


Top