Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0455

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel construction)

/* COM/2014/0455 final */

52014PC0455

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel construction) /* COM/2014/0455 final */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.           Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[1] (ir-'Regolament FEG').

2.           Fl-20 ta’ Frar 2014, l-awtoritajiet Olandiżi ssottomettew l-applikazzjoni EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel construction għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara l-għoti tas-sensji f’89 intrapriża li joperaw fin-NACE Rev.2 diviżjoni 41 ('Kostruzzjoni ta’ bini')[2] fir-reġjuni kontigwi NUTS livell 2 ta’ Gelderland u Overijssel fil-Pajjiżi l-Baxxi.

3.           Wara eżaminazzjoni ta’ din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet, b’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tar-Regolament FEG, li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ġew issodisfati.

SOMMARJU TAL-APPLIKAZZJONI

Applikazzjoni FEG: || EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel construction

Stat Membru: || Il-Pajjiżi l-Baxxi

Reġjun(i) ikkonċernat(i) (NUTS livell 2): || NL-22 (Gelderland) u NL-21 (Overijssel)

Data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni: || 20.2.2014

Data ta’ rikonoxximent tal-wasla tal-applikazzjoni: || 5.3.2014

Data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali: || 6.3.2014

Data ta’ skadenza għall-għoti tal-informazzjoni addizzjonali: || 17.4.2014

Data ta’ skadenza għat-tlestija tal-valutazzjoni: || 10.7.2014

Kriterju ta’ intervent: || Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament FEG

Settur(i) ta’ attività ekonomika (NACE Rev.2 diviżjoni): || Diviżjoni 41 ('Kostruzzjoni ta’ bini')

Perjodu ta’ referenza (disa’ xhur): || 1.3.2013-1.12.2013

Numru ta’ għoti tas-sensji jew ċessjonijiet ta’ attività matul il-perjodu ta’ referenza: || 562

Numru ta’ benefiċjarji li mistennija jipparteċipaw fl-azzjonijiet: || 475

Baġit għal servizzi ppersonalizzati (EUR) || 2 601 250

Baġit għall-implimentazzjoni tal-FEG (EUR) || 108 385

Baġit totali (EUR): || 2 709 635

Kontribuzzjoni finanzjarja mitluba mill-FEG (EUR): || 1 625 781 (60% tal-baġit totali)

VALUTAZZJONI TAL-APPLIKAZZJONI

Proċedura

4.           L-awtoritajiet Olandiżi ssottomettew l-applikazzjoni EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel construction fi żmien 12-il ġimgħa mid-data li fiha ġew issodisfati l-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-paragrafi 5 u 6, fl-20 ta’ Frar 2014. Il-Kummissjoni rrikonoxxiet il-wasla tal-applikazzjoni fi żmien ħmistax mid-data ta’ sottomissjoni tal-applikazzjoni, fil-5 ta’ Marzu 2014. Il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mill-awtoritajiet Olandiżi fis-6 ta’ Marzu 2014. L-awtoritajiet Olandiżi pprovdew tali informazzjoni addizzjonali fi żmien sitt ġimgħat mid-data tat-talba. L-iskadenza ta’ 12-il ġimgħa mill-wasla tal-applikazzjoni sħiħa li matulhom il-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-valutazzjoni tagħha tal-konformità tal-applikazzjoni mal-kundizzjonijiet għall-provvediment ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tiskadi fl-10 ta’ Lulju 2014.

Eliġibbiltà tal-applikazzjoni

Kriterji ta’ intervent

5.           L-awtoritajiet Olandiżi ssottomettew l-applikazzjoni skont il-kriterji ta’ intervent tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament FEG, li jirrikjedi tal-inqas 500 għotja tas-sensja fuq perjodu ta’ referenza ta’ disa’ xhur f’intrapriżi li joperaw fl-istess settur ekonomiku definit fin-NACE Rev.2 livell ta’ diviżjoni u li jinsabu f’reġjun wieħed jew żewġ reġjuni kontigwi definiti fin-NUTS livell 2[3].

6.           L-applikazzjoni tapplika għal:

– 562 ħaddiem li ngħataw is-sensja[4] f’intrapriżi[5] li joperaw fin-NACE Rev.2 Diviżjoni 41 (Kostruzzjoni ta’ bini) fir-reġjuni kontigwi ta’ Gelderland (NL 22) u Overijssel (NL 21).

– Il-perjodu ta’ referenza ta’ disa’ xhur jibda fl-1 ta’ Marzu 2013 u għandu sal-1 ta’ Diċembru 2013.

Kalkolu tal-għotjiet tas-sensja u taċ-ċessjoni ta’ attività

7.           L-għotjiet tas-sensja ġew ikkalkulati kif ġej:

– 215 mid-data tal-avviż individwali tal-impjegatur biex ikeċċi jew iwaqqaf il-kuntratt ta’ impjieg tal-ħaddiem;

– 347 mid-data tat-terminazzjoni de facto tal-kuntratt ta’ impjieg jew l-iskadenza tiegħu.

Benefiċjarji eliġibbli

8.           In-numru totali ta’ benefiċjarji eliġibbli huwa 562.

Rabta bejn l-għoti tas-sensja u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009

9.           Sabiex tiġi stabbilita r-rabta bejn l-għoti tas-sensja u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali indirizzata fir-Regolament (KE) Nru 546/2009, l-awtoritajiet Olandiżi jargumentaw li hemm diversi raġunijiet għax-xejriet negattivi fil-produzzjoni u l-impjieg fis-settur tal-kostruzzjoni u speċjalment il-kostruzzjoni ta’ bini (bini utilitarju u djar) – kollha relatati mal-kriżi finanzjarja u ekonomika: il-politika tal-banek li jimplimentaw regoli iktar stretti għall-provvediment ta’ self ipotekarju u krediti – li naqqset il-provvediment ta’ self ipotekarju u krediti b’mod konsiderevoli; il-miżuri ta’ awsterità tal-gvern biex inaqqas id-dejn nazzjonali u d-defiċit tal-baġit – li għaldaqstant naqqsu l-infiq pubbliku; kif ukoll it-tnaqqis drastiku tal-prezzijiet u tal-valur fis-suq tal-akkomodazzjoni, li għamel diffiċli l-bejgħ u x-xiri ta’ djar.

10.         L-awtoritajiet Olandiżi jargumentaw li s-settur finanzjarju Olandiż huwa settur globali internazzjonali, li għall-investimenti, il-provvediment ta’ krediti u s-self ipotekarju jiddependi ħafna fuq is-swieq tal-kapital internazzjonali. Il-banek Olandiżi għandhom possibbiltajiet limitati biex jattiraw kapital ta’ tfaddil mis-suq Olandiż u konsegwentement ma jistgħux jiffinanzjaw self ipotekarju Olandiż minn kapital Olandiż biss. Il-banek Olandiżi għaldaqstant huma dipendenti fuq is-swieq kapitali globali. Is-settur finanzjarju huwa marbut bir-regoli internazzjonali dwar it-tnaqqis tal-ispejjeż, l-investimenti kapitali, l-ipprezzar mill-ġdid tal-provvediment tal-kreditu, it-tnaqqis tal-bilanċi u r-riżervi finanzjarji. Il-grafika dwar is-suq tas-self ipotekarju għall-perjodu 2008-2012 turi tnaqqis fir-ritmu tat-tkabbir annwali nett minn 7,2% fl-2008 għal 1,9% fl-2012.

Grafika 1: tkabbir annwali nett tas-self ipotekarju mill-banek

* Figuri tal-Bank Nazzjonali Olandiż[6]

11.         Iċ-ċifri għall-provvedimenti ta’ kreditu għall-SMEs, mill-2008 juru tendenza ta’ tnaqqis.

Figura 1: provvediment ta’ krediti għall-SMEs (sors il-Bank nazzjonali Olandiż)[7]

Madwar 98% tal-kumpaniji tal-kostruzzjoni Olandiżi huma kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u dawn il-kumpaniji jsofru wkoll min-nuqqas ta’ krediti, li jirriżultaw f’ħafna fallimenti li jwasslu għall-għoti tas-sensja.

12.         Il-kriżi finanzjarja u ekonomika sfurzat lill-gvern Olandiż biex inaqqas id-defiċit tal-baġit u d-dejn tal-gvern billi jniedi programm intensiv għal dak il-għan. In-nefqiet baġitarji għandhom jitnaqqsu b’EUR 24 biljun fl-2015. Dan se jkollu konsegwenzi negattivi fuq is-settur tal-kostruzzjoni peress illi t-tnaqqis tan-nefqa pubblika għandu impatt negattiv dirett fuq l-investimenti fi programmi tal-infrastruttura u tal-akkomodazzjoni. It-tnaqqis fin-nefqa pubblika mill-gvern nazzjonali jinfluwenza wkoll lill-gvernijiet provinċjali – il-provinċja ta’ Gelderland bdiet tnaqqas in-nefqa bi EUR 58 miljun kull sena mill-2011. Fl-2014 il-provinċja ta’ Overijssel se tnaqqas l-infiq pubbliku tagħha bi EUR 17,4 miljun[8]. Is-settur tal-kostruzzjoni jiddependi ħafna fuq is-suq domestiku reġjonali. Ix-xejra ekonomika negattiva kkawżata mill-kriżi ekonomika u finanzjarja u konsegwentement it-tnaqqis tal-programmi baġitarji pubbliċi, iħalli lis-settur tal-kostruzzjoni f’pożizzjoni vulnerabbli, pożizzjoni saħansitra iktar vulnerabbli meta jopera fis-suq reġjonali ta’ Gelderland u Overijssel.

13.         Matul il-perjodu 2008-2013, il-produzzjoni totali ta’ djar ġodda naqset b’61 014-il unità fil-Pajjiżi l-Baxxi. Għal Overijssel, il-produzzjoni ta’ djar ġodda naqset b’2625 u f’Gelderland b’7941. It-tnaqqis fil-prezzijiet u tal-produzzjoni ta’ djar ġodda kien devastanti għall-impjieg fis-settur tal-kostruzzjoni. Konsegwenza ta' dan ħafna kumpaniji fallew u ħafna ħaddiema tal-kostruzzjoni tilfu l-impjieg tagħhom.

Tabella 1: Permessi għall-bini ta’ djar ġodda[9]

|| Reġjuni || 2008 || 2009 || 2010 || 2011 || 2012 || 2013

Il-Pajjiżi l-Baxxi || Numru totali ta’ permessi || 87198 || 72646 || 61028 || 55804 || 37370 || 26184

Overijssel || Numru totali ta’ permessi || 4937 || 4048 || 4504 || 3332 || 2711 || 2312

Gelderland || Numru totali ta’ permessi || 12199 || 9417 || 8342 || 8656 || 5753 || 4258

Avvenimenti li jwasslu għall-għoti tas- sensja u ċessjoni ta’ attivitajiet

14.         Fil-Pajjiżi l-Baxxi, is-settur tal-kostruzzjoni ilu mill-2008 ibati mill-kriżi finanzjarja u ekonomika bil-produzzjoni tonqos b’mod kostanti (kien hemm irkupru żgħir fl-2011 biss). Fl-2012, il-produzzjoni naqset b’10,2% għall-kostruzzjoni ta’ bini (NACE Rev.2 diviżjoni 41)[10] meta mqabbla mal-2011. Fl-2013, din ix-xejra negattiva kompliet hekk kif f’Marzu l-produzzjoni naqset b’10% oħra[11].

Tabella: Fatturat annwali tal-kostruzzjoni ta’ bini skont id-daqs tal-kumpanija

Fergħa (SBI 2008) || Perjodu || Żvilupp il-kumpaniji kollha || Żvilupp żgħir || Żvilupp medju || Żvilupp kbir

Kostruzzjoni ta’ bini || 2008 || 10,5 || 16,6 || 11,6 || 6,6

Kostruzzjoni ta’ bini || 2009 || -7,9 || 3,5 || -13,0 || -8,2

Kostruzzjoni ta’ bini || 2010 || -11,9 || -5,6 || -17,1 || -10,1

Kostruzzjoni ta’ bini || 2011 || 3,1 || 8,6 || 7,1 || -3,9

Kostruzzjoni ta’ bini || 2012 || -10,1 || -10,4 || -12,7 || -7,4

15.         Fil-Pajjiżi l-Baxxi, fl-ewwel żewġ kwarti tal-2013, intilfu 28 000 impjieg[12] fis-settur tal-kostruzzjoni. Il-figura hawn taħt turi li t-telf ta’ impjiegi fis-settur tal-kostruzzjoni kien l-ikbar fuq bażi annwali.

16.         Ix-xejra negattiva fil-produzzjoni u l-impjieg fil-Pajjiżi l-Baxxi nħasset b’mod partikolari fil-provinċji ta’ Gelderland u Overijssel fejn hemm numru konsiderevoli ta’ kumpaniji tal-kostruzzjoni. Fl-2012 f’Gelderland kienu attivi madwar 15 500 kumpanija ta' dan it-tip u f’Overijssel madwar 7500[13].

It-tabella li ġejja turi ċ-ċifri ta’ produzzjoni tas-settur tal-kostruzzjoni fiż-żewġ provinċji għall-perjodu 2008-2013[14].

Sena || 2008 || 2009 || 2010 || 2011 || 2012 || 2013 || 2014*

Gelderland || 7835 || 7480 || 6615 || 7296 || 6921 || 6330 || 6155

Overijssel || 4169 || 3745 || 3795 || 3877 || 3519 || 3390 || 3395

# f’miljuni ta’ EUR

* Estimi

Impatt mistenni tal-għoti tas-sensja fir-rigward tal-ekonomija u l-impjieg lokali, reġjonali u nazzjonali

17.         F’Gelderland, madwar 60 000 persuna huma impjegati fis-settur tal-kostruzzjoni, ċifra li tirrappreżenta 6,3% tal-popolazzjoni impjegata totali[15]. F’Overijssel 39 500 huma impjegati fis-settur tal-kostruzzjoni li huwa madwar 7,3% tal-popolazzjoni impjegata[16]. Il-kontribuzzjoni tal-kostruzzjoni għall-PDG ta’ Gelderland kienet 12% fl-2011 u 10% fuq livell nazzjonali. Għal Overijssel, il-kontribuzzjoni għall-PDG kienet 8,4%[17].

Tabella: PDG reġjonali għas-settur tal-kostruzzjoni

Suġġett || Fergħat || Reġjuni || Perjodu || Valur f’MEUR

PDG || L-attivitajiet ekonomiċi kollha || Il-Pajjiżi l-Baxxi || 2011 || 536618

PDG || L-attivitajiet ekonomiċi kollha || Overijssel || 2011 || 31984

PDG || L-attivitajiet ekonomiċi kollha || Gelderland || 2011 || 54186

PDG || Kostruzzjoni || Il-Pajjiżi l-Baxxi || 2011 || 28986

PDG || Kostruzzjoni || Overijssel || 2011 || 2449

PDG || Kostruzzjoni || Gelderland || 2011 || 3559

Dawn iċ-ċifri dwar l-impjiegi u l-PDG juru li l-kostruzzjoni għandha rwol importanti fl-ekonomija u s-suq tax-xogħol provinċjali. Għaldaqstant, l-għoti tas-sensja fis-settur huwa mistenni li jkollu impatt negattiv sostanzjali fir-rigward tal-ekonomija lokali u reġjonali u l-livelli ta’ impjieg rispettivament.

18.         F’Overijssel u Gelderland ġiet innotata żieda sostanzjali fl-għoti tas-sensja fis-settur tal-kostruzzjoni u din ġiet imqabbla maċ-ċifri nazzjonali; in-numru ta’ persuni qiegħda fiż-żewġ provinċji jikkostitwixxi 39% tan-numru totali tas-sensji fl-2012. It-tabella turi ż-żieda tan-numru ta’ persuni qiegħda fuq perjodu ta’ tliet snin għal kull xahar[18].

Tabella: Numru tas-sensji fis-settur tal-kostruzzjoni

|| J || F || M || A || M || J || J || A || S || O || N || D

2011 || 5.572 || 4.998 || 4.461 || 4.072 || 3.932 || 4.479 || 4.496 || 4.189 || 4.162 || 4.287 || 4.526 || 5.574

2012 || 5.961 || 6.184 || 5.825 || 5.614 || 5.580 || 5.643 || 6.270 || 6.486 || 6.474 || 6.712 || 7.404 || 9.060

2013 || 10.136 || 10.518 || 10.416 || 9.945 || 9.592 || 9.410 || 10.285 || 10.197 || 10.200 || 9.550 || 10.165 || 11.681

Iċ-ċifri juru kemm hija drammatika s-sitwazzjoni fis-settur tal-kostruzzjoni fiż-żewġ provinċji. Il-qgħad fis-settur jiżdied malajr u jilħaq quċċata minn Diċembru 2012 sa Marzu 2013 u ebda bidla oħra wara.

Benefiċjarji fil-mira u azzjonijiet proposti

Benefiċjarji fil-mira

19.         In-numru stmat ta’ benefiċjarji eliġibbli li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri huwa 475.

20.         Ir-rendikont tal-parteċipanti mistennija skont is-sess, in-nazzjonalità u l-età huwa kif ġej:

Kategorija || Numru ta’ benefiċjarji fil-mira

Sess: || Irġiel: || 440 || (92,6%)

|| Nisa: || 35 || (7,4%)

Nazzjonalità: || Ċittadini tal-UE: || 475 || (100%)

|| Ċittadini mhux tal-UE: || 0 || (0%)

Età: || 15-24 sena: || 15 || (3,1%)

|| 25-29 sena: || 46 || (9,7%)

|| 30-54 sena: || 310 || (65,3%)

|| 55-64 sena: || 104 || (21,9%)

|| iktar minn 64 sena: || 0 || (0%)

Azzjonijiet proposti

21.         Is-servizzi personalizzati li għandhom jiġu pprovduti lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja jikkonsistu fl-azzjonijiet li ġejjin li jitħalltu flimkien biex jiffurmaw pakkett ikkoordinat ta’ servizzi ppersonalizzati mmirati li jerġgħu jintegraw lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja fis-suq tax-xogħol:

(1) Assistenza fit-tfittxija għal impjieg u assorbimenti

(a) l-ewwel nett, assorbiment intensiv tal-parteċipanti kollha u verifika tal-kompetenzi, tal-ħiliet u tal-ambizzjonijiet tagħhom u d-determinazzjoni ta’ alternattivi futuri

(b) assistenza fit-tfittxija ta’ impjieg – programm imfassal apposta offrut lill-parteċipanti individwali kollha: appoġġ ta’ akkoljenza attiv li jikkonsisti fil-ġbir flimkien ta’ dokumenti għat-tfittxija u t-trasferiment ta’ impjieg, taħriġ intensiv f’impjieg, avvenimenti dwar karrieri, il-bidu ta’ Punt ta’ Servizz għall-industrija tal-kostruzzjoni u kkuntattjar intensiv tal-impjegaturi

(2) Miżuri ta’ taħriġ u ta’ taħriġ mill-ġdid

Faċilitajiet ta’ taħriġ u ta’ taħriġ mill-ġdid u miżuri addizzjonali għas-settur tal-kostruzzjoni u għal profili professjonali ġodda. Dawn il-miżuri huma element importanti tal-proġett sabiex jinkisbu iktar opportunitajiet fis-suq tax-xogħol għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja. Issir differenza bejn it-taħrig fis-settur tal-kostruzzjoni u t-taħriġ barra s-settur tal-kostruzzjoni. Fis-settur (abbażi ta’ riżultati minn proġett FEG preċedenti) l-awtoritajiet Olandiżi għandhom l-intenzjoni li jagħmlu lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja “professjonisti li kapaċi jagħmlu kollox”, fattur li huwa meqjus li jżid sostanzjalment l-opportunitajiet tal-persuna kkonċernata fis-suq tax-xogħol.

It-taħriġ barra s-settur tal-kostruzzjoni għandu jikkunsidra l-possibbiltajiet u l-esperjenzi tax-xogħol tal-kandidati. Jeżistu opportunitajiet fis-settur tat-trasport iżda anke f’setturi relatati mal-kostruzzjoni bħat-trasport għall-kostruzzjoni, ix-xogħol ta’ installazzjoni u t-tneħħija tal-asbestos.

F’każijiet eċċezzjonali biss, il-ħaddiema li ngħataw is-sensja se jiġu offruti taħriġ f’setturi kompletament differenti mill-kostruzzjoni jew setturi relatati. Madankollu, jekk nitgħallmu minn esperjenza pożittiva ta’ każ FEG preċedenti fejn xi persuni reġgħu ġew imħarrġa fis-settur tal-kura tas-saħħa u sabu impjieg f’dak is-settur, din l-alternattiva se tinżamm miftuħa matul l-implimentazzjoni.

Eżempji ta’ taħriġ/taħriġ mill-ġdid jinkludu:

(a) It-taħriġ mill-ġdid ta’ ħaddiema tal-kostruzzjoni (mastrudaxxa) fi bniedem tas-sengħa li kapaċi jagħmel kull attività billi jiżdidulu ħiliet bħal tqegħid ta’ briks u kif jgħaddi s-sistemi tad-dawl u l-ilma

(b) Taħriġ mill-ġdid ta’ ħaddiem tal-kostruzzjoni biex jaħdem fis-settur tat-trasport

(c) It-taħriġ ta’ ħaddiem tal-kostruzzjoni f’settur ġdid pereżempju bħala ħaddiem fis-settur tal-kura tas-saħħa għal transport bl-ambulanzi jew xogħol fi professjonijiet relatati mal-ġonna u l-agrikoltura

(3) Assistenza għal rikollokament

Ir-rikollokament jintuża biex jipprovdi lill-parteċipanti bil-possibbiltà li jaħdmu f’setturi minbarra s-settur tal-kostruzzjoni fejn kienu jaħdmu qabel ma ġew qiegħda. Sabiex wieħed jiddeċiedi jekk il-persuna hix kapaċi, se jintużaw strumenti bħall-orjentazzjoni tax-xogħol, u pariri dwar il-karriera sabiex jiġi deċiż jekk persuna hix verament kapaċi tibdel il-karriera u liema programm edukattiv għandha ssegwi. Ir-riżultat tal-orjentazzjoni tax-xogħol jista’ jkun programm ta’ taħriġ għall-kandidat probabbilment barra s-settur tal-kostruzzjoni.

Fl-implimentazzjoni l-awtoritajiet Olandiżi se jużaw ukoll strumenti ta’ rikollokament biex jippreparaw il-kandidati għas-suq tax-xogħol b’mod ġenerali. Ħafna parteċipanti fil-proġett għandhom esperjenza ta’ xogħol twila fis-settur tal-kostruzzjoni u mhumiex imdorrija japplikaw għal impjiegi jew jaħdmu b’CVs jew jużaw il-midja soċjali għal applikazzjonijiet tax-xogħol. Il-proġett se jipprovdi assistenza fir-rigward ta’ dawn l-istrumenti.

(4) Pula ta’ mobbiltà

Din tikkonsisti fil-ħolqien ta’ pula flessibbli kemm għal dawk li qed ifittxu x-xogħol kif ukoll għall-impjegaturi b'impjiegi (temporanji). Dan is-servizz jista’ jintuża sabiex tiġi organizzata mobbiltà flessibbli. Il-ħaddiema miżmuma b’dan il-mod jiksbu l-esperjenza tax-xogħol neċessarja u jistgħu jippreżentaw ruħhom quddiem impjegaturi ġodda. L-ispejjeż ibbaġitjati huma sabiex tiġi stabbilita din il-pula ta’ mobbiltà u sabiex jiġu kkuntattjati kumpaniji li jixtiequ jipparteċipaw. L-ispejjeż ibbaġitjati jinkludu spejjeż għax-xogħol, spejjeż għall-kera u faċilitajiet neċessarji oħra (websajt, relazzjonijiet pubbliċi, gazzetta tal-impjiegi eċc.). Għalhekk il-pula tal-mobbiltà se tfittex impjiegi (temporanji) għall-parteċipanti fil-proġett. Meta persuna hija mħarrġa, probabbilment titpoġġa fil-pula tal-mobbiltà sabiex issib impjieg. Xi drabi kandidat jista’ jitpoġġa immedjatament f’impjieg meta jispiċċa t-taħriġ, pereżempju bħala riżultat ta’ traineeship jew bħala riżultat ta’ kisba ta’ esperjenza tax-xogħol f’kumpanija fil-kuntest tat-taħriġ. Il-kandidati jistgħu jitpoġġew ukoll fil-pula tal-mobbiltà immedjatament wara l-assorbiment tagħhom. L-awtoritajiet Olandiżi jistmaw li madwar 225 parteċipant fil-proġett se jitpoġġew fil-pula tal-mobbiltà u jsibu x-xogħol permezz ta’ dan l-istrument.

22.         L-azzjonijiet proposti, deskritti hawn fuq, jikkostitwixxu miżuri attivi tas-suq tax-xogħol fl-azzjonijiet eliġibbli stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regoalment FEG. Dawn l-azzjonijiet ma jissostitwixxux miżuri passivi ta’ protezzjoni soċjali.

23.         L-awtoritajiet Olandiżi pprovdew l-informazzjoni meħtieġa dwar azzjonijiet li huma obbligatorji għall-intrapriżi kkonċernati bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew skont arranġamenti kollettivi. Huma kkonfermaw li kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux se tieħu post azzjonijiet bħal dawn.

Baġit stmat

24.         L-ispejjeż totali stmati huma EUR 2 709 635, li jinkludu n-nefqa għal servizzi ppersonalizzati ta’ EUR 2 601 250 u nefqa għal attivitajiet preparatorji, ta' ġestjoni, ta' informazzjoni u ta' pubbliċità kif ukoll ta' kontroll u ta' rappurtar ta’ EUR 108 385.

25.         Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali mitluba mill-FEG hija ta' EUR 1 625 781 (60 % tal-ispejjeż totali).

Azzjonijiet || Numru stmat ta’ parteċipanti || Spiża stmata għal kull parteċipant (EUR) || Spejjeż totali stmati (EUR); (% tat-total)

Servizzi ppersonalizzati (Azzjonijiet skont l-Artikolu 7(1)(a) u (c) tar-Regolament FEG)

Assistenza għat-tfittxija ta’ impjieg || 475 || 1 665 || 790 875

Assorbiment ta' ħaddiema || 475 || 515 || 244 625

Taħriġ u taħriġ mill-ġdid: a.Taħriġ u taħriġ mill-ġdid fis-settur tal-kostruzzjoni b. Taħriġ u taħriġ mill-ġdid f’setturi relatati c. Taħriġ barra s-settur tal-kostruzzjoni || 75 50 25 || 5 000 6 500 12 710 || 375 000 325 000 317 750

Assistenza għall-klassifikazzjoni mill-ġdid || 50 || 3 355 || 167 750

Pula tal-mobbiltà || 225 || 1 691.78 || 380 650

Subtotal (a): || – || – ||  2 601 250

Attivitajiet preparatorji, ta' ġestjoni, ta' informazzjoni u ta' promozzjoni, ta' kontroll u ta' rappurtar:

1. Attivitajiet preparatorji || – || 0

2. Ġestjoni || – || 27 096

3. Informazzjoni u pubbliċità || – || 27 096

4. Kontroll u rrappurtar || – || 54 193

Sub-total (c): || – || 108 385;(4%)

Spejjeż totali (a + c): || – || 2 709 635

Kontribuzzjoni mill-FEG (60% tal-ispejjeż totali) || – || 1 625 781

26.         L-ispejjeż tal-azzjonijiet identifikati skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament FEG huma EUR 0 u għaldaqstant ma jaqbżux 35% tal-ispejjeż totali għall-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi ppersonalizzati.

Perjodu ta’ eliġibbiltà tan-nefqa

27.         Fl-1 ta’ Frar 2014, l-awtoritajiet Olandiżi bdew jipprovdu s-servizzi ppersonalizzati lill-benefiċjarji fil-mira. In-nefqa għall-azzjonijiet imsemmija fil-punt 25, sub-total (a) għaldaqstant se tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-1 ta’ Frar 2014 sal-20 ta’ Frar 2016.

28.         Mill-1 ta’ Frar 2014, l-awtoritajiet Olandiżi bdew iġarrbu n-nefqa amministrattiva sabiex jiġi implimentat il-FEG. In-nefqa għall-attivitajiet preparatorji, tal-ġestjoni, tal-informazzjoni u tal-pubbliċità, kif ukoll tal-kontroll u tar-rappurtar, għaldaqstant hija eliġibbli għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mill-1 ta’ Frar 2014 sal-20 ta’ Awwissu 2016.

Kumplimentarjetà ma’ azzjonijiet iffinanzjati mill-fondi nazzjonali jew tal-Unjoni

29.         L-awtoritajiet Olandiżi indikaw li xi miżuri deskritti hawn fuq li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG mhux se jirċievu wkoll kontribuzzjoni finanzjarja minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni.

30.         Is-sorsi ta’ prefinanzjament jew kofinanzjament nazzjonali huma s-sussidju ta’ EUR 250 000 li l-provinċja ta’ Overijssel tat għall-appoġġ tal-attivitajiet ta’ integrazzjoni mill-ġdid tal-FEG għal eks impjegati kif ukoll fondi pprovduti mill-isħab soċjali (O&O fondsen) li se jiżdiedu mal-kumplament tal-kofinanzjament meħtieġ (jiġifieri EUR 833 854).

Proċeduri għall-konsultazzjoni tal-benefiċjarji fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom jew is-sħab soċjali kif ukoll awtoritajiet lokali u reġjonali

31.         L-awtoritajiet Olandiżi indikaw li tfassal il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi ppersonalizzati b’konsultazzjoni mat-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi. Is-sħab soċjali fis-settur tal-kostruzzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi qed jipparteċipaw fil-ġestjoni ta’ istituzzjonijiet edukattivi. Professjonisti edukattivi minn dawn l-istituzzjonijiet qed jimmaniġġjaw it-taħriġ u l-faċilitajiet edukattivi fis-settur. Il-Bureau Tekniku tas-Settur tal-Kostruzzjoni li beda l-applikazzjoni huwa rregolat ukoll mis-sħab soċjali. Fit-3 ta’ Diċembru, il-5 ta’ Diċembru u s-16 ta’ Diċembru 2013 fil-provinċja ta’ Overijssel u fl-20 ta’ Diċembru 2013 fil-provinċja ta’ Gelderland ġew organizzati sensiela ta’ laqgħat reġjonali mar-rappreżentanti tas-settur u l-kumpaniji tal-kostruzzjoni. Il-partijiet ikkonċernati flimkien mal-Aġenzija tal-Assigurazzjoni tal-Impjegati (UWV) ivvalutaw in-natura u l-kobor tal-problema u fasslu azzjonijiet li jgħinu lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja biex jidħlu lura fis-suq tax-xogħol, mhux l-inqas billi japplikaw għal appoġġ mill-FEG.

Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll

32.         L-applikazzjoni tinkludi deskrizzjoni ddettaljata tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll li tispeċifika r-responsabbiltajiet tal-korpi involuti. Il-Pajjiżi l-Baxxi nnotifikaw lill-Kummissjoni li l-kontribuzzzjoni finanzjarja se tiġi mmaniġġjata u kkontrollata mill-istess korpi li jimmaniġġjaw u jikkontrollaw il-FSE.

Impenji pprovduti mill-Istat Membru kkonċernat

33.         L-awtoritajiet Olandiżi pprovdew l-assigurazzjonijiet neċessarji kollha rigward dan li ġej:

– il-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u n-nondiskriminazzjoni se jiġu rispettati fl-aċċess għall-azzjonijiet proposti u l-implimentazzjoni tagħhom;

– ir-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar għotjiet tas-sensja kollettivi ġew issodisfati;

– meta l-intrapriżi li jkunu taw is-sensja jkomplu l-attivitajiet tagħhom wara t-tkeċċijiet, huma jkunu kkonformaw mal-obbligi legali tagħhom li jirregolaw l-għotjiet tas-sensja u jkunu pprovdew għall-ħaddiema tagħhom kif xieraq;

– l-azzjonijiet proposti se jipprovdu appoġġ għall-ħaddiema individwali u mhux se jintużaw għar-ristrutturar ta’ kumpaniji jew setturi;

– l-azzjonijiet proposti mhux se jirċievu appoġġ finanzjarju minn fondi oħra tal-Unjoni jew strumenti finanzjarji u kwalunkwe finanzjament doppju se jiġi evitat;

– l-azzjonijiet proposti se jikkumplimentaw l-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali;

– il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se tikkonforma mar-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar għajnuna mill-Istat.

IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Proposta baġitarja

34.         Il-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta’ EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 [19].

35.         Wara li teżamina l-applikazzjoni fir-rigward tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament FEG, u wara li jkunu ġew ikkunsidrati l-benefiċjarji fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-ispejjeż stmati, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont ta’ EUR 1 625 781, li jirrappreżenta 60% tal-ispejjeż totali tal-azzjonijiet proposti, sabiex tiġi pprovduta kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni.

36.         Id-deċiżjoni proposta għall-mobilizzazzjoni tal-FEG se tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, kif stabbilit fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’oqsma baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja soda[20].

Atti relatati

37.         Fl-istess ħin li hija tippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni sabiex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal trasferiment għal-linja baġitarja rilevanti tal-ammont ta’ EUR 1 625 781.

38.         Fl-istess ħin li tadotta din il-proposta għal deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-FEG, il-Kummissjoni se tadotta deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jadottaw id-deċiżjoni proposta biex jiġi mmobilizzat il-FEG.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, b’konformità mal-Punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja soda (applikazzjoni EGF/2014/002 NL/Gelderland-Overijssel construction)

IL-PARLAMENT U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 [21], u b’mod partikolari l-Artikolu 15(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Filwaqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura stabbilita fil-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’oqsma baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja soda[22],

Billi:

(1)       Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit biex jipprovdi appoġġ għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attività tagħhom waqfet b’konsegwenza ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet dinjija tal-kummerċ minħabba l-globalizzazzjoni u biex jassistihom fir-riintegrazzjoni tagħhom fis-suq tas-xogħol.

(2)       Il-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali ta’ EUR 150 miljun (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[23].

(3)       Il-Pajjiżi l-Baxxi adottaw applikazzjoni biex jimmobilizzaw il-FEG, minħabba li fl-20 ta’ Frar 2014 89 intrapriża li joperaw fin-Nace Reviżjoni 2 Diviżjoni 41 (kostruzzjoni ta’ bini) taw is-sensja lil xi ħaddiema[24] fir-reġjuni kontigwi ta’ Gelderland u Overijssel fil-livell NUTS 2, u ssupplimentawha b’informazzjoni addizzjonali kif previst fl-Artikolu 8.3 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013. Din l-applikazzjoni tikkonforma mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, kif stabbilit fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013.

(4)       Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja f’ammont ta’ EUR 1 625 781 għall-applikazzjoni sottomessa mill-Pajjiżi l-Baxxi,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, jiġi mmobilizzat il-FEG biex jipprovdi s-somma ta’ EUR 1 625 781 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

[1]               ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

[2]               Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

[3]               ĠU L 154, 21.06.2003, p.1 kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) No 31/2011

[4]               Skont it-tifsira tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament FEG.

[5]               Għal-lista tal-intrapriżi kkonċernati u n-numru ta’ ħaddiema li ngħataw is-sensja f’kull intrapriża, ara l-Anness.

[6]               Sors:http://www.dnb.nl/nieuws/nieuwsoverzicht-en-archief/statistisch-nieuws-2012/dnb280065.jsp

[7]               Kredietverlening aan het MKB stuurgroep kredietverlening 2 mei 2012. (Krediti ipprovduti mill-banek lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju)

[8]               http://www.gelderland.nl/smartsite.dws?id=10825 Artikolu dwar il-baġit u t-tnaqqis tan-nefqiet mill-Provinċja ta’ Gelderland http://www.overijssel.nl/bestuur/overijssel/begroting-overijssel/ Artikolu dwar il-baġit u t-tnaqqis tan-nefqiet mill-Provinċja ta’ Overijssel.

[9]               http://statline.cbs.nl/StatWeb/publication/?DM=SLNL&PA=82001NED&D1=0&D2=0-1&D3=0&D4=0,8,10&D5=237,254,271,288,305,l&HDR=T,G4&STB=G3,G1,G2&VW=T

[10]             http://statline.cbs.nl/StatWeb/publication/?DM=SLNL&PA=71999ned&D1=a&D2=a&D3=1&D4=19,24,29,34,l&HDR=T,G1&STB=G2,G3&VW=T

[11]             http://statline.cbs.nl/StatWeb/publication/default.aspx?DM=SLNL&PA=81808ned&D1=a&D2=a&D3=0&D4=118%2c135%2c138-145&HDR=T&STB=G1%2cG2%2cG3&VW=T Construction turnover development

[12]             http://www.cbs.nl/nl-NL/menu/themas/arbeid-sociale-zekerheid/publicaties/arbeidsmarkt-vogelvlucht/korte-termijn-ontw/2006-arbeidsmarkt-vv-bedrijfstak-art.htm Sector employment (disponibbli bl-Olandiż biss)

[13]             Ċifri tal-2012: dejta statistika ta’ Overijssel u dejta statistika ta’ Gelderland http://www.gelderland.databank.nl/

http://www.overijssel.nl/overijssel/cijfers-kaarten/databank-overijssel/. Ċifri tal-produzzjoni reġjonali tal-BEI f’Expectations of production and employment in the construction industry 2014 (Aspettattivi ta’ produzzjoni u impjieg fl-industrija tal-kostruzzjoni tal-2014)

[14]             Sors Istitut Ekonomiku għar-Riċerka dwar il-Kostruzzjoni Figuri tal-BEI dwar il-produzzjoni għall-2008-2013

[15]                    Bureau of Economic Research of the Province of Gelderland. Dejta Statistika għall-Provinċja ta’ Gelderland. http://www.gelderland.databank.nl/

[16]             Bażi ta' dejta tal-Provinċja ta' Overijssel. Numru ta' xogħlijiet fil-kostruzzjoni fl-2012.http://overijssel.databank.nl/

[17]             http://statline.cbs.nl/StatWeb/publication/?DM=SLNL&PA=81355NED&D1=2&D2=0,8&D3=0,9,11&D4=l&HDR=T,G3&STB=G1,G2&VW=T Kontribut tal-kostruzzjoni għall-PDG fil-provinċji ta' Gelderland u Overijssel

[18]             Ċifri UWV(Istitut għal skemi ta’ benefiċċju għal ħaddiema) Gelderland u Overijssel.

[19]             ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

[20]             ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

[21]             ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

[22]             ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

[23]             ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

[24]             Ir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

ANNESS

Intrapriża li fiha l-ħaddiema ngħataw is-sensja || Ir-reġjun li fih jinsab il-post tax-xogħol tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja || Numru ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja f'kull intrapriża || Metodu(i) użat(i) għall-kalkolu tan-numru ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja

A. Beverwijk en Zonen B.V. || Overijssel (NL21) || 3 || 2

Aan de Stegge Presolid Home Bv || Overijssel (NL21) || 2 || 2

Aannemers- en Staalconstructiebedrijf Aan de Stegge B.V. || Overijssel (NL21) || 13 || 2

Aannemersbedrijf Bramer BV || Overijssel (NL21) || 6 || 2

Aannemersbedrijf G. Bronkhorst en Zn Bv || Gelderland (NL22) || 20 || 3

Aannemersbedrijf H. De Bondt Ede Bv || Gelderland (NL22) || 7 || 3

Aannemersbedrijf H.J.W. Beijers V.O.F. || Gelderland (NL22) || 2 || 2

Aannemersbedrijf Haafkes Veldwachter BV || Overijssel (NL21) || 3 || 2

Aannemersbedrijf Haarman || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Aannemersbedrijf Hoenderboom Bv || Gelderland (NL22) || 12 || 3

Aannemersbedrijf Horenberg B.V. || Overijssel (NL21) || 8 || 2

Aannemersbedrijf J.Valk & Zonen B.V. || Overijssel (NL21) || 3 || 2

Aannemersbedrijf Rijsdijk || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Aannemersbedrijf Rougoor Bv || Gelderland (NL22) || 2 || 3

Aannemingsbedrijf Boks vof || Gelderland (NL22) || 1 || 3

Aannemingsbedrijf E.G.J. Steggink B.V. || Overijssel (NL21) || 1 || 2

Aannemingsbedrijf HJ te Selle Bv || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Aannemingsbedrijf J.A. van Boxtel B.V. || Gelderland (NL22) || 3 || 2

Aannemingsbedrijf Mecklenfeld B.V. || Overijssel (NL21) || 7 || 2(ħaddiem),3(6 ħaddiema)

Aannemingsbedrijf Neijenhuis Bv || Gelderland (NL22) || 11 || 3

Aannemingsbedrijf van Kessel B.v. || Gelderland (NL22) || 1 || 3

Aannemingsmaatschappij Olde-Rikkert Bv || Overijssel (NL21) || 46 || 2(2 ħaddiema),3(44 ħaddiem)

AB Bouwservice Oost Nederland B.V. || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Allure Bouw Bv || Overijssel (NL21) || 26 || 3

B.v. aannemingsmaatschappij v/h P.Poeles || Overijssel (NL21) || 8 || 3

Bergman Aannemersbedrijf || Gelderland (NL22) || 1 || 3

Beton-, Onderhoud-en Uitzet Werken Beerdsen || Gelderland (NL22) || 3 || 3

Bouw- en Aannemingsbedrijf Rijswijk Bv || Gelderland (NL22) || 4 || 3

Bouw- en Handelscentrum G.H. Bruggink B.V. || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Bouwbedrijf EBU Doetinchem B.V. || Gelderland (NL22) || 7 || 2

Bouwbedrijf Gebr. Kamphuis B.V. || Overijssel (NL21) || 14 || 2

Bouwbedrijf Gebroeders Kleinjan Bv || Overijssel (NL21) || 10 || 3

Bouwbedrijf H.J. Klomps B.V. || Gelderland (NL22) || 9 || 2

Bouwbedrijf Heimensen BV || Gelderland (NL22) || 5 || 2

Bouwbedrijf Hulshof || Overijssel (NL21) || 7 || 2

Bouwbedrijf IJzerman Heerde B.V. || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Bouwbedrijf J H Scholten B.v. || Overijssel (NL21) || 6 || 3

Bouwbedrijf J. Heldoorn B.V. || Overijssel (NL21) || 1 || 2

Bouwbedrijf Kampman B.V. || Gelderland (NL22) || 4 || 2

Bouwbedrijf Louis Wijnhout B.V. || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Bouwbedrijf Middelhuis & Wopereis B.v. || Gelderland (NL22) || 7 || 3

Bouwbedrijf Ottenhof BV || Overijssel (NL21) || 5 || 2

Bouwbedrijf Regeling bv || Overijssel (NL21) || 36 || 3

Bouwbedrijf Roosdom Tijhuis Rijssen B.V. || Overijssel (NL21) || 2 || 2

Bouwbedrijf Sprong BV || Gelderland (NL22) || 11 || 3

Bouwbedrijf 't Woud Bv || Gelderland (NL22) || 15 || 3

Bouwbedrijf Thus-Heebing B.V. || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Bouwbedrijf Van Swaay || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Bouwbedrijf Verploegh BV || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Bouwbedrijf Wensink & Prins BV || Overijssel (NL21) || 6 || 2

Bouwcollectief Voorstonden Bv || Gelderland (NL22) || 8 || 3

Bouwlijn Van Dijk B.V. || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Bouwonderneming Hoppen BV || Overijssel (NL21) || 1 || 2

Broekhuizen Kabo B.V. || Gelderland (NL22) || 2 || 2

De Vree en Sliepen BV || Gelderland (NL22) || 1 || 2

De Zeeuw BV || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Design Bouw B.V. || Overijssel (NL21) || 6 || 2

Dijkhuis Aannemersbedrijf BV || Overijssel (NL21) || 1 || 2

Dst Bouw Management International Bv || Overijssel (NL21) || 1 || 3

Gebr. van der Geest B.V. || Overijssel (NL21) || 1 || 2

Gebrs Lukkassen Metselwerk Bv || Gelderland (NL22) || 45 || 3

Giesbers-Arnhem Bouw B.V. || Gelderland (NL22) || 3 || 2

Giesbers-Wijchen Bouw B.V. || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Groothuis bouwgroep || Overijssel (NL21) || 1 || 2

Hegeman Bouw Vriezenveen B.V. || Overijssel (NL21) || 5 || 2

Henk Selles Bouwbedrijf || Overijssel (NL21) || 1 || 2

Hoffman Bouwbedrijf B.V. || Gelderland (NL22) || 8 || 2

Hoornstra Bouw B.V. || Gelderland (NL22) || 5 || 2

Kempink Bouwbedrijf Bv || Gelderland (NL22) || 11 || 3

|| Gelderland (NL22) || 2 || 2

Klein Haar aannemersbedrijf || Gelderland (NL22) || 4 || 2

Koopmans Bouwgroep B.V. || Overijssel (NL21) || 7 || 2

Kraay aannemingsbedrijf bv || Gelderland (NL22) || 15 || 3

Plegt-Vos Bouwgroep B.V. || Overijssel (NL21) || 2 || 2

Prefab totaal BV || Overijssel (NL21) || 23 || 3

Rots Bouw B.V. || Gelderland (NL22) || 7 || 2

Rtw Bv || Overijssel (NL21) || 7 || 3

Stenfert Spantbouw B.V. || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Temmink bouwbedrijf || Overijssel (NL21) || 2 || 2

Tomberg Funderingen en Onderbouw BV || Gelderland (NL22) || 2 || 3

Van Benthem's Aannemingsbedrijf Bv || Overijssel (NL21) || 1 || 2

Van Dijk Bouw B.V. || Gelderland (NL22) || 4 || 2

|| Overijssel (NL21) || 5 || 2

Van Dijk Bouw Twente B.V. || Overijssel (NL21) || 2 || 2

Van Driesten Harskamp Bouwbedrijf B.V. || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Van Kessel Bouw Bv || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Vastbouw Oost BV || Overijssel (NL21) || 1 || 2

Veluwezoom Verkerk Bouw B.V. || Gelderland (NL22) || 19 || 2

VOF Oleander || Overijssel (NL21) || 4 || 3

Wam & van Duren Bouwgroep BV || Gelderland (NL22) || 1 || 2

Numru totali ta' ħaddiema li ngħataw is-sensja Numru totali ta’ intrapriżi || || 562 ||

89

Top