EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0001

Mergers ta’ kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata ***I Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat- 18 ta’ Jannar 2011 dwar il-proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mergers ta’ kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (COM(2010)0391 – C7-0209/2010 – 2008/0009(COD))
P7_TC1-COD(2008)0009 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit- 18 ta’ Jannar 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mergers ta’ kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (kodifikazzjoni)

ĠU C 136E, 11.5.2012, p. 104–105 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 136/104


It-Tlieta 18 ta’ Jannar 2011
Mergers ta’ kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata ***I

P7_TA(2011)0001

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2011 dwar il-proposta emendata għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mergers ta’ kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (kodifikazzjoni) (COM(2010)0391 – C7-0209/2010 – 2008/0009(COD))

2012/C 136 E/20

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – kodifikazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0026) u l-proposta emendata (COM(2010)0391),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tas-17 ta’ Ġunju 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0209/2010),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta’ Ottubru 2010 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 – Metodu ta’ ħidma aċċellerat għall-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 86 u 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0363/2010),

A.

billi, skont il-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta inkwistjoni fiha kodifikazzjoni sempliċi tat-testi eżistenti mingħajr ebda bidla fis-sustanza tagħhom,

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, u japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


(1)  ĠU C 286 E, 27.11.2009, p. 60.

(2)  Għadha mhux ippubblikata fil-ĠU.

(3)  ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.


It-Tlieta 18 ta’ Jannar 2011
P7_TC1-COD(2008)0009

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-18 ta’ Jannar 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva 2011/…/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mergers ta’ kumpanniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (kodifikazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2011/35/UE.)


Top