EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52010XP0499

L-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas- 16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar

ĠU C 169E, 15.6.2012, p. 139–139 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 169/139


Il-Ħamis 16 ta’ Diċembru 2010
L-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar

P7_TA(2010)0499

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għall-persuni bla dar

2012/C 169 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tiegħu tat-22 ta’ April 2008 dwar it-tmiem tal-problema ta’ persuni bla dar li jgħixu fit-toroq (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A.

billi n-nuqqas ta’ akkomodazzjoni qed ikompli jolqot il-persuni fl-Istati Membri kollha tal-UE u huwa vjolazzjoni mhux aċċettabbli tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem;

B.

billi l-2010 ġiet iddikjarata s-Sena Ewropea għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali;

1.

Jistieden għal darb'oħra lill-Kunsill biex jimpenja ruħu sa tmiem l-2010 li jtemm il-problema ta’ persuni bla dar li jgħixu fit-toroq sal-2015;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tiżviluppa strateġija tal-UE ambizzjuża dwar il-persuni bla dar u tappoġġa lill-Istati Membri biex jiżviluppaw strateġiji nazzjonali effikaċi li jsegwu l-linji gwida tar-Rapport Konġunt dwar il-Ħarsien Soċjali u l-Inklużjoni Soċjali adottat f'Marzu 2010 u bħala parti mill-UE 2020;

3.

Jistieden lill-EUROSTAT biex jiġbor data dwar il-persuni bla dar fl-UE;

4.

Jappoġġa l-prijoritajiet ta’ azzjoni li ġejjin: Ħadd ma jorqod f'kundizzjonijiet ħżiena; Ħadd ma jgħix f'akkomodazzjoni ta’ emerġenza aktar mill-perjodu ta’ “emerġenza”; Ħadd ma jgħix f'akkomodazzjoni tranżitorja aktar milli meħtieġ sakemm tinstab akkomodazzjoni definitiva; Ħadd ma jħalli istituzzjoni mingħajr ma jkollu għażliet fejn joqgħod; Ebda żagħżugħ ma jispiċċa mingħajr dar minħabba t-tranżizzjoni tiegħu lejn ħajja indipendenti;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji (2), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


(1)  ĠU C 259 E, 29.10.2009, p. 19.

(2)  Il-lista ta’ firmatarji hija ppubblikata fl-Anness 3 għall-Minuti tas-16 ta’ Diċembru 2010 (P7_PV(2010)12-16(ANN3)).


Top