EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52008XX1205(03)

Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplotazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ Permis d'Est Champagne) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU C 310, 5.12.2008, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 310/21


Komunikazzjoni tal-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, l-esplotazzjoni u l-produzzjoni tal-idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass imsejjaħ “Permis d'Est Champagne”)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2008/C 310/08)

Permezz ta' applikazzjoni li waslet fit-13 ta' Mejju 2008, il-kumpanija Lundin International, li għandha s-sede tagħha f'Montmirail (Franza), talbet li, għal tul ta' ħames snin, tingħata permess esklussiv għat-tiftix tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d'Est Champagne”, fuq medda ta' madwar 2 698 kilometru kwadru, f'parti mid-Dipartimenti tal-Marne, tal-Ardennes u tal-Meuse.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa kkostitwit mill-arki tal-meridjani u l-paralleli li jgħaqqdu suċċessivament il-punti definiti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom fi gradi, bil-meridjan oriġinali dak ta' Pariġi.

Punt

Latitudni gradi Tramuntana

Lonġitudni gradi Lvant

A

54,80

2,20

E

54,80

2,90

C

54,70

2,90

D

54,70

3,00

E

54,30

3,00

F

54,30

2,90

G

54,20

2,90

H

54,20

2,50

I

54,30

2,50

J

54,30

2,40

K

54,40

2,40

L

54,40

2,20

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji tal-għoti tad-dritt minerarju

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom jagħtu prova li jissodisfaw il-kundizzjonijiet definiti fl-Artikoli 4 u 5 tal-Liġi Nru 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Il-kumpaniji interessati jistgħu jippreżentaw applikazzjoni kompetittiva fi żmien disgħin jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti bil-Liġi Nru 2006-648 dwar id-drittijiet minerarji u l-ħżin taħt l-art. L-applikazzjonijiet kompetittivi għandhom ikunu indirizzati lill-ministru inkarigat mill-minjieri, fl-indirizz li jingħata hawn taħt.

Id-deċiżjonijiet dwar l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi jsiru bl-applikazzjoni tal-kriterji għall-għoti ta' dritt minerarju definiti fl-Artikolu 6 tal-liġi msemmija, u jsiru sa mhux aktar tard mid-19 ta' Mejju 2010.

Il-kundizzjonijiet u rekwiżiti għall-eżerċizzju tal-attività u d-deċiżjoni relattiva

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-kodiċi minerarju u għal-Liġi Nru 2006-649 tat-2 ta' Ġunju 2006 rigward ix-xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-pulizija tal-minjieri u l-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

Aktar tagħrif jista' jinkiseb mill-Ministeru tal-Ekoloġija, tal-Enerġija, tal-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Użu tal-Artijiet (Direttorat Ġenerali tal-Enerġija u tal-Klima, Direttorat tal-Enerġija, Sottodirettorat tas-Sigurtà tal-Provvista u tal-Prodotti Ġodda Enerġetiċi, Uffiċċju tal-Esplorazzjoni u tal-Produzzjoni tal-Idrokarburi), 41, boulevard Vincent Auriol, F-xxxx Paris Cedex 13 (tel. (33) 153 94 14 81, feks (33) 153 94 14 40).

Id-dispożizzjonijiet regolamentari u leġiżlattivi msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance:

http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


Top