EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005DC0290

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Djalogu tas-Soċjetà Ċivili bejn l-UE u l-Pajjiżi Kandidati {SEG(2005) 891}

/* KUMM/2005/0290 finali */

52005DC0290

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Djalogu tas-Soċjetà Ċivili bejn l-UE u l-Pajjiżi Kandidati {SEG(2005) 891} /* KUMM/2005/0290 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 29.6.2005

KUMM(2005) 290 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Djalogu tas-Soċjetà Ċivili bejn l-UE u l-Pajjiżi Kandidati

{SEG(2005) 891}

1. Għaliex “djalogu tas-soċjetÁ ċIVILI” BEJN L-UE U L-PAJJIżI KANDIDATI ?

1.1. Daħla

It-tkabbir ta’ l-Unjoni Ewropea għal għaxar Stati Membri ġodda fl-1 ta’ Mejju ta’ l-2004 saħħaħ aktar l-unjoni tal-kontinent Ewropew u saħħu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà. Iżda, waħda mil-lezzjonijiet li wieħed jista’ jitgħallem minn tkabbir preċedenti hija li ċ-ċittadini ta’ l-Istati Membri ta’ l-UE ma ġewx infurmati u lanqas ippreparati biżżejjed. Kull tkabbir fil-ġejjieni ta’ l-UE għandu jiġi appoġġat minn djalogu solidu, sostenut u fil-fond bejn is-soċjetajiet tal-pajjiżi Kandidati u fl-Istati Membri ta’ l-UE, kif ukoll ma’ l-istituzzjonijiet ta’ l-UE. Dan ser jgħin sabiex jiġi żgurat it-tixrid iktar effettiv ta’ l-informazzjoni , jinkiseb għarfien reċiproku aħjar u jqarreb iċ-ċittadini u l-kulturi, is-sistemi ekonomiċi u politiċi differenti, biex b’hekk ikun żgurat l-aħjar għarfien ta’ l-opportunitajiet kif ukoll l-isfidi ta’ l-adeżjonijiet fil-ġejjieni.

1.2. Id-djalogu li jittratta t-tkabbir fil-ġejjieni

F’dan il-kuntest, f’ Ottubru ta’ l-2004 ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-progress tat-Turkija lejn l-adeżjoni[1], ipproponiet żvilupp ta’ djalogu bejn l-Istati Membri u t-Turkija, “ fejn id-dubju u l-perċezzjonijiet jistgħu jiġu diskussi b’ mod frank u fil-miftuħ.” Il-Kummissjoni nnotat li “ Is-soċjetà ċivili għandha tieħu r-rwol ċentrali f’dan id-djalogu, li għandu jkun iffaċilitat mill-UE .”

Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li fil-każ tat-Turkija, huwa partikolarment meħtieġ li jseħħ djalogu li jimmira lejn it-titjib ta’ l-għarfien reċiproku u lejn t-tħeġġiġ ta’ dibattitu fuq il-perċezzjonijiet fir-rigward tas-soċjetà u l-materji politiċi fuq iż-żewġ naħat. L-opinjoni pubblika fit-Turkija tappoġġa b’ mod sħiħ is-sħubija fl-UE, iżda l-informazzjoni dwar l-istorja, il-mod ta’ kif taħdem, ir-regoli u l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea għadha skarsa. Fi ħdan l-UE, l-opinjoni pubblika hija maqsuma fuq din il-materja, b’ differenzi ta’ opinjoni li jinsabu bejn u fl-Istati Membri infushom. Dan id-dibattitu jaħraq li ilu għaddej f’ dan ir-rigward jiffoka fuq numru ta’ temi differenti, li jinkludu mistoqsijiet li jikkonċernaw il-kultura u r-reliġjon ta’ dawk ta’ natura iktar prattika. Min-naħa l-oħra huwa argumentat li l-Istat tat-Turkija u s-soċjetà tagħha għandhom valuri u prassi li hija inkompatibbli ma’ l-istandards ta’ l-UE. Min-naħa l-oħra t-Turkija ġiet deskritta bħala pajjiż ta’ sfond kulturali differenti fejn hemm konformità mal-prinċipji demokratiċi bħalma huwa l-każ fl-Istati Membri ta’ l-UE. Hemm ħafna dibattitu dwar l-impatt li huwa mistenni mill-adeżjoni tat-Turkija relatat mad-daqs tal-pajjiż, mad-dħul finanzjarju u mal-lokazzjoni ġeorafika tat-Turkija[2].

Fis-17 ta’ Diċembru ta’ l-2004 l-Kunsill Ewropew ikkonferma r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u wessa’ l-firxa tagħha billi stipola li “parallelament man-negozjati għall-adeżjoni, l-Unjoni għandha tidħol fi djalogu kulturali u politiku [3] intensiv ma’ kull stat kandidat. Bil-għan li tissaħħaħ il-fehma reċiproka billi jinġabru n-nies flimkien, dan id-djalogu intensiv ser jinvolvi wkoll lis-soċjetà ċivili."

Id-djalogu tas-soċjetà ċivili[4] għalhekk ser jikkonċerna lill-Kroazja wkoll[5], għalkemm id-djalogu fir-rigward tal-Kroazja jista’ jkun ta’ natura differenti minn dik tat-Turkija. Id-djalogu mal-Kroazja jimmira iktar lejn it-tisħiħ tad-dibattitu pubbliku fil-Kroazja dwar is-sħubija ma’ l-UE, speċjalment biex iwassal għal għarfien aħjar u għall-aċċettazzjoni tal-valuri u l-istandards ta’ l-UE. Minbarra l-materji politiċi iktar ġenerali, dan id-djalogu huwa partikolarment importanti f’ ċerti oqsma ta’ l-acquis ta’ l-UE per eżempju, l-ambjent, is-sigurtà ta’ l-ikel u l-protezzjoni tal-konsumatur, kif ukoll l-obbligazzjonijiet fil-qasam ta’ l-assistenza esterna.

Fil-Kunsill Ewropew ta’ Thessalonica ta’ Ġunju ta’ l-2003. l-UE emfasizzat li l-futur tal-Balkani tal-Punent jinsab fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Skond il-progress ta' kull pajjiż fil-konformità mal-kriteji ta’ Copenhagen u l-kondizzjonalità ta’ l-istabbilizzazzjoni u l-proċess ta’ assoċjazzjoni, il-Kunsill Ewropew jista’ jiddeċiedi, fuq il-bażi ta’ opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea, li jagħtu bidu għan-negozjati ta' adeżjoni. F’dak il-kuntest, numru ta’ attivitajiet kurrenti u tal-ġejjieni li huma ppjanati għall-pajjiżi kandidati attwali jistgħu wkoll jiġu introdotti għall-pajjiżi oħrajn tal-Balkani tal-Punent kif xieraq.

Il-għan ewlieni tad-djalogu tas-soċjetà ċivili li għandu jiġi żviluppat mat-Turkija u mal-Kroazja huwa biex l-opinjoni pubblika tkun aktar informata mill-pajjiżi ta’ l-UE u dawk kandidati, billi jiġu indirizzati l-opportunitajiet kif ukoll l-isfidi li jinħolqu minn tkabbir fil-ġejjieni. B’ referenza għat-Turkija, id-djalogu ser jinkuraġġixxi d-diskussjoni fuq il-perċezzjonijiet fir-rigward tal-kultura u l-valuri ta’ kuljum espressi mis-soċjetà u mill-Istat fuq żewġ aspetti. Sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, id-djalogu ser iżid l-iskambji bilaterali, b’ hekk jikkontribwixxi għal żieda fil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fl-iżvilupp politiku, kulturali u ekonomiku tal-pajjiżi Kandidati kkonċernati. B’ hekk ikun ta’ appoġġ għal żvilupp ulterjuri ta’ soċjetà vivaċi u vibranti fil-pajjiżi Kandidati, li huwa l-mezz għall-konsolidazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazzija, f’ konformità mal-kriterji politiċi għall-adeżjoni.

Fil-qosor, l-għanijiet tad-djalogu tas-soċjetà ċivili jista’ jinġabar f’ taqsira kif ġej:

- Jissaħħu l-kuntatti u l-iskambji reċiproċi ta’ l-esperjenzi bejn is-setturi kollha tas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri fil-pajjiżi Kandidati;

- Jaċċerta għarfien u ftehim aħjar tal-pajjiżi kandidati kkonċernati fi ħdan l-Unjoni Ewropea, inklużi l-istorja u l-kultura tagħhom, b’ hekk jippermetti kuxjenza aħjar ta’ l-opportunitajiet u l-isfidi tat-tkabbir fil-ġejjieni;

- Jaċċerta għarfien u ftehim aħjar ta’ l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-pajjiżi kandidati, inklużi l-valuri li hija mibnija fuqhom, it-tħaddim u l-politika tagħha.

1.3. Definizzjoni tas-soċjet à ċivili

Għalkemm il-kunċett tas-soċjetà ċivili jista’ jiġi ddefinit f’ħafna modi, id-definizzjoni l-iktar vasta u inklussiva possibbli ser tiġi adottata mid-djalogu tas-soċjetà ċivili[6]. B’ hekk is-soċjetà ċivili għandha tinkludi: l-atturi fis-suq tax-xogħol, jiġifieri l-imsieħba soċjali ( trade unions u l-federazzjonijiet ta’ min jimpjega n-nies); organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-parteċipanti ewlenin b’ mod ampju (organizzazzjonijiet tal-konsumatur per eżempju,); organizzazzjonijiet non governattivi (NGOs) u organizzazzjonijiet li huma bbażati fil-komunità, jiġifieri organizzazzjonijet bażiċi li bihom iċ-ċittadini jipparteċipaw fil-ħajja lokali u muniċipali (eż assoċjazzjonijiet taż-żgħażagħ u dawk tal-familja); komunitajiet reliġjużi u tal- media .

L-istrutturikollha soċjali għajr l-amministrazzjoni governattiva u pubblika, li tkun bbażata fuq sħubija volontarja jew obbligatorja (dan huwa l-każ għall-Kamra tal-Kummerċ f’ ċerti pajjiżi, bħala eżempju) hija mħeġġa li tipparteċipa fid-djalogu. Komunitajiet lokali u muniċipalitajiet ser jiġu inklużi fid-djalogu, filwaqt li l-edukazzjoni, il- media u s-setturi kulturali huma wkoll mistennija li jkollhom rwol ewlieni. Finalment, kif spjegat hawn isfel, id-djalogu jinkludi skambji bejn il-mexxejja minn istituzzjonijiet nazzjonali u Ewropej.

Din il-Kummissjoni tistipola qafas ta’ politika fir-rigward ta’ l-iżvilupp ta’ djalogu soċjali bejn pajjiżi ta’ l-UE u dawk kandidati. L-ewwel ser tiffoka fuq it-tisħiħ ta’ ċerti attivitajiet kurrenti, li jsiru fuq livell nazzjonali u fuq il-livell ta’ l-UE. Din ser tipproponi wkoll attivitajiet ġodda li huma mmirati li jiżviluppaw iktar lid-djalogu.

2. It-tisħiħ ta’ l-Attivitajiet Kurrenti

2.1. Il-Kroazja

Is-soċjetà ċivili tal-Kroazja naturalment, żviluppat fi ħdan il-kuntest partikolari tagħha. L-UE ilha taħdem mas-soċjetà ċivili tal-Kroazja fil-kuntest tal-politika speċifika mmirata lejn il-Balkani tal-Punent - il-proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Id-djalogu tas-soċjetà ċivili jinvolvi bosta atturi li jinkludu l-parlament, il- media , l-istituzzjonijiet edukattivi, il-minoritajiet, l-organizzazzjonijiet u l-NGOs varji l-oħrajn. Dan id-djalogu ssaħħaħ mid-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ l-UE-Kroazja dwar Stabilizzazzjoni u Adeżjoni (SAA) ta’ l-1 ta’ Frar ta’ l-2005. Bħala eżempju, l-ewwel laqgħa tal-Kumitat Konġunt ta’ l-UE-Kroazja saret f’ Zagreb fit-3 sa l-4 ta’ Marzu ta’ l-2005.

Aktar minn hekk, id-djalogu tas-soċjetà ċivili jibbenefika minn iktar parteċipazzjoni tal-Kroazja fil-programmi tal-Komunità bħalma huwa l-każ tas-sitt Programm ta’ Qafas għall-RTD, Żgħażagħ, Ugwaljanza bejn is-Sessi, Tempus, ix-Xogħol, il-programm Life għall-Pajjiżi Terzi, li huma ffaċilitati mill-SAA kif ukoll minn assistenza ta’ qabel l-adeżjoni. Aktar minn hekk, bl-assoċjazzjoni sħiħa tal-Kroazja mas-sitt Programm ta’ Qafas mill-1 ta’ Jannar ta’ l-2006 (flimkien ma’ pjan inizjali ta’ azzjoni), il-Kroazja ser ikollha l-istess stat bħall-Istati Membri fil-qasam ta’ l-Iżvilupp tar-Riċerka u tat-Teknoloġija. Dan ser jirrappreżenta opportunita unika għall-iżvilupp ta’ l-integrazzjoni tas-soċjetà xjentifika tal-Kroazja fil-Qasam tar-Riċerka ta’ l-UE. Skond il-programm Tempus il-Kummissjoni tagħti baġit ta’ € 4 miljuni sabiex tinkuraġġixxi l-proġetti bejn l-istituzzjonijiet edukattivi bejn l-UE u l-Kroazja u li jilħqu wkoll lill-atturi tas-soċjetà ċivili. Apparti dan , numru ta’ Stati Membri huma wkoll imħaġġa li jippromwovu kuntatti bilaterali kulturali u edukattivi kif ukoll forom oħrajn ta’ kooperazzjoni bejniethom infushom u l-Kroazja.

2.2. It-Turkija

It-Turkija għandha storja ta’ konnessjonijiet politiċi u ekonomiċi tajbin ma’ l-istituzzjonijiet Ewropej li jmorru lura għall-iffirmar ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fl-1963, li sussegwentament wassal għall-Unjoni Doganali fl-1995. Interazzjoni bilaterali fuq livell istituzzjonali kif ukoll fuq livell bażi, daħlet fis-seħħ mill-bidu tas-sittinijiet u intensifikat mar-rikonoxximent uffiċjali tat-Turkija bħala pajjiż kandidat fl-1999. Kif imfassal hawn isfel, l-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali żviluppaw numru ta’ attivitajiet nazzjonali mat-Turkija li jaqgħu taħt il-firxa ta’ applikazzjoni tad-djalogu tas-soċjetà ċivili. Dawn l-attivitajiet għandhom jitkomplew, jissaħħu, u f’ ċerti każijiet jsiru iktar effiċenti u ssir promozzjoni tagħhom aħjar .

2.2.1. Istituzzjonijiet nazzjonali pubbliċi

2.2.1.1. Relazzjonijiet bilaterali

L-Istati Membri huma pjuttost attivi fil-promozzjoni ta’ skambji reċiproċi, inklużi l-programmi ta’ mobiltà, il-fondi għall-istudju, l-iżvilupp tal- media , l-appoġġ finanzjarju ta’ l-iżvilupp ta’ l-NGOs, skambji bejn organizzazzjonijiet professjonali, konnessonijiet bejn skejjel u iktar. Barra minn hekk, relazzjonijiet kulturali bejn Stati Membri u t-Turkija huma partikolarment intensi u f’ ċerti każijiet jibbenefikaw mill-istabbiliment fit-Turkija ta’ istituti kultrali li jikkomunikaw ma’ l-Istati Membri. Il-gvern Tork kien ukoll attiv fil-promozzjoni ta’ avvenimenti kulturali, attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi u kuntatti parlamentari. Huwa mistenni li dawn l-attivitajiet kollha ser ikomplu jintensifikaw u jiddiversifikaw ruħhom fil-ġejjieni, b’ hekk jissaħħaħ l-iżvilupp tad-djalogu tas-soċjetà ċivili.

2.2.1.2. Il-Komunitajiet Torok fl-Istati Membri

L-Istati Membri u l-awtoritajiet Torok, f’ kooperazzjoni ma’ l-NGOs u ma’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kienu attivi wkoll fil-faċilitazzjoni ta’ l-integrazzjoni tal-komunitajiet Torok fil-pajjiżi li laqgħuhom. Iċ-ċittadini Torok jikkostitwixxu l-ikbar grupp ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-UE, u l-preżenza ta’ tali komunitajiet jgħinu biex jifformaw id-dehra tat-Turkija fl-UE[7]. L-attivitajiet għandhom jissaħħu aktar f’ dan il-qasam, sabiex jinkuraġġixxu lill-komunitajiet Torok li jgħixu fl-Istati Membri biex jipparteċipaw b’ mod iktar attiv fid-djalogu ta’ bejn it-Turkija u l-UE. L-Istati Membri għandhom ikomplu fir-rwol ewlieni tagħhom fl-implimentazzjoni tal-proġetti, u jikkooperaw ma’ l-iktar grupp vast ta’ msieħba li jifirxu minn assoċjazzjonijiet lokali sa figuri prominenti ta’ oriġini Torka fil-pajjiżi li laqgħuhom, u sa esperti akkademiċi.

2.2.2. Il-Parlamenti, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew (EESC), il-Kumitat tar-Reġjuni (CoR)

Relazzjonijiet interparlamentari, kuntatti li jinvolvu l-partiti politiċi u kuntatti personali miżmuma fuq tul ta’ żmien bejn il-membri tal-parlamenti jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-ftehim reċiproku, u ser jirrappreżentaw dimensjoni ewlenija tad-djalogu tas-soċjetà ċivili. Il-Parlament Ewropew u l-kontroparti Torka kellhom rwol kruċjali fl-iżvilupp tad-djalogu. B’ mod partikolari, il-Kumitat Konġunt Parlamentari ta’ l-UE – Turkija offra għal bosta snin pjattaforma għal skambji bejn membri li ġew eletti miż-żewġ naħat. Skambji b’ riżultati tajbin saru wkoll bejn il-parlamenti nazzjonali. Huwa mistenni li l-attivitajiet ta’ dan it-tip jiżdiedu. Aktar minn hekk, huwa previst programm imsaħħaħ ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol ta’ l-assistenti Parlamentari Torok fil-Parlamenti ta’ l-Istati Membri u fil-Parlament Ewropew. Finalment, skambji bejn il-fergħat tal-partiti Torok u ta’ l-UE li jikkonċernaw iż-żgħażagħ u n-nisa għandhom jiġu mħeġġa.

Istituzzjonijiet ta’ l-UE bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (EESC) kienu attivi fl-istabbiliment tal-konnessjonijiet mat-Turkija. Għaxar snin ilu l-EESC kien diġà waqqaf il-Kumitat Konġunt Konsultattiv (JCC) mat-Turkija, bil-għan li jmexxi ’l quddiem id-djalogu u l-kooperazzjoni bejn il-gruppi ekonomiċi u soċjali interessati miż-żewġ naħat. Il-JCC jikkontribwixxi b’ mod ċar lejn id-djalogu bejn is-soċjetajiet ċivili, u jipprevedi li jorganizza inizjattivi speċifiċi sabiex dan jiġi żviluppat iktar. Rwol simili għandu jittieħed mill-Kumitat tar-Reġjuni, b’mod partikolari dwar kif jikkonċerna l-promozzjoni tad-djalogu bejn il-komunitajiet lokali fit-Turkija u fl-Istati Membri.

2.2.3. Attivitajiet kurrenti ffinanzjati mill-UE

2.2.3.1. Definizzjoni tas-soċjet à ċivili

Fl-aħħar snin, it-Turkija esperjenzat żvilupp impressjonanti fis-soċjetà ċivili. L-NGOs li jkopru medda wiesa’ ta; kwistjonjiet bdew issemmgħu leħinhom aktar u ilhom jiġġieldu sabiex isiru ċentri soċjali u politiċi influwenti. Mill-2001, l-UE implimentat Programm ta’ Żvilupp tas-Soċjetà Ċivili, li l-biċċa l-kbira hija mmiratat lejn it-tisħiħ ta’ l-iżvilupp ta’ l-NGOs fit-Turkija[8]. Aktar minn hekk, l-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għad-Drittijet tal-Bniedem iffokaw fuq it-Turkija u appoġġaw l-NGOs permezz ta’ mikro u makro proġetti. Il-programm ta’ assistenza ta’ qabel l-adeżjoni għat-Turkija pprovdut mill-UE ser ikompli sabiex it-tisħiħ tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u l-iżvilupp ta’ soċjetà ċivili jibqgħu prijorità fl-eżerċizzi ta’ pprogrammar għall-ġejjieni. Għall-2005, € 8 miljuni huma allokati għal dan il-qasam.

2.2.3.2. Djalogu soċjali, ix-xogħol u l-affarijiet soċjali

L-imsieħba soċjali u l-NGOs soċjali għandhom rwol ewlieni fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ta’ l-UE fl-oqsma tal-liġijiet tax-xogħol, tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, fl-ugwaljanza bejn is-sessi u kontra d-diskriminazzjoni[9]. Huma attivi wkoll fl-ippjanar, fl-implimentazzjoni u fis-sorveljanza ta’ l-impjiegi , ta’ l-inklużjoni soċjali u tal-ħarsien soċjali. B’ hekk il-Kummissjoni dejjem tat attenzjoni kbira lill-iżvilupp tal-kuntatti ma’ l-imsieħba soċjali u ma’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li huma involuti fl-oqsma soċjali tat-Turkija, b’ mod partikolari fid-dawl li tqarribhom lejn l-istandards ta’ l-UE u jkun żgurtat ir-rispett kollu għad-drittijiet tat- Trade Unions kif definiti mill-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol (ILO).

Il-Kummissjoni ser tkompli bil-politika tagħha li tistabbilixxi konnessjoni u attivitajiet ta’ konnessjoni ma’ tali organizzazzjonijiet fit-Turkija. Aktar minn hekk, ser issaħħaħ il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-programmi tal-Komunità f’ dan il-qasam. It-Turkija diġà tipparteċipa fil-programmi tal-Komunità ddedikati għall-l-ugwaljanza bejn is-sessi, għal kontra d-diskriminazzjoni, kontra l-esklużjoni soċjali u għall-Miżuri għall-Inċentivi ta’ Ħolqien tax-Xogħol. F’ dan il-kuntest it-Turkija għandha tieħu sehem b’mod sħiħ fil-kooperazzjoni fl-oqsma kollha trans nazzjonali, sabiex b’ hekk l-entitajiet Torok ikunu jistgħu jirrispondu direttament għal sejħiet għall-proposti fil-miftuħ u għat-trawwim tal-potenzjal tad-djalogu tas-soċjetà ċivili tal-programmi. Fondi ta’ qabel l-adeżjoni għandhom jiġu allokati għall-iffinanzjar taż-żieda relatata tal-kontribut finanzjarjutat-Turkija.

2.2.3.3. Il-Programmi tal-Komunità Socrates, Youth, Leonardo da Vinci

L-attivitajiet li saru fil-qasam tat-taħriġ u l-edukazzjoni huma probabbilment l-iktar xierqa biex isaħħu l-konnessjoni taċ-ċittadini u jkattru l-għerf u l-għarfien reċiproku. Minn April ta’ l-2004 t-Turkija pparteċipat bħala membru sħiħ fil-programnmi tal-Komunità Socrates, Youth u Leonardo da Vinci . Il-programm Socrates isaħħaħ id-dimensjoni Ewropea fl-edukazzjoni permezz ta’ proġetti nazzjonali u promozzjoni ta’ mobbiltà tal-personal u ta’ min qiegħed jitgħallem madwar il-pajjiżi parteċipanti kollha f’ kull livell ta’ edukazzjoni (skola, edukazzjoni ogħla u edukazzjoni ta’ l-adulti). Il-programm Youth jagħti opportunità liż-żgħażagħ, ħaddiema żgħażagħ u organizzazzjonijiet ta’ żgħażagħ li jiżviluppaw skambju trans nazzjonali u attivitajiet edukattivi mhux formali. Fl-aħħar il-programm ta’ taħriġ vokazzjonali Leonardo da Vinci jippromwovi kooperazzjoni trans nazzjonali bejn parteċipanti istituzzjonali fit-taħriġ vokazzjonali, fi sforz għat-tkabbir tal-mobbiltà, sabiex titrawwem l-innovazzjoni u tittejjeb il-kwalita tat-taħriġ.

In-numru sinifikanti ta’ applikazzjonijiet u ta’ parteċipanti matul l-2004 u ż-żieda konsiderevoli ta’ applikazzjonijiet li waslu mis-sejħa ta’ l-2005 għall-proposti juru li l-pubbliku Tork għandu aspettattivi kbar fir-rigward ta’ dawn il-programmi. Ġie stmat li total ta’ 9000 parteċipant ħadu sehem fi tliet programmi matul l-ewwel sena. L-Aġenzija Nazzjonali Torka qed tistenna li dawn il-figuri jirduppjaw sa l-2006. Dawn il-programmi għandhom rilevanza qawwija u potenzjal kbir fit-Turkija, pajjiż ta’ 17–il miljun student. Aktar minn hekk, għad hemm ħafna xi jsir sabiex tiġi żgurata r-reċiproċità, minħabba li fl-2004 studenti ta’ żjara fit-Turkija minn pajjiżi oħrajn għadhom limitati fin-numru tagħhom. Il-baġit globali allokat lill-parteċipazzjoni tat-Turkija fi tliet programmi jammonta għal madwar € 30 miljun fl-2005 (kważi 2/3 minnhom ingħata bħala appoġġ ta’ qabel l-adeżjoni mill-Komunità u 1/3 mill-baġit nazzjonali Tork). Il-Kummissjoni ser tinkuraġġixxi parteċipazzjoni msaħħa tat-Turkija fil-programmi per eżempju billi teżamina l-possibbiltà li tipprovdi finanzjar addizzjonali mill-fondi ta’ qabel l-adeżjoni sabiex tikkumplementa l-iffanzjar tal-programmi.

2.2.3.4. Attivitajiet oħrajn li għadhom għaddejjin fil-qasam akkademiku

Il-programm Jean Monet Scholarship , immaniġġjat mid-delegazzjoni tal-KE f’ Ankara, jiffinanzja taħriġ ta’ post graduate immirat sabiex itejjeb l-ispeċjalizzazzjoni ta’ żgħażagħ Torok fil-qasam ta’ l-integrazzjoni Ewropea u jsaħħaħ ir-rabtiet bejn iċ-ċittadini Torok u dawk ta’ l-UE. Il-programm ilu sejjer għal bejn wieħed u ieħor 15–il sena u ta l-opportunità lil bosta mijiet ta’ studenti Torok li jiffamiljarizzaw ma’ kwistjonijiet relatati ma’ l-integrazzjoni u ċ-ċivilizzazzjoni Ewropea. Ħa wkoll rwol fit-tisħiħ tal-kuntattii bejn l-istituzzjonijiet akkademiċi ta’ l-UE u dawk Torok. Fil-futur il-Kummissjoni ser issaħħaħ il-programm billi tkabbar l-allokazzjoni tal-baġit tagħha. Inizzjattivi relatati oħrajn ser ikunu kkunsidrati, bħal ħolqien ta’ l-Assoċjazzjoni Jean Monet Alumni u l-estensjoni tal-programm lill-applikazzjonijiet ta’ l-UE fit-Turkija.

L-Azzjoni Jean Monet “Integrazzjoni Ewropea fl-Istudji Universitarji”, immaniġġjat mill-Kummissjoni Ewropea (DĠ Edukazzjoni u Kultura), hija inizzjattiva li hija miftuħa għall-Istati Membri u dawk mhux Membri. Timmira li tistimola l-eċċellenza akkademika fil-qasam ta’ l-integrazzjoni Ewropea u trawwem ir-riflessjoni akkademika dwar prijoritajiet ta’ politika ta’ integrazzjoni Ewropea. L-inizzjattiva tappoġġa konferenzi u gruppi tematiċi ta’ livell għoli billi tiġbor flimkien professuri minn Jean Monnet, dawk li jfasslu l-politika u s-soċjetà ċivili. Bħalissa, hemm 7 Sedji Jean Monet u 26 Moduli jew KorsijietJean Monet fl-universitajiet Torok. Bħala mezz li jsaħħaħ id-djalogu fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw l-integrazzjoni Ewropea bejn id-dinja akkademika Torka u l-akkademiċi ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tistieden aktar parteċipazzjoni ta’ l-universitajiet Torok.

2.2.3.5. Riżorsi Umani u Azzjonijiet ta’ Mobbiltà fir-Riċerka (Azzjonijiet Marie Curie)

Fi ħdan il-qafas ta’ l-assoċjazzjoni sħiħa tat-Turkija mal-Programmi ta’ Qafas għar-Riċerka, l-iżvilupp Teknoloġiku u d-dimostrazzjoni, l-Azzjonijiet Marie Curie joffru sett ta’ skemi ta’ mobbiltà strutturata għar-riċerkaturi li huma lesti li jiżviluppaw u jittrasferixxu kompetenzi fir-riċerka, jikkonsolidaw u jkattru prospetti ta’ karriera għar-riċerkaturi f’ kull stadju u l-promozzjoni ta’ l-eċċellenza fir-riċerka Ewropea.

3. Introduzzjoni TA’ ATTIVITAJIET ĠODDA

L-attivitajiet ġodda deskritti fil-qosor hawn isfel huma mmirati li jikkumplementaw dawk li għaddejjin bħalissa. Iżda, l-iżvilupp tad-djalogu tas-soċjetà ċivili huwa proċess mifrux fuq medda twila ta’ żmien li ser jakkumpanja n-negozjati għall-adeżjoni fil-ġejjieni. Konsegwenza tament il-firxa preċiża tiegħu ma tistax tiġi definita b’ mod preċiż minn qabel, minħabba li hija destinata li tevolvi mal-ħtiġijiet u s-suġġerimenti espressi mis-soċjetà ċivili.

Fl-attivitajiet kollha, il-Kummissjoni Ewropea ser tieħu rwol billi tiffaċilita u tappoġġa l-proġetti li qegħdin iseħħu fil-qafas tad-djalogu tas-soċjetà ċivili. Hi għandha tippromwovi wkoll ir-riżultati tal-proġetti. Iżda, ser tkun risponsabbiltà ta’ l-atturi fis-soċjetà ċivili li jieħdu l-inizzjattiva, jagħżlu temi speċifiċi li għandhom jiġu żviluppati u jieħdu parti attiva fit-tmexxija tad-djalogu.

3.1. Il-Kroazja

Id-djalogu tas-soċjetà ċivili mal-Kroazja ser jevolvi fid-dawl ta’ numru ta’ fatturi, per eżempju filwaqt li r-relazzjonijiet bejn l-UE-Kroazja jidħlu iktar fil-fond, filwaqt li l-kooperazzjoni reġjunali tiżdied u filwaqt li r-rikonċiljazzjoni mar-reġjuni tiżviluppa iktar. Numru ta’ attivitajiet attwali u dawk tal-ġejjieni, deskritti f’ iktar dettall għat-Turkija, jistgħu jiddaħħlu wkoll jew jiġu iktar żviluppati mal-Kroazja, kif xieraq. Per eżempju, ikun ta’ benefiċċju jekk id-djalogu tas-soċjetà ċivili mal-Kroazja jiżviluppa iktar fl-oqsma li huma relatati iktar direttament ma’ l-impatt prattiku tal-proċess ta’ adeżjoni ma’ l-UE. Dan għandu jiġġenera iktar għarfien dwar il-benefiċċji u l-isfidi ta’ l-integrazzjoni ta’ l-UE, kif ukoll jinkuraġġixxi dibattitu fuq il-valuri fundamentali ta’ l-UE. Għal dan il-għan, il-kuntatti bejn l-imsieħba ekonomiċi u soċjali, l-NGOs, l-organizzazzjonijiet professjonali u kummerċjali u l- media fl-UE u fil-Kroazja għandhom jiġu mħeġġai, kif ukoll għandu jiġi mħeġġeġ l-involviment ta’ atturi importanti tas-soċjetà ċivili bħal komunitajiet reliġjużi.

3.2. It-Turkija

3.2.1. NGOs, imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet professjonali

3.2.1.1. Sħubija li tifrex fuq perjodu twil ta’ żmien

Filwaqt li tibni fuq l-esperjenza li kisbet sabiex tgħin tiżviluppa soċjetà ċivili fit-Turkija, il-Kummissjoni se tistabbilixxi skema ta’ għotjiet li hija ddedikata u li hija ta’ soċjetà ċivili bl-għajnuna neċessarja sabiex tiffinanzja proġetti finanzjarji ta’ skambju bilaterali mal-partijiet korrispondenti ta’ l-UE mmirata għat-titjib ta’ l-għerf reċiproku u sabiex tkun żgurata kollaborazzjoni, speċifikament permezz ta’ skambji ta’ l-aqwa prattiki.

Tali tisħiħ fl-espożizzjoni internazzjonali għandu wkoll ikun immirat sabiex jgħin lill-NGOs Torok jikbru iktar b’ saħħithom u jipparteċipaw b’ mod iktar attiv f’ dibattiti ta’ l-UE. Organizzazzjonijiet li huma attivi f’ tali oqsma kruċjali bħal ma huma dawk taż-żgħażagħ, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-ambjent, id-drittijiet tal-konsumatur, id-drittijiet ċivili u tal-bniedem, u li jiġġieldu l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni ta’ kull tip, għandhom jiġu mħeġġa partikolarment biex jistabbilixxu djalogu mal-partijiet Ewropej l-oħrajn. Il-prijorità se tingħata lill-proġetti li huma mmirati li jistabbilixxu relazzjonijiet li jifirxu fuq medda twila ta’ żmien u li humasostenibbli bejn l-UE u r-raggruppamenti ta’ NGOs Torok, fejn dan ikun applikabbli. Aktar minn hekk, ser isiru sforzi sabiex iċ-ċirku ta’ żviluppaturi tal-proġett u l-imsieħba jinkludu lil dawk l-NGOs ibbażati f’ żoni remoti, jew li kienu ftit li xejn involuti fil-proġetti ffinanzjati mill-UE s’ issa.

Id-djalogu tas-soċjetà ċivili ser jinvolvi wkoll b’mod estensiv lill-komunità kummerċjali, lill-organizzazzjonijiet professjonali u lill-imsieħba soċjali miż-żewġ naħat. F’ dan ir-rigward, il-Kummissjoni ser tappoġġa s-sħubija mifruxa fuq medda twila ta’ żmien bejn l-organizzazzjonijiet Torok u l-partijiet l-oħrajn Ewropej. Is-Sħubiji ser ukoll jiġu mħeġġa bejn l-organizzazzjonijiet settorjali miż-żewġ naħat u bejn l-organizzazzjonijiet nazzjonali Torok u l-imsieħba tagħhom li huma bbażati fl-Istati Membri ta’ l-UE. Skambji bejn il-partijiet korrispondenti ta’ l-UE u tat-Turkija għandhom jiġu żviluppati partikolarment f’oqsma bħal per eżempju fl-agrikoltura, fil-ġudikatura, fil-qasam ta’ l-avukati u l-assoċjazzjonijiet rispettivi tagħhom kif ukoll fil-korpi ta’ l-ugwaljanza.

3.2.1.2. Ugwaljanza bejn is-sessi

Permezz ta’ rabtiet mill-qrib bejn id-drittijiet tan-nisa u l-organizzazzjonijiet għall-opportunitajiet ugwali ta’ l-UE u tat-Turkija, id-djalogu tas-soċjetà ċivili ser jikkontribwixxi lejn l-għanijiet ta’ tisħiħ tal-pożizzjoni u l-parteċipazzjoni tan-nisa f’ kull aspett tas-soċjetà tat-Turkija, kif ukoll jaffronta problemi oħrajn, bħal vjolenza domestika, kif emfasizzat fir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport riċenti tal-Parlament Ewropew dwar ir-rwol tan-nisa fit-Turkija fl-attivitajiet soċjali, ekonomiċi u politiċi[10]. Konsiderazzjoni partikolari ser ikollha tingħata lir-rappreżentanza tan-nisa fis-suq tax-xogħol, lir-rappreżentanza tagħhom fit-teħidta’ deċiżjonijiet, kemm jekk ikun f’ livell nazzjonali kif ukoll fil-livell reġjunali jew lokali. Il-Kummissjoni ser tfittex li tinkludi l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-dimensjoni ta’ l-ugwaljanza fl-opportunitajiet fl-attivitajiet kollha koperti minn din il-komunikazzjoni.

3.2.2. Il-Kunsill Kummerċjali tat-Turkija - l-UE

Matul negozjati tal-passat, is-settur kummerċjali kellu rwol kruċjali, billi żviluppa flussi bilaterali ta’ negozju u investiment, u b’hekkiffaċilita skambji u żied l-għarfien reċiproku. Ser tiġi mistħarrġa l-possibbiltà li jitwaqqaf Kunsill Kummerċjali Euro-Tork, bi tqabbil li jsir ma’ proġetti simili ta’ suċċess li twettqu fil-pajjiżi kandidati ta’ l-Ewropa Ċentrali matul in-negozjati ta’ l-adeżjoni. Il-Kunsill jista’ jopera bħala forum tal-kumpaniji ewlenin ta’ l-UE li huma attivi fit-Turkija u fil-partijiet Torok li jikkorrispondu magħhom, bil-ħsieb li jservi ta’ rabta bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-assoċjazzjonijiet kummerċjali lokali fl-interess li jiżviluppaw iktar il-kummerċ u l-investimenti.

3.2.3. Komunitajiet lokali u ġemellaġġ ta’ l-irħula

Kooperazzjoni transnazzjonali bejn komunitajiet lokali huwa fattur ewlieni għat-tisħiħ tal-paċi, ta’ l-istabbiltà u d-demokrazija. Il-kunċett ta’ ġemellaġġ bejn il-muniċipaltajiet lokali żviluppa sewwa fl-Ewropa minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, bħala mezz biex jingħelbu l-inkriminazzjonijiet mill-passat bejn pajjiżi ġirien, billi jinġabru n-nies flimkien u jissaħħu r-rabtiet reċiproċi. Kważi 13,000 muniċipalità fl-UE, inklużi fl-Istati Membri ġodda, fasslu arranġamenti ta’ ġemellaġġ sa issa.

Fir-rigward tat-Turkija, filwaqt li numru ta’ arranġamenti ta’ ġemellaġġ ta’ l-irħula ma’ l-ibliet ta’ l-UE saru f’ dawn l-aħħar snin, qafas ġenerali għat-tħeġġiġ ta’ l-opportunitajiet għall-iżvilupp ulterjuri ta’ mezz ta’ kooperazzjoni li jħalli daqshekk riżultati għadu nieqes. Taħt id-djalogu tas-soċjetà ċivili, il-Kummissjoni ser teżamina kif tappoġġa l-ġemellaġġ bejn il-bliet ta’ l-UE u dawk Torok, fid-dawl li jittejjeb l-għarfien reċiproku tagħhom, jiżviluppaw proġetti komuni, jorganizzaw seminars fuq suġġetti ta’ interess komuni, u jinkuraġġixxu l-parteċipazzjoni minn livell ta’ bażi tas-soċjetà. Fir-rigward ta’ attivitajiet oħrajn koperti minn din il-komunikazzjoni, sforzi partikolari ser isiru sabiex jinvolvu lill-komunitajiet lokali minn reġjuni remoti u żvantaġġati.

B’ mod partikolari, il-Kummissjoni pproponiet għall-perijodu ta’ l-2007-2013 programm tal-Komunità li jismu “Ċittadini għall-Ewropa”, immirat sabiex jippromwovi ċ-ċittadinanza Ewropea attiva. Dan ser jinkuraġġixxi l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili minn pajjiżi differenti. Ser jemfasizza l-iskambji transnazzjonali, speċjalment bejn ċittadini u organizzazzjonijiet minn Stati Membri attwali u dawk tal-ġejjieni. Madwar 40% ta’ dan il-programm ser ikun iddedikat għall-ġemellaġġ ta’ l-irħula u l-proġetti taċ-ċittadini. It-Turkija tista’ tipparteċipa f’ dan il-programm, skond it-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali stipolati fil-qafas tal-ftehim li jikkonċerna l-parteċipazzjoni tagħha fil-programmi tal-Komunità, fejn parti mill-parteċipazzjoni tagħha hija ffinanzjata mill-fondi ta’ qabel l-adeżjoni.

3.2.4. Skambji tal-Youth, ta’ l-Universita u skambji professjonali

Il-Kummissjoni ser tagħmel emfasi qawwija fuq żviluppi dwar skambji bejn l-UE u l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw f’ dan il-qasam, billi ssaħħaħ il-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi ta’ skambju attwali ta’ l-UE rilevanti tagħhom, kif imfassal hawn fuq. Aktar minn hekk, fid-dawl tal-bidu ta’ inizzjattivi ġodda f’ dan il-qasam, il-Kummissjoni ser tiftaħ konsultazzjoni wiesgħa ma’ l-Università u mas-setturi ta’ l-edukazzjoni kemm fl-UE kif ukoll fit-Turkija.

Fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, il-Kummissjoni ser tivvaluta jekk il-mekkaniżmi eżistenti huma suffiċenti sabiex jilħqu lill-gruppi kollha li huma mmirati. Per eżempju iktar appoġġ jista’ jiġi pprovdut sabiex jinkuraġġixxi l-iskambju ta’ studenti minn skejjel sekondarji, jew proġetti li huma mmirati li jinkuraġġixxu l-għarfien ta’ l-istorja reċiproka. Proġetti oħrajn li għandhom jiġu diskussi jistgħu jinkludu attivitajiet online għal studenti ta’ taħt it-18–il sena, bħal parteċipazzjoni fid-dibattiti tan-negozjati dwar l-adeżjoni ma’ l-UE.

Il-Kummissjoni hija intenzjonata li tinkuraġġixxi kooperazzjoni istituzzjonali eqreb fost Universitajiet bbażati fl-UE u fit-Turkija, fid-dawl mhux biss ta’ l-iskambju ta’ esperjeza u l-iżvilupp tal-kurrikula, iżda wkoll fil-ħolqien ta’ istituzzjonijiet akkademiċi indipendenti li jkunu miftuħin għal student miż-żewġ naħat. Tali istituzzjonijiiet għandhom jiżvolġu attivitajiet ta’ riċerka u tagħlim dwar identità, storja, kultura u ċivilizzazzjoni Torka u dik ta’ l-UE, kif ukoll jiżviluppaw programmi dwar integrazzjoni fl-UE. F’ dan ir-rigward, il-Kummissjoni tista’ tappoġġa t-twaqqif ta’ fergħat lokali ta’ istituzzjonijiiet akkademiċi Torok ta’ studji terzjarji u ta’ wara l-gradwazzjoni. Minflok, il-Kummissjoni tista’ tappoġġa żieda ta’ rabtiei fost istituzzjonijiet akkademiċi bbażati fit-Turkija li jiffokaw fuq studji Ewropej ma istituzzjonijiet simili ta’ edukazzjoni terzjarja jew ta’ wara l-gradwazzjoni, bil-għan li jinħolqu Dipartimenti jew Istituzzjonijiet komuni.

Aktar minn hekk, il-Kummissjoni ser tinkuraġġixxi il-kooperazzjoni diretta bejn istituzzjonijiet akkademiċi fl-UE u fit-Turkija u b’ mod partikolari fir-rigward tat-tħassib dwar suġġetti tal-liġi, ta’ l-ekonomija, tax-xjenza soċjali u ta’ l-istorja li huma rilevanti għad-djalogu bejn l-UE u t-Turkija. Ir-riċerka u l-pubblikazzjonijiet akkademiċi li saru b’mod konġunt bejn l-akkademiċi Torok u ta’ l-UE ser jiġu appoġġati f’ kull qasam. L-organizzazzjoni ta’ dibattiti intellettwali bħal seminars, konferenzi u workshops ser jiġu appoġġati wkoll. Attivitajiet li jqajmu l-kuxjenza mmirati għat-tkattir tar-riżultati mir-riċerka ser jiġu inkuraġġati. Finalment il-Kummissjoni ser tivvaluta l-possibbiltà li tiżviluppa programm ta’apprendistati qosra għall-iskabji ta’ professjonisti żgħażagħ f’ bosta setturi.

3.2.5. Skambji kulturali

L-iżvilupp ta’ skambji interkulturali għandu rwol kruċjali fi ħdan id-djalogu tas-soċjetà ċivili u ser jingħata prijorità. Skond il-ġenerazzjoni ġdida ta’ programmi ta’ Orizzonti u Możajki Ewropej, li issa ngħaqdu fi programm wieħed u ġew immaniġġjati mid-Delegazzjoni ta’ l-UE f’ Ankara, il-Kummissjoni ser tippermetti kooperazzjoni li taqsam il-fruntieri bejn l-NGOs Torok u l-imsieħba tagħhom mill-UE li joperaw fl-oqsma kulturali u ta’ l-arti. Dan ser jinkludi per eżempju l-iffinanzjar ta’ workshops u fori kulturali online . Żewġ settijiet differenti ta’ attivitajiet jistgħu jkunu previsti: wieħed li huwa miftuħ għat-tfal (bħall-orchestra ta’ Tfal Torok-Ewropej li diġà qed tirċievi appoġġ) u waħda usa’ mmirata lejn l-adulti, li tifrex mill-arti viżiva sa taħriġ fil-qasam kulturali, mill-wirt nazzjonali sal-kultura popolari.

Aktar minn hekk, il-Kummissjoni ser tappoġġa avvenimenti kulturali regolari, bħal wirjiet, festivals, konferenzi, skambji ta’ artisti sabiex jixxerred l-għarfien dwar l-arti Torka fl-UE u viċe versa. Kif ukoll, ser jiġi introdott premju kulturali Ewro-Tork, u l-parteċipazzjoni tas-setturi kulturali Torok fil-premijijet attwali tal-Komunità Ewropea ser tiġi mħeġġaa. Finalment, il-Kummissjoni ser tinkuraġġixxi b’ mod attiv l-NGOs kulturali Torok sabiex ikollhom aċċess tam-netwerks ta’ l-UE u l-imsieħba tagħhom u jinformawhom dwar possibiltajiet eżistenti għall-kooperazzjoni li taqsam il-fruntieri.

3.2.6. Il-parteċipazzjoni fil-programmi ta’ Kultura u Media tal-Komunità

Bħalissa it-Turkija ma tipparteċipax f’ żewġ programmi tal-Komunità li jistgħu jipprovdu kontribut ewlieni fil-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija f’ żewġ oqsma ta’ qofol: il-programmi Kultura 2000 u MEDIA Plus. Kultura 2000 jipprovdi għotjiet għal proġetti ta’ kooperazzjoni f’ kull qasam artistiku u kulturali (l-arti ta’ l-ispettaklu, arti plastika jew viżiva, letteratura, wirt storiku, storja kulturali, eċċ). MEDIA Plus jimmira għat-tisħiħ tal-kompetittività ta’ l-industrija Ewropea awdjoviżiva b’ serje ta’ miżuri ta’ appoġġ li jinkludu l-inizzjattivi ta’ taħriġ għall-professjonisti ta’ l-industrija awdjoviżiva, l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ produzzjoni (films, televiżjoni, drama, dokumentarji, animazzjonijiet u media ġodda), kif ukoll id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej.

Il-Kummissjoni għandha tilqa’ l-parteċipazzjoni tat-Turkija f’ Culture 2000 u fil-programmi suċċessuri tiegħu, partikolarment fid-dawl li tħajjar djalogu interkulturali u għarfien reċiproku. Il-Kummissjoni tinkuraġġixxi wkoll il-parteċipazzjoni tat-Turkija fil-MEDIA Plus, partikolarment perspettiva li tħaffeff il-produzzjoni ta’ prodotti televiżivi u taċ-ċinema b’ kontenut Ewropew. Iżda, l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi Kandidati fil-programm MEDIA hija soġġetta, skond il-bażi legali tagħha, għal eżaminazzjoni minn qabel tal-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Kandidati ma’ l- acquis awdjoviżiv tal-Komunità. Il-Kummissjoni inkuraġġiet lill-awtoritajiet Torok sabiex jikkonformaw il-leġiżlazzjoni tagħhom malajr kemm jista’ jkun, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn possibiltajiet offruti mill-programm MEDIA.

3.2.7. Taħriġ fil-lingwa

Ostakolu kbir fit-triq lejn iktar kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Torka u l-partijiet l-oħrajn tagħhom fl-UE, partikolarment f’dak li jikkonċerna l-organizzazzjonijiet ibbażati fl-iktar provinċji mbiegħda tat-Turkija, huwa n-nuqqas ta’ konoxxenza ta’ lingwi barranin. Din il-problema taffettwa l-iktar lill-NGOs, mhux l-inqas fil-qasam kulturali, u hija preżenti f’ kull qasam kopert minn din il-komunikazzjoni. Il-Kummissjoni għalhekk ser tappoġġa attivitajiet li huma mmirati lejn it-tagħlim tal-lingwa u lejn il-promozzjoni ta’ l-interpretazzjoni u t-traduzzjoni minn u fit-Tork. Il-Kummssijoni ser taħdem ma’ l-organizzazzjonijiet kulturali ta’ l-Istati Membri sabiex tippermetti t-taħriġ fil-lingwi, u ser tidentifika setturi ta’ prijorità.

3.2.8. L-inkuraġġament ta’ dibattiti, inklużi dawk online

Il-Kummissjoni ser tagħmel l-aħjar li tista’ sabiex tinkuraġġixxi dibattitu pubbliku fil-beraħ bil-parteċipġazzjoni ta’ parteċipanti miż-żewġ naħat dwar il-proċess tat-tkabbir, il-prospetti tat-Turkija fl-adeżjoni u kull tema kulturali, istituzjonali jew politika oħra relatata mad-djalogu tas-soċjetà ċivili, bil-għan li jiżdied l-għarfien reċiproku. Mexxeja ewlenin ta’ l-opinjoni ( opinion leaders ) mill-pajjiżi ta’ l-adeżjoni u l-UE ser jiġu mistiedna biex jieħdu sehem f’ dibattiti tal- multimedia li li jsiru fl-Istati Membri ta’ l-UE. Id-dibattiti għandhom jinvolvu wkoll lill-parteċipanti minn NGO u minn organizzazzjonijiet li jinsabu fil-livell ta’ bażi tas-soċjetà u għandhom jistimolaw interess u djalogu.

Il-ħolqien ta’ pjattaformi li huma appoġġati mill-internet għall-iżvilupp ta’ dibattitu virtwali dwar is-suġġetti relatati mad-djalogu tas-soċjetà ċivili ser ikun inkuraġġat wkoll. Ser jinħoloq websajt li jipprovdi informazzjoni dwar it-Turkija u l-proċess ta’ tkabbir, kif ukoll attivitajiet ta’ djalogu tas-soċjetà ċivili, b’ konnessjonijiet ma’ l-NGOs, ma’ l-iskejjel, l-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka. “ Chats ” regolari dwar suġġetti ta’ sħubija, bil-parteċipazzjoni ta’ atturi ewlenin u partijiet interessati oħrajn ser jiġu organizzati regolarment.

3.2.9. Il-Mezzi tax-Xandir

Ix-xogħol kontinwu fuq l-informazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ l-UE li jikkonċernaw lit-Turkija ser jissaħħu u jiġu intensifikati, b’ mod partikolari sabiex titqajjem il-kuxjenza dwar l-attivitajiet tad-djalogu tas-soċjetà ċivili li jisr f’ dawn l-oqsma, bi prijorità fil-komponent awdjoviżiv. Il-Kummissjoni ser tappoġġa u tiffinanzja parzjalment programmi televiżivi li jintroduċu aspetti tal-ħajja u tas-soċjetà fit-Turkija u fil-pajjiżi ta’ l-UE, kif ukoll li jinformaw lill-udjenzi Torok dwar l-UE, ir-regoli u l-politiki tagħha, immirati lejn il-pubbliku ġenerali fl-UE u fit-Turkija, inklużi l-komunitajiet emigranti tat-Turkija fl-Unjoni Ewropea. Attenzjoni speċjali ser tingħata lill-programmi prodotti minn gruppi tax-xandir reġjunali u lokali. Il-proġetti ta’ sħubija bejn kumpaniji televiżivi minn żewġ partijiet immirati għall-produzzjoni ta’ programmi konġunti ser jiġu appoġġati.

3.2.10. Skambju ta’ ġurnalistsi li jqajmu kuxjenza

Programm ta’ seminars li jinvolvu l-ġurnalisti ta’ l-UE u tat-Turkija ser jiġi stabbilit, bil-ħsieb li tingħata opportunità lill-ġurnalisti ta’ l-UE u dawk Torok biex jitgħallmu iktar fuq suġġetti tat-Turkija relatati ma’ l-adeżjoni, jiżviluppaw konoxxenza reċiproka, u jipprovdu opportunitajiet għall-iskambju ta’ l-aqwa prattiki.

Il-programm jista’ jiżviluppa bl-appoġġ ta’ organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw lill-ġurnalisti u lill-organizzazzjonijiet li ma jagħmlux qligħ fuq livell ta’ l-UE. Iżda, sabiex il-programm ta’ taħriġ ikollu iktar impatt fl-Istati Membri, il-Kummissjoni ser tagħti prijorità għall-iżvilupp ta’ kuntatti diretti bejn organizzazzjonijiet professjonali ta’ ġurnalisti mit-Turkija u mill-Istati Membri, partikolarment permezz ta’ żjarat reċiproċi u seminars konġunti. Żewġ komponenti ta’ dan il-programm jistgħu jiġu previsti, jiġifieri wieħed immirat lejn ġurnalisti żgħażagħ u ieħor li jiffoka fuq laqgħat regolari ta’ livell ogħla bejn l-edituri ewlenin miż-żewġ naħat u persuni ewlenin li jfasslu l-politika fl-UE u fl-Istati Membri.

3.2.11. Komunitajiet u assoċjazzjonijiet reliġjużi

Kif stipolat fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Ottubru ta’ l-2004, id-djalogu tas-soċjetà ċivili għandu wkoll jiffoka fuq materji reliġjużi. Djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-knejjes u assoċjazzjonijiet jew komunitajiet u organizzazzjonijiet reliġjużi oħrajn b’ hekk ser jiġu mħeġġa, filwaqt li jiġu rispettati b’ mod sħiħ l-identità u l-kontribut speċifiċi tagħhom.

Mit-tmeninijiet il-Kummissjoni Ewropea żammet djalogu fuq l-integrazzjoni Ewropea bejn il-knejjes u r-reliġjonijiet ta’ pajjiżi li ser jissieħbu u ta’ l-Istati Membri minn naħa waħda u ma’ l-istituzzjonijiet Ewropej min-naħa l-oħra. Numru li qiegħed jiżdied ta’ organizzazzjonijiet reliġjużi appuntaw diġà rappreżentanzi fi Brussell sabiex jiżvolġu dan ix-xogħol, li jista’ jkun strumentali fl-iżvilupp ta’ din id-dimensjoni tad-djalogu.

4. Modalitajiet ta’ Implimentazzjoni

4.1. Parir minn personalitajiet ewlenin

Il-Kummissjoni ser tiżvolġi konsultazzjonijiet regolari ta’ personalitajiet ewlenin mill-UE u mit-Turkija, magħżulin fuq il-bażi tal-kompetenza tagħhom fir-relazzjoni dwar l-UE-it-Turkija u l-involviment tagħhom fis-soċjetà ċivili, bil-għan li jinkiseb il-parir tagħhom dwar proposti għal azzjonijiet li għandhom isiru. Aktar minn hekk, tali personalitajet jistgħu jiġu mistiedna li jieħdu sehem direttament f’ konferenzi, f’ seminars u f’ attivitajiet oħrajn rilevanti fil-qafas tad-djalogu tas-soċjetà ċivili.

4.2. Appoġġ finanzjarju

Fil-prinċipju, l-attivitajiet proposti f’ din il-komunikazzjoni ser ikunu ko-finanzjati mill-baġit skond l-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni għall-pajjiżi Kandidati, u jsegwu regoli u proċeduri attwali applikabbli. Barra minn hekk, l-avvenimenti u l-attivitajiet jistgħu jiġu ffinanzjati minn gruppi tax-xandir, minn assoċjazzjonijiet kummerċjali, minn imsieħba soċjali, minn istituzzjonijiet kulturali, u ġeneralment minn istituzzjonijiet pubbliċi u privati. Il-Kummissjoni tista’ tħaddan tali avvenimenti bħala risposta għall-għanijiet tad-djalogu tas-soċjetà ċivili. Attivitajiet bilaterali u multilaterali sponsorjati u ffinanzjati mill-gvernijiet tal-pajjiżi ta’ l-UE u pajjiżi Kandidati ser ikomplu u ser jissaħħu fil-ġejjieni.

Għall-attivitajeit iffinanzjati mill-UE li jikkonċernaw lit-Turkija, l-UE ser tagħmel użu mill-allokazzjoni finanzjarja disponibbli skond il-programm ta’ assistenza għall-qabel l-adeżjoni tat-Turkija, li ser jiżdied minn € 300 miljuni fl-2005 sa € 500 miljuni fl-2006. Il-Kummissjoni ser tfittex biex talloka l-fondi meħtieġa għall-attivitajiet previsti tad-djalogu tas-soċjetà ċivili, b’ hekk twessgħa l-porzjon ta’ attivitajiet li huma ffinanzjati skond it-titolu ta’ ‘djalogu politiku u kulturali’ fid-dokument ta’ ppjanar għall-assistenza finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni. Jista’ jiġi antiċipat tentativament li 8 sa 10% ta’ l-ammont totali disponibbli kull sena ser ikun meħtieġ għall-finanzjament ta’ l-attivitajiet skond id-djalogu tas-soċjetà ċivili, inkluża l-parteċipazzjoni fil-programmi tal-Komunità. Sa fejn huwa kkonċernat l-eżerċizzju tal-programm ta’ l-2006 ammont totali ta’ € 40 miljuni huma previsti.

Fir-rigward ta’ programmi tal-Komunità, il-pajjiżi Kandidati jipprovdu kontribuzzjoni lejn dak il-baġit. Din il-kontribuzzjoni hija parzjalment koperta mill-baġit nazzjonali tal-pajjiżi Kandidati u parzjalment permezz ta’ finanzjament ta’ qabel l-adeżjoni. Sabiex tissaħħaħ il-parteċipazzjoni ta’ programmi li għaddejjin, il-Kummissjoni ser talloka fil-ġejjieni parti xierqa ta’ l-appoġġ ta’ qabel l-adeżjoni għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi Kandidati. Fuq medda ta’ żmien li tifrex fil-qosor, forom oħrajn ta’ finanzjament ulterjuri jistgħu jiġu previsti. Fil-każ ta’ programmi oħrajn li attwalment ma jieħdux sehem fihom il-pajjiżi Kandidati il-Kummissjoni ser tinkuraġġihom sabiex jagħmlu dan, u ser tipprovdi appoġġ jekk meħtieġ sabiex taċċerta tħaddim tal-programmi mingħajr tfixkil u ta' benefiċċju. Għal attivitajiet speċifiċi oħrajn, il-Kummissjoni tista’ wkoll tagħti kontribuzzjonijiet diretti lil ċerti benefiċjarji, fejn hu xieraq, sabiex jissegwew ċerti għanijiet speċifiċi li jaqgħu taħt id-djalogu tas-soċjetà ċivili u li huma skond ir-Regolament Finanzjarju u r-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu.

L-Istrateġija ta’ Komunikazzjoni dwar it-Tkabbir għandu flimkien mad-djalogu tas-soċjetà ċivili, l-għan li jsaħħaħ id-dibattitu pubbliku dwar tkabbir fil-ġejjieni fl-UE u fil-pajjiżi Kandidati, u b’ hekk ser jappoġġa d-djalogu tas-soċjetà ċivili f’ bosta aspetti. Il-baġit għall-komunikazzjoni u għall-informazzjoni allokat lid-Delegazjonaijiet fil-pajjiżi kandidati kif ukoll il-baġit tal-programm PRINCE għat-tkabbir, li huwa mmirat lejn azzjonijiet fi ħdan l-Unjoni Ewropea jistgħu jintużaw f’ dan ir-rigward.

Għall-imaniġġjar u l-implimentazzjoni tal-proġetti li huma relatati mad-djalogu tas-soċjetà ċivili il-Kummissjoni ser torbot fuq strutturi u riżorsi eżistenti, fi Brussell u fid-Delegazzjonijiet tal-KE fil-pajjiżi kandidati, kif ukoll fuq korpi adattati f’pajjiżi kandidati. Jekk tinħass il-ħtieġa biss, f’ konsiderazzjoni ta’ żviluppi ġejjiena, ser tiġi kkunsidrata l-possibbiltà li jinbnew strutturi addizzjonali speċifiċi. Fondazzjonijiet attwali, li huma mmirati lejn il-promozzjoni ta’ għarfien u skambji kulturali reċiproċi bejn l-UE u reġjuni oħrajn fid-dinja jistgħu jiġu kkunsidrati bħala eżempji.

4.3. Il- kwistjoni tal-viża

Iċ-ċittadini Torok huma bħalissa soġġetti għall-obbligu ta’ viża, li tista’ tkun ta’ ostakolu u ta’ restrizzjoni għall-parteċipazzjoni f’ xi attivitajiet diskussi f’ din il-Komunikazzjoni, speċjalment jekk ikun hemm żieda sinifikanti fid-domanda għall-viżas fi żmien relattivament qasir. Għalhekk kull miżura li tikkonforma l-effiċjenza tal-proċeduri tal-viża fir-rigward ta’ parteċipanti fid-djalogu tas-soċjetà ċivili ser tintlaqa’ tajjeb. Sabiex ikun aċċertat li d-djalogu tas-soċjetà ċivili jimxi b’ mod tajjeb, il-kooperazzjoni sħiħa ta’ l-Istati membri (li huma risponsabbli għall-viża) ser tkun neċessarja sabiex ikun aċċertat li l-parteċipanti ikunu jistgħu jiksbu l-viża fi żmien xieraq u mingħajr ma jkollom jissottomettu dokumentazjoni meħtieġa eċċessiva.

5. Monitoraġġ u Rappurtar

Il-komunikazzjoni preżenti hija biss l-ewwel pass fit-triq lejn it-tisħiħ ta’ djalogu bejn soċjetajiet ċivili fit-Turkija u fil-Kroazja u fl-UE. Billi d-djalogu ser jipproċedi b’mod parallel man-negozjati għall-adeżjoni, il-ħtiġjiet u l-għanijiet ser jevolvu fiż-żmien, u jistgħu jeħtieġu bidla fl-orjentazzjoni tagħhom.

Il-Kummissjoni ser tiżgura li ssegwi xi jkun sar mill-attivitajiet żviluppati u r-riżultati miksuba. Rapporti regolari fuq it-Turkija, ippubblikati kull sena, ser jkollhom karatteristika speċjali fuq id-djalogu tas-soċjetà ċivili, li tkopri l-attivitajiet prinċipali u r-riżultati. Barra minn hekk, taqsima ddedikata fil-portal Europa ta’ l-UE ser tkun iddedikata għad-disseminazzjoni ta’ l-informazzjoni dwar proġetti li għaddejjin u dwar inizzjattivi relatati mad-djalogu tas-soċjetà ċivili.

Minbarra stħarriġ ġenerali li jinvestiga l-appoġġ popolari tat-tkabbir ta’ l-UE, hemm nuqqas ta’ informazzjoni fattwali partikolarment fir-rigward tar-relazzjonijiet kulturali u perċezzjonijiet reċiproċi ta’ l-UE-Turkija . Sabiex tingħeleb din il-firda, il-Kummissjoni ser tistabbilixxi monitoraġġ regolari iktar effettiv ta’ l-UE u tas-soċjetajiet ċivili u attitudnijiet reċiproċi Torok, sabiex isservi ta’ gwida fid-dawl ta’ evoluzzjoni tal-politika tad-djalogu fil-ġejjieni. Il-possibbiltà li jiġi kkummissjonat studju speċifiku dwar il-perċezzjonijiet tat-Turkija-UE tista’ wkoll tiġi kkunsidrata.

[1] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-pprogress tat-Turkija lejn l-adeżjoni, COM(2004) 656. Kif ġie konkluż mill-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Diċembru ta’ l-2004, fin negozjati ta’ adeżjoni mat-Turkija li ser jibdew fit-3 ta’ Ottubru ta’ l-2005, meta jiġi ffirmat il-protokoll ta’ adattament tal-ftehim ta’ Ankara u bil-kondizzjoni li jinġiebu fis-seħħ sitt partijiet tal-leġiżlazzjoni identifikati mill-Kummissjoni (Kunsill Ewropew Brussell, 16/17 Diċembru ta’ l-2004. Konklużjonijiet tal-Presidenza 17/12/2004 Nru: 16238/1/04 Rev 1).

[2] Dwar dan l-aspett, ara wkoll id-Dokument ta’ Ħidma ta’ l-Istaff tal-Kummissjoni, Materji li jirriżultaw mill-perspettiva ta’ l-Isħubija tat-Turkija, SEC(2004) 1202.

[3] Djalogu politiku mat-turkija jsir fil-qafas tal-monitoraġġ regolari tal-kriterji politiċi, li jikkonsisti fil-monitoraġġ permanenti tal-progress tat-Turkija lejn il-konformità mal-kriterji politiċi ta' Kopenhagen li huma relatati mad-demokrazzija u mal-liġi, mar-rispett tad-drittijiiet tal-bniedem u tal-minoritajiet. Il-Kummissjoni jkollha laqgħt regolari ma’ l-awtoritajiet Torok fuq dan is-suġġett.

[4] Fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dak li jissejjaħ “djalogu tas-soċjetà ċivili” f’ dan id-dokument kien filfatt it-tielet pilastru tal-politika ta’ tliet pilastri vis-à-vis it-Turkija. L-ewwel pilastru ffoka fuq it-tisħiħ tal-proċess tar-riforma politika fit-Turkija, it-tieni pilastru jikkonsisti billi jsiru negozjati skond metodoloġija ta’ avviċinament rivedut u tielet pilastru kien jittratta dwar djalogu bejn it-Turkija u l-UE.

[5] Skond id-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta’ Ġunju ta’ l-2004 li l-Kroazja kienet filfatt pajjiż kandidat, il-Kunsioll Ewropew tas-16 u s-17 ta’ Diċembru ta’ l-2004 ddeċieda li n-negozjatita’ qabel l-adeżjoni ser jibdew fis-17 ta’ Marzu ta’ l-2005 bil-kondizzjoni li jkun hemm kooperazzjoni sħiħa mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali mill-ex Jugoslavja f’ The Hague (ICTY). Iżda, fl-assenza ta’ kooperazzjoni sħiħa, il-bidu tan-negozjti ġie pospost mill-Kunsill ta’ l-Affarijiet Ġenerali u tar-Relazzjonijiet Esterni tas-16 ta’ Marzu ta’ l-2005 sa meta l-Kunsill ikun jista’ jikkonferma li l-Kroazja tkun qiegħda tikkoopera b’mod sħiħ ma’ l-ICTY.

[6] Il-Kumitat Soċjali Ekonomiku Ewropew (EESC) jiddefinixxi d-djalogu tas-soċjetà ċivili bħala “kull struttura organizzattiva li l-membri tagħhom għandhom l-għanijiet u r-risponsabbiltajiet li huma ta’ interess ġenerali u li jservu wkoll ta’ media turi bejn l-awtoritajiet u ċ-ċittadini pubbliċi”.

[7] Dokument ta’ Ħidma ta’l-Istaff tal-Kummissjoni, Materji li jinħolqu mill-perspettiva ta’ l-Isħubija tat-Turkija kwotat: “totali ta’ bejn wieħed u ieħor 3 miljuni ta’ Torok reġistrati uffiċjalment fil-15 ta’ l-UE fl-2002. L-ikbar pajjiż riċevitur hija l-Ġermanja (77.8% tal-ħaddiema emigranti, jew 2.3 miljun persuna), Franza (7.9%, jew 230 000 persuna), l-Awstrija (4.7%, 135 000 persuna) u l-Olanda (4.4%, jew 128 000 persuna).

[8] F’ dan il-qafas, per eżempju, ċentru ta’ żvilupp tas-soċjetà ċivili (CSDC) twaqqaf sabiex jipprovdi appoġġ u assistenza lill-NGOs, u bosta programmi ta’ mikro proġetti ġew iffinanzjati, bħall-Inizzjattiva Ċivika Lokali u d-Djalogu Ċiviku Grieg-Tork.

[9] Djalogu soċjali huwa parti integrali ta’ l-acquis ta’ l-UE fil-qasam soċjali u l-imsieħba soċjali għandhom rwol privileġġat fil-proċess leġiżlattiv fuq livell ta’ l-UE permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni obbligatorju mbassar fl-Art. 138 tat-Trattat u l-possibbiltà ta’ konklużjoni tal-ftehim li jista’ jiġi implimentat permezz tad-Direttivi tal-Kunsill. Aktar minn hekk, l-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet mis-soċjetà ċivili huma atturi ewlenin fil-koordinazzjoni tal-politiki fl-oqsma tax-xogħol, ta’ l-inklużjoni soċjali u tal-protezzjoni soċjali.

[10] Abbozz tar-Rapport tal-Parlament Ewropew (A6-0175/2005) finali.

Top