EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1153

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1153 tal-14 ta' Lulju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 187, 15.7.2015, p. 10–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1153/oj

15.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 187/10


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1153

tal-14 ta' Lulju 2015

li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 fir-rigward tal-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 8, il-punt 4 tal-Artikolu 8, u l-Artikolu 9(4)(c) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta' bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta' tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 23(1), 24(2) u 25(2) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjonijiet fl-Unjoni u t-tranżitu minnha, inkluż il-ħżin waqt it-tranżitu, ta' tjur u prodotti tat-tjur (“il-prodotti”). Dan jistipula li l-prodotti jistgħu jiġu importati fl-Unjoni u jgħaddu minnha bi tranżitu mill-pajjiżi terzi, mit-territorji, miż-żoni jew mill-kumpartimenti mniżżla fil-kolonni 1 u 3 tat-tabella fil-Parti 1 tal-Anness I tiegħu biss.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 798/2008 jistabbilixxi wkoll il-kundizzjonijiet biex pajjiż terz, territorju, żona jew kumpartiment jitqies bħala ħieles mill-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (HPAI).

(3)

L-Istati Uniti huma mniżżla fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 bħala pajjiż terz li għandu l-awtorizzazzjoni għal ċertu partijiet tat-territorju tiegħu, għall-importazzjoni fl-Unjoni u t-tranżitu minnha tal-prodotti skont il-preżenza tat-tifqigħat tal-HPAI. Din ir-reġjonalizzazzjoni ġiet rikonoxxuta bir-Regolament (KE) Nru 798/2008, kif emendat bir-Regolamenti ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 (4), (UE) 2015/342 (5), (UE) 2015/526 (6) u (UE) 2015/796 (7) wara t-tifqigħat tal-HPAI fl-Istati ta' Missouri, Arkansas, Kansas, North Dakota, South Dakota, Montana, Wisconsin u Iowa.

(4)

Ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Uniti (8) fih provvedimenti biex jintlaħaq malajr ir-rikonoxximent reċiproku ta' miżuri ta' reġjonalizzazzjoni fil-każ ta' tifqigħat ta' marda fl-Unjoni jew fl-Istati Uniti (“il-Ftehim”).

(5)

L-Istati Uniti kkonfermaw aktar tifqigħat tal-HPAI tas-sottotip H5N2 f'qatgħa ta' tjur f'diversi Stati li għalihom diġà huma fis-seħħ restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet għall-Istat kollu. Bħalissa r-restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni adottati bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/796 għall-Istat ta' North Dakota jkopru kontea waħda biss ta' dak l-Istat u erba' kontej tal-Istat ta' Missouri. Wara t-tifqigħat tal-HPAI f'aktar kontej ta' dawn iż-żewġ Stati, l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti ssospendew immedjatament il-ħruġ ta' ċertifikati veterinarji għall-kunsinni ta' prodotti maħsuba biex jiġu esportati lejn l-Unjoni mit-territorju kollu tal-Istati ta' North Dakota u Missouri. L-Istati Uniti implimentaw ukoll politika ta' qerda biex jikkontrollaw l-HPAI u jillimitaw it-tixrid tagħha.

(6)

Għalhekk, jixraq li l-projbizzjoni fuq l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti bażiċi tinbidel biex tkopri l-Istati kollha ta' North Dakota u Missouri, li l-awtoritajiet veterinarji tal-Istati Uniti poġġew taħt restrizzjonijiet minħabba t-tifqigħat attwali sakemm isir disponibbli aktar tagħrif epidemjoloġiku.

(7)

L-Istati Uniti rrappurtaw ukoll it-tlestija ta' miżuri ta' tindif u ta' diżinfezzjoni wara l-qerda f'azjendi fejn kienu nstabu xi tifqigħat fl-ewwel tliet xhur tal-2015. Huwa xieraq li tiġi indikata d-data meta dawn il-partijiet tat-territorju, li tqiegħdu taħt restrizzjonijiet veterinarji minħabba dawn it-tifqigħat, jistgħu jitqiesu ħielsa mill-ġdid mill-HPAI u jerġgħu jiġu awtorizzati mill-ġdid l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tat-tjur li joriġinaw minn dawn iż-żoni.

(8)

Għalhekk, l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandha tiġi emendata biex tqis il-qagħda epidemjoloġika attwali f'dak il-pajjiż terz.

(9)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 hi emendata kif jidher fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Lulju 2015.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Jean-Claude JUNCKER


(1)  ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 74.

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008 tat-8 ta' Awwissu 2008 li jistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kompartimenti li minnhom jistgħu jiġu impurtati u jsir tranżitu ta' tjur u prodotti tat-tjur fil-Komunità u r-rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 226, 23.8.2008, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/243 tat-13 ta' Frar 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja (ĠU L 41, 17.2.2015, p. 5).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/342 tat-2 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara t-tifqigħat fl-Istat ta' Idaho u dak ta' California (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 31).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/526 tas-27 ta' Marzu 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward ta' tifqigħat oħra tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja f'dak il-pajjiż (ĠU L 84, 28.3.2015, p. 30).

(7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/796 tal-21 ta' Mejju 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008 dwar l-entrata għall-Istati Uniti fil-lista ta' pajjiżi terzi, territorji, żoni jew kumpartimenti li minnhom jistgħu jiġu importati ċerti prodotti tat-tjur lejn l-Unjoni jew isir tranżitu minnha fir-rigward tal-influwenza tat-tjur b'patoġeniċità għolja wara aktar tifqigħat f'dak il-pajjiż (ĠU L 127, 22.5.2015, p. 9).

(8)  Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika fuq miżuri ta' saħħa biex jipproteġu s-saħħa pubblika u saħħet l-annimali fil-kummerċ ta' annimali ħajjin u prodotti minn annimali, kif approvat f'isem il-Komunità Ewropea bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1998/258/KE (ĠU L 118, 21.4.1998, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 798/2008, l-entrata għall-Istati Uniti tinbidel b'dan li ġej:

Kodiċi ISO u isem tal-pajjiż terz jew territorju

Kodiċi tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Deskrizzjoni tal-pajjiż terz, tat-territorju, taż-żona jew tal-kumpartiment

Ċertifikat veterinarju

Kundizzjonijiet speċifiċi

Kundizzjonijiet speċifiċi

Status tas-sorveljanza tal-influwenza avjarja

Status tat-tilqim kontra l-influwenza avjarja

Status tal-kontroll tas-salmonella

Mudell(i)

Garanziji addizzjonali

Data ta' għeluq (1)

Data tal-ftuħ (2)

1

2

3

4

5

6

6 A

6B

7

8

9

“US — L-Istati Uniti

US-0

Il-pajjiż kollu

SPF

 

 

 

 

 

 

 

EP, E

 

 

 

 

 

 

S4

US-1

Iż-żona tal-Istati Uniti, minbarra t-territorju US-2

BPP, BPR, DOC, DOR, HEP, HER, SRP, SRA

 

N

 

 

A

 

S3, ST1

WGM

VIII

 

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

 

 

 

 

 

US-2

Iż-żona tal-Istati Uniti li tikkorrispondi għal:

 

 

 

 

 

 

 

 

US-2.1

L-Istat ta' Washington:

 

Il-Kontea ta' Benton

 

Il-Kontea ta' Franklin

WGM

VIII

P2

19.12.2014

7.4.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.2

L-Istat ta' Washington:

Il-Kontea ta' Clallam

WGM

VIII

P2

19.12.2014

11.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.3

L-Istat ta' Washington:

Il-kontea ta' Okanogan (1):

(a)

Tramuntana: Ibda fl-intersezzjoni ta' bejn US 97 WA 20 u S.Janis Road u ikser fuq il-lemin għal S Janis Road. Ikser fuq ix-xellug għal McLaughlin Canyon Road, ikser fuq il-lemin għal Hardy Road, u mbagħad dur fuq ix-xellug għal Chewilken Valley Road.

(b)

Lvant: Minn Chewilken Valley Road dur fuq il-lemin għal JH Green Road, ikser fuq ix-xellug għal Hosheit Road, erġa' ikser fuq ix-xellug għal Tedrow Trail Road, u ikser għal darba oħra fuq ix-xellug għal Brown Pass Road sal-linja tal-fruntiera ta' Colville Tribe. Imxi lejn il-Punent mal-linja tal-fruntiera ta' Colville Tribe u wara imxi lejn in-Nofsinhar sa ma taqsam il-US 97 WA 20.

(c)

Nofsinhar: Ikser fuq il-lemin għal US 97 WA 20, wara ikser fuq ix-xellug għal Cherokee Road, imbagħad dur fuq il-lemin għal Robinson Canyon Road. Ikser fuq ix-xellug għal Bide A Wee Road, erġa' ikser fuq ix-xellug għal Duck Lake Road, dur fuq il-lemin għal Soren Peterson Road, dur fuq ix-xellug għal Johnson Creek Road, u mbagħad ikser fuq il-lemin għal George Road. Ikser fuq ix-xellug għal Wetherstone Road u mbagħad ikser fuq il-lemin għal Eplay Road.

(d)

Punent: Minn Eplay Road ikser fuq il-lemin għal Conconully Road/6th Avenue N., ikser fuq ix-xellug għal Green Lake Road, wara dur fuq il-lemin għal Salmon Creek Road, erġa' dur fuq il-lemin għal Happy Hill Road u fl-aħħar ikser fuq ix-xellug għal Conconully Road (li tiġi fil-Main Street). Ikser fuq il-lemin għal Broadway, ikser fuq ix-xellug għal C Street, wara dur fuq il-lemin għal Lake Street E, erġa' dur fuq il-lemin għal Sinlahekin Road, ikser darba oħra fuq il-lemin għal S. Fish Lake Road, u erġa' ikser fuq il-lemin għal Fish Lake Road. Dur fuq ix-xellug għal N. Pine Creek Road, ikser fuq il-lemin għal Henry Road (li tiġi fl-N. Pine Creek Road), wara ikser fuq il-lemin għal Indian Springs Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Hwy 7 biex tispiċċa US 97 WA 20.

WGM

VIII

P2

29.1.2015

16.6.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.4

L-Istat ta' Washington:

Il-kontea ta' Okanogan (2):

(a)

Tramuntana: Ibda fejn US Hwy 97 taqsam il-fruntiera Kanadiża, kompli lejn il-Lvant matul il-fruntiera Kanadiża u wara dur fuq il-lemin għal 9 Mile Road (County Hwy 4777).

(b)

Lvant: Minn 9 Mile Road dur fuq il-lemin għal Old Hwy 4777 li tagħti għan-Nofsinhar għal Molson Road. Ikser fuq il-lemin għal Chesaw Road, dur fuq ix-xellug għal Forest Service 3525, u erġa' ikser fuq ix-xellug għal Forest Development Road 350, li tispiċċa f'Forest Development Road 3625. Minn hemm imxi lejn il-Punent u dur fuq ix-xellug għal Forest Service 3525, ikser fuq il-lemin għal Rone Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Box Spring Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal Mosquito Creek Road, u fl-aħħar ikser fuq il-lemin għal Swanson Mill Road.

(c)

Nofsinhar: Minn Swanson Mill Road ikser fuq ix-xellug għal O'Neil Road u wara imxi lejn in-Nofsinhar f'US 97. Dur fuq il-lemin għal Ellis Forde Bridge Road, ikser fuq ix-xellug għal Janis Oroville (SR 7), wara ikser fuq il-lemin għal Loomis Oroville Road, erġa' ikser fuq il-lemin għal Wannacut Lake Road, ikser fuq ix-xellug għal Ellemeham Mountain Road, erġa' dur fuq ix-xellug għal Earth Dam Road, ikser għal darba oħra fuq ix-xellug għal triq bla isem, ikser fuq il-lemin għal triq bla isem, imbagħad dur fuq il-lemin għal triq oħra bla isem, ikser fuq ix-xellug għal triq bla isem u fl-aħħar dur fuq ix-xellug għal triq oħra bla isem.

(d)

Punent: Mit-triq bla isem dur fuq il-lemin għal Loomis Oroville Road, imbagħad ikser fuq ix-xellug għal Smilkameen Road sal-fruntiera Kanadiża.

WGM

VIII

P2

3.2.2015

6.5.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.5

L-Istat ta' Oregon:

Il-Kontea ta' Douglas

WGM

VIII

P2

19.12.2014

23.3.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.6

L-Istat ta' Oregon:

Il-Kontea ta' Deschutes

WG

VIII

P2

14.2.2015

19.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.7

L-Istat ta' Oregon:

Il-Kontea ta' Malheur

WGM

VIII

P2

20.1.2015

11.5.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

L-Istat ta' Idaho:

 

Il-Kontea ta' Canyon

 

Il-Kontea ta' Payette

WGM

VIII

P2

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.8.

L-Istat ta' California:

Il-Kontea ta' Stanislaus/Il-Kontea ta' Tuolumne:

Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:

(a)

Tramuntana: 2,5 mili Lvant mill-intersezzjoni bejn State Hwy. 108 u Williams Road.

(b)

Grigal: 1,4 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn Rock River Dr. u Tulloch Road.

(c)

Lvant: 2,0 mili Majjistral mill-intersezzjoni bejn Milpitas Road u Las Cruces Road.

(d)

Xlokk: 1,58 mili Lvant mit-tarf tat-Tramuntana ta' Rushing Road.

(e)

Nofsinhar: 0,70 mili Nofsinhar mill-intersezzjoni bejn State Highway 132 u Crabtree Road.

(f)

Lbiċ: 0,8 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn Hazel Dean Road u Loneoak Road.

(g)

Punent: 2,5 mili Lbiċ mill-intersezzjoni bejn Warnerville Road u Tim Bell Road.

(h)

Majjistral: 1,0 mili Xlokk mill-intersezzjoni bejn CA-120 u Tim Bell Road.

WGM

VIII

P2

23.1.2015

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

US-2.9

L-Istat ta' California:

Il-Kontea ta' Kings:

Żona b'raġġ ta' 10 km li tibda mill-punt N fuq il-fruntiera ċirkolari taż-Żona ta' Kontroll u li testendi favur l-arloġġ:

(a)

Tramuntana: 0,58 mili Tramuntana minn Kansas Avenue

Grigal: 0,83 mili Lvant minn CA-43.

(b)

Lvant: 0,04 mili Lvant minn 5th Avenue

(c)

Xlokk: 0,1 mili Lvant mill-intersezzjoni bejn Paris Avenue u 7th Avenue

(d)

Nofsinhar: 1,23 mili Tramuntana minn Redding Avenue

(e)

Xlokk: 0,6 mili Lvant mill-intersezzjoni ta' Paris Avenue u 15th Avenue

(f)

Punent: 1,21 mili Lvant minn 19th Avenue

(g)

Majjistral: 0,3 mili Tramuntana mill-intersezzjoni ta' Laurel Avenue u 16th Avenue

WGM

VIII

P2

12.2.2015

 

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

US-2.10

L-Istat ta' Minnesota:

WGM

VIII

P2

5.3.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

US-2.11

L-Istat ta' Missouri:

WGM

VIII

P2

8.3.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.13

L-Istat ta' Arkansas:

 

Il-Kontea ta' Boone

 

Il-Kontea ta' Marion

WGM

VIII

P2

11.3.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

US-2.14

L-Istat ta' Kansas:

 

Il-Kontea ta' Leavenworth

 

Il-Kontea ta' Wyandotte

WGM

VIII

P2

13.3.2015

12.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

US-2.15

L-Istat ta' Kansas:

 

Il-Kontea ta' Cherokee

 

Il-Kontea ta' Crawford

WGM

 

P2

9.3.2015

18.6.2015

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.16

L-Istat ta' Montana:

 

Il-Kontea ta' Judith Basin

 

Il-Kontea ta' Fergus

WGM

VIII

P2

2.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

US-2.17

L-Istat ta' North Dakota:

WGM

VIII

P2

11.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

US-2.18

L-Istat ta' South Dakota:

WGM

VIII

P2

1.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

US-2.19

L-Istat ta' Wisconsin:

WGM

VIII

P2

11.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 

US-2.20

L-Istat ta' Iowa:

WGM

VIII

P2

14.4.2015

 

 

 

 

POU, RAT

 

N

P2

 

 

 

 


(1)  Il-prodotti, inklużi dawk ittrasportati fl-ibħra internazzjonali, manifatturati qabel din id-data, jistgħu jiġu importati fl-Unjoni matul perjodu ta' 90 jum minn din id-data.

(2)  Dak li hu prodott wara din id-data biss jista' jiġi importat fl-Unjoni.”


Top