EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0497

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 497/2013 tad- 29 ta’ Mejju 2013 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 143, 30.5.2013, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/497/oj

30.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 143/20


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 497/2013

tad-29 ta’ Mejju 2013

li jemenda u jikkoreġi r-Regolament (UE) Nru 231/2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008.

(2)

Dawn l-ispeċifikazzjonijiet jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, jew b’inizjattiva tal-Kummissjoni inkella wara talba.

(3)

Meta jkunu qed jiġu aġġornati dawn l-ispeċifikazjonijiet, għandhom jitqisu l-ispeċifikazzjonijiet u t-tekniki analitiċi għall-addittivi tal-ikel kif jistabbilixxi l-Codex Alimentarius imfassal mill-Kumitat Konġunt ta’ Esperti tal-FAO/WHO dwar l-Addittivi tal-Ikel.

(4)

Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 fih żbalji fl-ispeċifikazzjonijiet għall-bisulfit tas-sodju (E 222), il-lattat tas-sodju (E 325) u l-fosfatidi tal-ammonju (E 442). Dawn l-iżbalji għandhom jitranġaw.

(5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 380/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 (4) li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet ta’ użu u l-livelli ta’ użu għall-addittivi tal-ikel li fihom l-aluminju, ineħħi l-addittivi tal-ikel: is-silikat tal-kalċju u tal-aluminju (E 556) u s-silikat tal-aluminju (il-Koalin) (E 559) mil-lista tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 mill-1 ta’ Frar 2014. Għaldaqstant, l-ispeċifikazzjonijiet għal dawk l-addittivi tal-ikel għandhom jitħassru wkoll.

(6)

Ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 fih żewġ żbalji dwar in-numri tal-Einecs (5) assenjat lill-gwanilat disodiku (E 627) u lill-gwanilat dipotassiku (E 628). Dawn l-iżbalji għandhom jitranġaw.

(7)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 231/2012 għandu jiġi emendat u kkoreġut skont dan.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma opponewhom,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat u kkoreġut skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.

(3)  ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 14.

(5)  L-Inventarju Ewropew tas-Sustanzi Kimiċi Kummerċjali Eżistenti (Einecs).


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat u kkoreġut kif ġej:

(1)

L-annotazzjoni għall-bisulfit tas-sodju E 222 hija emendata kif ġej:

(a)

l-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

“E 222 IDROĠENUSULFIT TAS-SODJU”

(b)

l-ispeċifikazzjoni għall-purità tal-ħadid għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Ħadid

Mhux iktar minn 10 mg/kg ibbażat fuq il-kontenut tal-SO2

(2)

Fl-annotazzjoni għal-lattat tas-sodju E 325, l-ispeċifikazzjoni għat-test għall-potassju, l-identifikazzjoni għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Test għas-sodju

Jgħaddi mit-test”

(3)

Fl-annotazzjoni għall-fosfatidi tal-ammonju E 442, l-ispeċifikazzjonijiet dwar id-deskrizzjoni għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

Deskrizzjoni

Semisolidu żejtni għal likwidu żejtni”

(4)

Fl-annotazzjoni għas-silikat tal-kalċju u tal-aluminju E 556, l-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

E 556 SILIKAT TAL-KALĊJU U TAL-ALUMINJU  (*)

(*)  Il-perjodu tal-applikazzjoni: sal-31 ta’ Jannar 2014.”"

(5)

Fl-annotazzjoni għas-silikat tal-aluminju (il-Koalin) E 559, l-intestatura għandha tinbidel b’dan li ġej:

E 559 SILIKAT TAL-ALUMINJU (IL-KAOLIN)  (**)

(**)  Il-perjodu tal-applikazzjoni: sal-31 ta’ Jannar 2014.”"

(6)

Fl-annotazzjoni għall-gwanilat disodiku E 627, in-numru tal-Einecs fid-definizzjoni għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Einecs

226-914-1”

(7)

Fl-annotazzjoni għall-gwanilat dipotassiku E 628, in-numru tal-Einecs fid-definizzjoni għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Einecs

221-849-5”



Top