EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0126

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 126/2013 tat- 13 ta’ Frar 2013 li jemenda l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 43, 14.2.2013, p. 24–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/126/oj

14.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 43/24


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 126/2013

tat-13 ta’ Frar 2013

li jemenda l-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 131 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 żamm ir-restrizzjonijiet li ġew stabbiliti qabel fid-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE tas-27 ta’ Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (2). Fl-annotazzjoni 6, l-ewwel paragrafu, tal-Anness XVII għal dak ir-Regolament, it-terminu “prodott”, użat fir-restrizzjoni oriġinali dwar l-asbestos fid-Direttiva 76/769/KEE, ġie sostitwit b”oġġett” li ma jkoprix it-taħlitiet. Sabiex l-annotazzjoni 6, l-ewwel paragrafu, tkun tkopri l-istess oġġetti bħal dik id-Direttiva, għandu jiżdied it-terminu “taħlitiet”.

(2)

Id-derogi fl-annotazzjonijiet 16 u 17 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 fir-rigward tal-użu tal-karbonati taċ-ċomb u tas-sulfati taċ-ċomb fiż-żebgħa għar-restawr u l-manutenzjoni ta’ xogħlijiet tal-arti u bini storiku u l-partijiet ta’ ġewwa tiegħu, għandhom japplikaw mhux biss għall-użu iżda wkoll għat-tqegħid fis-suq sabiex dik iż-żebgħa ssir disponibbli wkoll għax-xogħlijiet ta’ restawr u manutenzjoni.

(3)

Ir-restrizzjoni fl-annotazzjonijiet 28, 29 u 30 tal-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tagħmel referenza għal limitu ta’ konċentrazzjoni speċifiku stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (3) u għal limitu ta’ konċentrazzjoni speċifikat fid-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 1999 li tirrigwarda l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar tal-preparazzjonjijiet perikolużi (4) li huma applikati sabiex jiġi ddeterminat jekk sustanza jew taħlita hijiex koperta minn dik ir-restrizzjoni. Għandu jiġi ċċarat li limitu ta’ konċentrazzjoni speċifikat fid-Direttiva 1999/45/KE japplika biss fejn mhuwiex stabbilit limitu ta’ konċentrazzjoni speċifiku fit-tielet Parti tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 519/2012 tad-19 ta’ Ġunju 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti fir-rigward tal-Anness I (5) żied paraffini klorinati ta’ katina qasira (minn issa ‘l quddiem l-“SCCPs”) fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (6). Għaldaqstant, il-produzzjoni, it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-SCCPs huma pprojbiti, suġġetti għal ċerti eżenzjonijiet speċifiċi. L-annotazzjoni 42 fl-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li tirrestrinġi żewġ użi tal-SCCPs li issa huma pprojbiti skont ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 saret superfluwa u għandha għalhekk titħassar.

(5)

Għandu jintuża metodu ta’ ttestjar armonizzat adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni għad-determinazzjoni tal-kontenut ta’ kromju VI li jinħall fl-ilma fis-siment skont id-Direttiva 2003/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2003 li temenda għas-26 darba d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi (nonilfenol, nonilfenol etossilat u siment) (7). Għall-fini taċ-ċarezza, l-annotazzjoni 47 tal-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandha tinkludi referenza għal dak il-metodu ta’ ttestjar.

(6)

Is-sustanza metilendifenil diisoċjanat (MDI) fl-annotazzjoni 56 tal-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, identifikata bin-numru tal-KE 247-714-0 u n-numru tal-CAS 26447-40-5, tinkludi t-taħlit isomeriku kollu u l-isomeri speċifiċi kollha. Madankollu, ċerti isomeri speċifiċi għandhom numri tal-CAS jew tal-KE speċifiċi. Sabiex jiġi ċċarat li l-isomeri kollha huma koperti, għandhom jiġu miżjuda tliet numri tal-CAS u tal-KE speċifiċi.

(7)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 552/2009 tat-22 ta’ Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) fir-rigward tal-Anness XVII (8) ħassar in-noti E, H u S mid-Daħla għall-Appendiċijiet minn 1 sa 6 għall-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, kif ukoll mill-Appendiċijiet 1, 2, 3, 5 u 6. Għal raġunijiet ta’ koerenza, in-noti E, H u S għandhom jitħassru wkoll mill-Appendiċi 4.

(8)

L-annotazzjoni dwar id-diisopentilftalat fl-Appendiċi 6 għall-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tindika numri tal-KE u tal-CAS żbaljati, li għandhom jiġu kkoreġuti.

(9)

Ġew adottati standards ġodda dwar il-metodi tal-ittestjar għall-ażokoloranti u ż-żebgħat ażo mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi aġġornat l-Appendiċi 10 għall-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 sabiex jitqiesu dawk l-istandards.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.

(3)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

(4)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

(5)  ĠU L 159, 20.6.2012, p. 1.

(6)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7.

(7)  ĠU L 178, 17.7.2003, p. 24.

(8)  ĠU L 164, 26.6.2009, p. 7.


ANNESS

L-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 qed jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-annotazzjoni 6, it-tieni kolonna, l-ewwel paragrafu, l-ewwel subparagrafu qed ikun sostitwit b’dan li ġej:

“1.

Il-manifattura, it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ dawn il-fibri u tal-oġġetti u t-taħlitiet li fihom dawn il-fibri miżjuda intenzjonalment, huma pprojbiti.”

(2)

Fl-annotazzjoni 16, it-tieni kolonna, it-tieni paragrafu qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Madankollu, l-Istati Membri, skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni 13 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), jistgħu jippermettu l-użu fit-territorju tagħhom tas-sustanza jew tat-taħlita għar-restawr u l-manutenzjoni ta’ xogħlijiet tal-arti u bini storiku u l-partijiet ta’ ġewwa tiegħu, kif ukoll it-tqegħid fis-suq għal tali użu. Fejn Stat Membru juża din id-deroga, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.”

(3)

Fl-annotazzjoni 17, it-tieni kolonna, it-tieni paragrafu qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Madankollu, l-Istati Membri, skont id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni 13 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), jistgħu jippermettu l-użu fit-territorju tagħhom tas-sustanza jew tat-taħlita għar-restawr u l-manutenzjoni ta’ xogħlijiet tal-arti u bini storiku u l-partijiet ta’ ġewwa tiegħu, kif ukoll it-tqegħid fis-suq għal tali użu. Fejn Stat Membru juża din id-deroga, dan għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan.”

(4)

Fl-annotazzjonijiet 28, 29 u 30, it-tieni kolonna, l-ewwel paragrafu, il-ħames inċiż tal-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

"—

il-konċentrazzjoni rilevanti speċifikata fid-Direttiva 1999/45/KE fejn l-ebda limitu ta’ konċentrazzjoni speċifiku mhu stabbilit fit-tielet Parti tal-Anness VI għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008”.

(5)

Fl-annotazzjoni 40, l-ewwel kolonna, il-kliem “għal dak ir-Regolament” huma sostitwiti minn “għar-Regolament (KE) Nru 1272/2008”.

(6)

L-annotazzjoni 42 qed titħassar.

(7)

Fl-annotazzjoni 47, it-tieni kolonna, qed jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.

L-istandard adottat mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) għall-ittestjar tal-kontenut ta’ kromju (VI) li jinħall fl-ilma fis-siment u fit-taħlitiet li fihom is-siment, għandu jintuża bħala l-metodu tat-test biex tintwera l-konformità mal-ewwel paragrafu.”

(8)

Fl-annotazzjoni 56, l-ewwel kolonna qed tiġi sostitwita b’dan li ġej:

“56.

Metilendifenil diisoċjanat (MDI)

Nru tal-CAS 26447-40-5

Nru tal-KE 247-714-0

inklużi l-isomeri speċifiċi li ġejjin:

(a)

4,4’-Metilendifenil diisoċjanat:

Nru tal-CAS 101-68-8

Nru tal-KE 202-966-0

(b)

2,4’-Metilendifenil diisoċjanat:

Nru tal-CAS 5873-54-1

Nru tal-KE 227-534-9

(c)

2,2’-Metilendifenil diisoċjanat:

Nru tal-CAS 2536-05-2

Nru tal-KE 219-799-4”.

(9)

Fl-Appendiċi 4, fil-kolonna bl-intestatura “Noti”, ir-referenzi għan-noti E, H u S qed jitħassru.

(10)

Fl-Appendiċi 6, ir-ringiela għall-annotazzjoni dwar l-aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, id-dipentilester, l-n-pentil-isopentilftalat mifruq u lineari, id-di-n-pentil ftalat, id-diisopentilftalat hija sostitwita b’dan li ġej:

Sustanzi

Nru tal-Indiċi

Nru tal-KE

Nru tal-CAS

Noti

“aċidu 1,2-benżendikarbossiliku, dipentilester, mifruq u lineari [1]

607-426-00-1

284-032-2 [1]

84777-06-0 [1]

 

n-pentil-isopentilftalat [2]

 

[2]

[2]

 

di-n-pentil ftalat [3]

 

205-017-9 [3]

131-18-0 [3]

 

Diisopentilftalat [4]

 

210-088-4 [4]

605-50-5 [4]”

 

(11)

L-Appendiċi 10 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Appendiċi 10

L-Annotazzjoni 43 – Ażokoloranti – Lista tal-metodi tal-ittestjar

Lista tal-metodi tal-ittestjar

L-Organizzazzjoni Ewropea għall-Istandardizzazzjoni

Referenza u titlu tal-istandard armonizzat

Referenza tal-istandard mibdul

CEN

EN ISO 17234-1:2010

Ġilda – Testijiet kimiċi għad-determinazzjoni ta’ ċerti ażokoloranti fil-ġlud miżbugħa – L-ewwel Parti: Id-determinzzjoni ta’ ċerti ammini aromatiċi li joriġinaw mill-ażokoloranti

CEN ISO/TS 17234:2003

CEN

EN ISO 17234-2:2011

Ġilda – Testijiet kimiċi għad-determinazzjoni ta’ ċerti ażokoloranti fil-ġlud miżbugħa – It-tieni Parti: Id-determinazzjoni ta’ 4-aminoażobenżen

CEN ISO/TS 17234:2003

CEN

EN 14362-1:2012

Tessuti – Metodi għad-determinazzjoni ta’ ċerti ammini aromatiċi li joriġinaw mill-ażokoloranti – L-ewwel Parti: L-individwazzjoni tal-użu ta’ ċerti ażokoloranti aċċessibbli bl-estrazzjoni tal-fibri u mingħajrha

EN 14362-1:2003

EN 14362-2:2003

CEN

EN 14362-3:2012

Tessuti – Metodi għad-determinazzjoni ta’ ċerti ammini aromatiċi li joriġinaw mill-ażokoloranti – Parti 3: L-individwazzjoni tal-użu ta’ ċerti ażokoloranti, li jistgħu jirrilaxxaw 4-aminoażobenżen”

 


Top