EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R1002

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1002/2012 tad- 29 ta’ Ottubru 2012 li jemenda għall-181 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

ĠU L 300, 30.10.2012, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/1002/oj

30.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 300/43


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1002/2012

tad-29 ta’ Ottubru 2012

li jemenda għall-181 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

(2)

Fid-17 ta’ Ottubru 2012, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid żewġ persuni fiżiċi mal-lista tiegħu ta' persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi.

(3)

Għaldaqstant, l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu jiġi aġġornat skont dan.

(4)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)  OJ L 139, 29.5.2002, p. 9; Edizzjoni speċjali bil-Malti: Kapitolu 18 Volum 01, pp. 294 - 307.


ANNESS

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, huwa emendat b’dan li ġej:

L-annotazzjonijiet li ġejjin għandhom jiżdiedu taħt l-intestatura “Persuni naturali”:

(a)

‘Ayyub Bashir (psewdominu (a) Alhaj Qari Ayub Bashar, (b) Qari Muhammad Ayub). Titolu: (a) Qari, (b) Alhaj. Data tat-twelid: (a) 1966, (b) 1964, (c) 1969, (d) 1971. Nazzjonalità: (a) Uzbeki, (b) Afgan. Indirizz: Mir Ali, North Waziristan Agency, Federal Administered Tribal Areas, Pakistan. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 18.10.2012.’

(b)

‘Aamir Ali Chaudhry (psewdominu (a) Aamir Ali Chaudary, (b) Aamir Ali Choudry, (c) Amir Ali Chaudry, (d) Huzaifa). Data tat-twelid: 3.8.1986. Nazzjonalità: Pakistan. Nru tal-passaport: BN 4196361 (Numru ta’ passaport Pakistan maħruġ fit-28.10.2008, li jiskadi fis-27.10.2013. Numru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 33202-7126636-9 (Numru ta’ karta tal-identità nazzjonali Pakistan). Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 2a (4) (b): 18.10.2012.’


Top