EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32012R0151

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 151/2012 tal- 21 ta' Frar 2012 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

ĠU L 49, 22.2.2012, p. 2–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2012/151/oj

22.2.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 49/2


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 151/2012

tal-21 ta' Frar 2012

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (EC) Nru 314/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar ċertu miżuri restrittivi fir-rigward taż-Żimbabwe (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-persuni koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi taħt dak ir-Regolament. L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 jelenka l-awtoritajiet kompetenti li għalihom huma attribwiti funzjonijiet speċifiċi relatati mal-implementazzjoni tar-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK tas-15 ta' Frar 2011 (2) dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe tidentifika l-persuni legali u fiżiċi li għalihom japplikaw ir-restrizzjonijiet kif provduti fl-Artikolu 5 ta' dik id-Deċiżjoni, u r-Regolament (KE) Nru 314/2004 idaħħal fis-seħħ dik id-Deċiżjoni sal-punt li l-azzjoni fil-livell ta' Unjoni tkun meħtieġa. L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu, għalhekk, jiġi emendat sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma' dik id-Deċiżjoni tal-Kunsill,

(3)

l-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi aġġornat fuq il-bażi tal-informazzjoni l-aktar reċenti pprovduta mill-Istati Membri fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti. L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III li jinsab mar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġi sostitwit bl-Anness I li jinsab ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness II mar-Regolament (KE) Nru 314/2004 għandu jiġu sostitwit bl-Anness II ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2012.

Għall-Kummissjoni, F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz tal-Politika Estera Strumenti


(1)  ĠU L 55, 24.2.2004, p.1.

(2)  ĠU L 42, 16.2.2011, p. 6-23.


ANNESS I

“ANNESS III

Lista ta’ persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 6

I.   Persuni

 

Isem (u psewdonomi possibbli)

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

(1)

Mugabe, Robert Gabriel

President, imwieled fil-21.2.1924;

Passaport AD001095.

Kap tal-Gvern u responsabbli għal attivitajiet li jimminaw serjament id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

(2)

Abu Basutu, Titus Mehliswa Johna

Ġeneral tal-Korpi tal-Ajru, in-Nofsinhar ta’ Matebeleland.. Imwieled fit-2.6.1956

Uffiċjal militari anzjan, involut direttament fil-kampanja ta' terrur imwettqa qabel u matul l-elezzjonijiet fiż-żona ta' Gwanda. Deputat għall-Marixall tal-Ajru Perence Shiri (100 fuq il-lista).

(3)

Bonyongwe, Happyton Mabhuya

Direttur Ġenerali tal-Organizzazzjoni Ċentrali tas-Servizzi Sigrieti, imwieled fis-6.11.1960;

Passaport: AD002214;

ID: 63-374707A13

Membru anzjan tas-sigurtà assoċjat mill-qrib mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF (Zimbabwe African National Union – Patriotic Front) u kompliċi fil-formazzjoni jew it-tmexxija tal-politika ripressiva tal-istat. Akkużat bil-ħtif, it-tortura u l-qtil ta' attivisti tal-MDC (Moviment għall-Bidla Demokratika) f'Ġunju 2008.

(4)

Buka (magħruf ukoll bħala Bhuka), Flora

Uffiċċju tal-President (eks-Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Speċjali responsabbli għall-Programmi tal-Artijiet u r-Riokkupazzjoni, eks-Ministru tal-Istat fl-uffiċċju tal-Viċi President u eks-Ministru tal-Istat għar-Riforma tal-Artijiet fl-Uffiċċju tal-President), imwielda fil-25.2.1968.

Ministru tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Viċi President Nkomo Responsabbli għall-organizzazzjoni ta' vjolenza fiż-żona ta' Gokwe u l-immirar tal-mexxejja tal-MDC fl-2008.

(5)

Bvudzijena, Wayne

Assistent Kummissarju tal-Pulizija, Kelliem għall-Pulizija; Imwieled fl-24.04.1958.

ID: 29-008792V71,

Membru anzjan tal-forza tal-pulizija. Kelliem għall-pulizija. Fl-2008 akkuża lill-MDC li ta kenn lil dawk responsabbli għall-vjolenza elettorali fil-kwartieri ġenerali provinċjali u nazzjonali tal-MDC.

(6)

Chapfika, David

Eks-Deputat Ministru għall-Agrikoltura (eks-Deputat Ministru għall-Finanzi), imwieled fis-7.4.1957;

Passaport:ZL037165.

ID: 63-052161G48

President nazzjonali tal-Kumitat tal-ġbir ta' fondi taż-ZANU-PF, sponsorja l-milizji fl-2008 billi pprovda appoġġ għall-bażijiet tal-milizja fiż-żona ta' Hoyuyu f'Mutoko.

(7)

Charamba, George

Segretarju Permanenti, Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-4.4.1963;

Passaport AD002226;

Passaport AD001255

ID: 07-003617B07

Impjegat anzjan tas-servizz ċivili assoċjat mill-qrib mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF.

(8)

Chidarikire, Faber Edmund

Gvernatur tal-Provinċja għall-Mashonaland tal-Punent, eks-Sindku ta’ Chinhoyi, imwieled fis-6.6.1946;

ID: 70-056539L70

Eks-sindku taż-ZANU-PF f'Chinoyi u gvernatur provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(9)

Chigudu, Tinaye Elisha Nzirasha

Eks-Gvernatur Provinċjali: ta' Manicaland. Imwieled fit-13.08.42.

Passaport AD000013.

ID 63-022247R42.

Eks-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri fiż-Żimbabwe u eks-gvernatur provinċjali ta' Manicaland. Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Ġunju 2008 ordna r-ripressjoni tal-partitarji tal-MDC

(10)

Chigwedere, Aeneas Soko

Gvernatur tal-Provinċja: Il-Lvant ta’ Mashonaland, eks-Ministru, imwieled fil-25.11.1939.

.ID 25-15430J80

Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF.

(11)

Chihota, Phineas

Viċi Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ Internazzjonali. Imwieled fit-23.11.1950.

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Hedded partitarji tal-MDC bil-mewt u huwa assoċjat mas-sekwestru u t-tortura ta' nies f'Ġunju 2008.

(12)

Chihuri, Augustine

Kummissarju tal-Pulizija, imwieled fl-10.3.1953.

Passaport AD000206.

ID 68-034196M68

Uffiċjal anzjan tal-pulizija u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt, assoċjat mill-qrib mal-politiki ripressivi taż-ZANU-PF. Stqarr pubblikament li jappoġġa liż-ZANU-PF f'kontravenzjoni tal-Att tal-Pulizija. F'Ġunju 2009 ordna lill-pulizija biex iwaqqgħu l-każijiet kollha relatati mal-qtil li twettaq fiż-żmien ta' qabel l-elezzjoni Presidenzjali ta' Ġunju 2008.

(13)

Chinamasa, Patrick Anthony

Ministru tal-Ġustizzja, l-Affarijiet Legali u Parlamentari, imwieled fil-25.1.1947.

ID 63-005591M42.

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(14)

Chindori-Chininga, Edward Takaruza

Eks-Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, imwieled fl-14.3.1955.

Passaport AN388694.

ID 63-377216C71.

Eks-membru tal-Gvern b'rabtiet attwali mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF bħala Membru tal-Parlament taż-ZANU-PF. Kmandant tal-bażijiet tal-milizja f'Guruve fiż-żmien ta' qabel l-elezzjonijiet tal-2008.

(15)

Chinotimba, Joseph

Viċi-President taż-Zimbabwe National Liberation War Veterans Association, mexxej tal-milizja ZANU-PF. Imwieled fis-06.06.1957.

ID 63-312672W11.

Matul l-elezzjonijiet tal-2008 Chinotimba mexxa grupp li qered id-dar ta' Admore Chibutu. Flimkien ma' membri tal-armata u partitarji taż-ZANU-PF huwa attakka d-dar ta' Tongeyi Jeremiah f'Mejju 2008.

(16)

Chipanga, Tongesai Shadreck

Eks-Viċi Ministru tal-Affarijiet Interni, imwieled fl-10.10.1940 alt 10.10.1946.

Eks-membru tal-Gvern u eks-direttur tal-pulizija sigrieta taż-Żimbabwe, assoċjat ma' qtil b'motivi politiċi.

(17)

Chipwere Augustine

Brigadier Ġeneral, eks-Kurunell, in-Nofsinhar ta’ Bindura

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur ta' qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008. Responsabbli għal taqlib politiku f'Bindura. Uffiċjal militari anzjan, promoss mill-President fl-2011.

(18)

Chiwenga, Constantine

Kmandant tal-Forzi ta' Difiża taż-Żimbabwe, Ġeneral (eks-Kmandant tal-Armata, Logutenent Ġeneral), imwieled fil-25.8.1956.

Passaport AD000263.

ID 63-327568M80

Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Uża l-armata għall-ħtif ta' azjendi agrikoli. Matul l-elezzjonijiet tal-2008 kien arkitett prim tal-vjolenza assoċjata mal-proċess taż-żmien ta' qabel l-elezzjoni Presidenzjali.

(19)

Chombo, Ignatius Morgan Chiminya

Ministru tal-Gvernijiet Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Izvilupp Urban, imwieled fl-1.8.1952.

Passaport AD000500.

ID 70-086938D70.

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF u responsabbli għal ħidma li mminat lill-MDC fil-gvern lokali bir-restrizzjoni ta' finanzjament u b'molestja.

(20)

Dinha, Martin

Gvernatur Provinċjali għal Mashonaland Ċentrali.

Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. Involut fit-tfixkil ta' azjendi agrikoli fil-konċessjoni tal-villaġġ ta' Rockwood fl-2009.

(21)

Goche, Nicholas Tasunungurwa

Ministru tat-Trasport, tal-Komunikazzjoni u tal-Infrastruttura (eks-Ministru tal-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fl-1.8.1946.

ID 63-355978S68

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Ġunju 2008 uża l-forza fuq l-NGOs kollha biex iwaqqfu x-xogħol tagħhom fuq il-post u d-distribuzzjoni tal-ikel. Responsabbli għall-bażi tal-milizja f'Shamva u implikat fi vjolenza f'dik iż-żona.

(22)

Gono, Gideon

Gvernatur tal-Bank tar-Riżerva (bank ċentrali) taż-Żimbabwe, imwieled fid-29.11.59.

Passaport AD000854.

ID 58-001824K07

Rabtiet mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Idderiġa fondi illegalment għaż-ZANU-PF fl-2008.

(23)

Gurira, Cephas T.

Brigadier; eks-Kurunell, Forzi tad-Difiża taż-Żimbabwe. Imwieled fl-1.5.1963.

ID 29-061056D29

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008. Responsabbli għall-inċitament ta' vjolenza f'Mhondoro.

(24)

Gwekwerere, Stephen (isem assunt Steven)

Kurunell, Chinhoyi.

Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Parti mill-grupp li attakka persuni f'Chinoyi fl-2008.

(25)

Kachepa, Newton

Membru Parlamentari għat-tramuntana ta’ Mudzi. Imwieled fl-10.2.70.

ID 32-088209M48

Membru Parlamentari, involut fil-qtil ta' Peter Tom Butao fl-14 ta' April 2008 u ta' Kingswell Mateta f'Lulju 2008. Huwa mexxa t-tortura ta' ħafna partitarji tal-MDC fil-kostitwenza tiegħu.

(26)

Karakadzai, Mike Tichafa

L-Għola Fizzjal tal-Forzi tal-Ajru, Provinċja Metropolitana ta’ Harare. Imwieled fis-7.3.57.

ID 63-632526N13.

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet billi mexxa s-sekwestri u l-vjolenza f'Harare fl-2008.

(27)

Kasukuwere, Saviour

Viċi Ministru tal-Iżvilupp taż-Żgħażagħ u l-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni u Deputat Segretarju għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ tal-Politburo taż-ZANU-PF, imwieled fit-23.10.1970..

ID 45-046113Q45.

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Organizza lil dawk involuti f'rewwixti vjolenti f'Harare fi Frar 2011.

(28)

Kazangarare, Jawet

Kunsillier taż-ZANU-PF f’Hurungwe tat-Tramuntana u veteran tal-gwerra. Imwieled fit-12.4.1957.

ID 38-102814B58.

Direttament involut fil-kampanja ta' terrur orkestrata mill-gvern li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet fl-2008. Responsabbli għat-tmexxija tal-persekuzzjoni vjolenti ta' partitarji tal-MDC f'Hurungwe, li tinkludi stupru, qtil u qerda ta' djar u involut b'mod partikolari fil-qtil ta' Tapiwa Mubwanda, aġent elettorali tal-MDC fit-Tramuntana ta’ Hurungwe f'Mejju 2008.

(29)

Khumalo, Sibangumuzi

Brigadier Ġeneral, Matebeleland tat-Tramuntana. Imwieled fis-16.8.1954.

ID 08-448357W73.

Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Fi Frar 2011, huwa ġie allegat li kien parti mill-istrateġija għat-twettiq ta' vjolenza u terrur billi bagħat uffiċjali anzjani għall-koordinazzjoni ta' kampanja mmirata biex iżżomm lil Mugabe fil-poter.

(30)

Kunonga, Nolbert (magħruf ukoll bħala Nobert)

Appunta lilu nnifsu Isqof Anglikan.

Jappoġġja b’mod voċiferu lir-reġim. Dawk li segwewh kienu appoġġati mill-pulizija fit-twettiq ta' atti ta' vjolenza kontra s-sostenituri tal-knisja fl-2011.

(31)

Kwainona, Martin

Assistent Kummissarju, imwieled fid-19.1.1953;

Passaport AD001073.

ID 63-293627V45

Uffiċjal anzjan tal-pulizija, ta ordnijiet lill-awtoritajiet lokali biex jinstigaw vjolenza fil-Villaġġ ta' Kanyuchi, f'Mount Darwin f'April 2008.

(32)

Kwenda, R.

Maġġur, Zaka tal-Lvant.

Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Kap tal-vjolenza f’Zaka fl-2008.

(33)

Langa, Andrew

Viċi Ministru tas-Servizz Pubbliku (eks-Viċi Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni). Imwieled fit-13.1.65.

ID 21-017934E21.

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Fl-2005 fetaħ in-nar fuq 11-il membru tal-Assemblea taż-Żgħażagħ tal-MDC. Intimida votanti f'jum l-elezzjoni tal-2008.

(34)

Mabunda, Musarashana

Assistent Kummissarju tal-Pulizija. Imwieled fil-11.11.58.

ID 22-026198T13

Membru tal-forzi tas-sigurtà u b’responsabbità estensiva għal vjolazzjonijiet gravi tal-ħelsien biex jitlaqqgħu ġemgħat paċifiċi. Mexxa s-swat, it-tortura u r-ripressjoni tal-11 ta' Marzu 2007. F'Ġunju 2008 hedded li joqtol lil Lovemore Madhuku.

(35)

Machaya, Jason (magħruf ukoll bħala Jaison) Max Kokerai

Gvernatur tal-Provinċja: Midlands. Eks-Viċi Ministru għall-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, imwieled fit-13.6.1952.

ID 26-003018Z26.

Gvernatur tal-Provinċja: Midlands. Assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. Għamel użu minn influwenza biex jimblokka l-investigazzjoni ta' qtil b'motivi politiċi li allegatament twettaq minn ibnu.

(36)

Made, Joseph Mtakwese

Ministru tal-Inġinerija u l-Mekkanizzazzjoni Agrikola (eks-Ministru tal-Agrikoltura u l-Izvilupp Rurali, imwieled fil-21.11.1954.

Passaport AN000144.

ID 29-128547N42

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF

(37)

Madzongwe, Edna (magħrufa wkoll bħala Edina)

President tas-Senat taż-ZANU-PF, mwielda fil-11.7.1943.

ID 63-748119H32

Membru tal-politburo taż-ZANU-PF. Għamlet użu minn influwenza biex timmotiva prosekuzzjonijiet politiċi fi Frar 2008. Involuta fi vjolenza f'Chegutu inkluż fl-akkwist ta' Stockade Citrus Estate fl-2008, billi tat ordnijiet diretti lil dawk li mexxew ir-ripressjoni.

(38)

Mahofa, Shuvai Ben

Eks-Viċi Ministru tal-Izvilupp taż-Żgħażagħ, il-Ġeneri u l-Ħolqien tal-Impjiegi, imwieled fl-4.4.1941.

Passaport AD000369.

ID 27-031942V27

Sponsorja lil dawk li stabbilixxew bażijiet ta' tortura f'Masvingo. Persuni minn dawn il-bażijiet qatlu lil Mapurisa Zvidzai fl-24 ta' April 2008 u lil Tiziro Moyo fil-11 ta' Ġunju 2008.

(39)

Maluleke, Titus

Gvernatur tal-Provinċja: Masvingo (eks-Viċi Ministru tal-Edukazzjoni, l-Isport u l-Kultura).

Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-membri tal-gvern taż-ZANU-PF. Appoġġa pubblikament l-invażjonijiet tal-art f'Masvingo fl-2009.

(40)

Mangwana, Paul Munyaradzi

President tal-Kumitat ta' Għażla Kostituzzjonali (COPAC) u eks-Ministru tal-Istat għall-Indiġenizzazzjoni u l-Emanċipazzjoni, imwieled fl-10.8.1961.

Passport AD000459.

ID 22-017031E12

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Sponsorja u mexxa attivitajiet tal-klikek ta' terrur taż-ZANU-PF fiċ-Ċentru ta' Chivi f'Mejju/Ġunju 2008.

(41)

Marumahoko, Reuben

Viċi Ministru tal-Integrazzjoni Reġjonali u l-Kooperazzjoni Internazzjonali u eks-Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin (eks-Viċi Ministru tal-Affarijiet Interni), imwieled fl-4.4.1948.

ID 63-311317Y71

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Kmandant tal-milizja taż-ZANU-PF f'Hurungwe. Ma' grupp ta' partitarji taż-ZANU-PF u veterani tal-gwerra, huwa attakka lil partitarji tal-MDC u qered diversi djar fid-distrett ta' Hurungwe bejn April u Lulju 2008.

(42)

Mashava, G.

Kurunell, Chiredzi Ċentrali.

Mexxa vjolenza b'motivi politiċi f'Chirendzi fl-2008.

(43)

Masuku, Angeline

Gvernatur tal-Provinċja: In-Nofsinhar ta’ Matabeleland (Segretarju għall-Persuni b'Diżabbiltà u l-Iżvantaġġati tal-Politburo taż-ZANU-PF), imwielda fl-14.10.1936.

ID 08-266228E19

Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF.

(44)

Mathema, Cain Ginyilitshe Ndabazekhaya

Gvernatur Provinċjali, Bulawayo. Imwieled fit-28.1.1948.

ID 63-682168J73

Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF.

(45)

Mathuthu, Thokozile (magħruf ukoll bħala Sithokozile)

Gvernatur tal-Provinċja: It-Tramuntana ta’ Matabeleland u Viċi-Segretarju tal-Polituro ta' ZANU (PF), inkarigat mit-Trasport u l-Għajnuna Soċjali.

Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. F'Ġunju 2008 għamel użu mill-pożizzjoni tiegħu biex jinstiga mibegħda kontra partitarji tal-MDC.

(46)

Matibiri, Innocent Tonderai

Assistent Kummissarju tal-Pulizija. Imwieled fid-9.10.1968.

ID 63-729730V70.

Membru anzjan tal-forzi tas-sigurtà, konness mal-qtil ta' ħaddiem ta' azjenda agrikola.

(47)

Matiza, Joel Biggie

Eks-Viċi Ministru tal-Akkomodazzjoni Rurali u l-Faċilitajiet Soċjali, imwieled fis-17.8.1960.

Passport ZA557399.

Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Organizza bażijiet fil-Punent u fin-Nofsinhar ta' Murehwa, minn fejn partitarji taż-ZANU-PF issorveljati minnu, qatlu lil Edward Pfuka fis-17 ta' Ġunju 2008 u lil Moses Nyada fid-19 ta' Ġunju 2008.

(48)

Matonga, Brighton (magħruf ukoll bħala Bright)

Eks-Viċi Ministru tal-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fl-1969.

Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Kelliem għall-partit. Mexxa grupp ta' partitarji taż-ZANU-PF li qatlu lill-mara ta' Dadidrayi Chipiro.

(49)

Mhandu, Cairo (magħruf ukoll bħala Kairo)

Maġġur fl-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe. Imwieled fit-23.11.1960.

ID 63-371574V15

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li twettqet qabel u wara l-elezzjonijiet fl-2008. Mexxa grupp ta' partitarji u veterani tal-gwerra li qatlu lil Gibbs Tawenga u lil Hama Ngowani fit-30 ta' Ġunju 2008.

(50)

Mhonda, Fidellis

Kurunell, Rushinga. Imwieled fit-2.1.1958.

ID 75-139696G81

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008. Mexxa vjolenza politika f'Rushinga.

(51)

Midzi, Amos Bernard (Mugenva)

Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri (eks-Ministru għall-Enerġija u l-Iżvilupp tal-Enerġija), imwieled fl-4.7.1952.

President tal-partit taż-ZANU-PF f'Harare. Eks-membru tal-Gvern assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF. Organizza konvoj ta' partitarji u suldati taż-ZANU-PF li attakkaw persuni u qerdu djar f'Ġunju 2008. Marbut ma' vjolenza f'Epworth, billi appoġġa bażijiet ta' milizja fl-2008 u għal darb'oħra fl-2011.

(52)

Mnangagwa, Emmerson Dambudzo

Ministru tad-Difiża, imwieled fil-15.9.1946.

Passaport AD00060.

ID 63-450183P67

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt.

(53)

Mohadi, Kembo Campbell Dugishi

Ko-Ministru tal-Affarijiet Interni (eks-Viċi Ministru tal-Gvernijiet Lokali, ix-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Akkomodazzjoni Nazzjonali), imwieled fil-15.11.1949.

ID 02-012912X02

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt.

(54)

Moyo, Gilbert

“Veteran tal-Gwerra”, mexxej tal-milzja taż-ZANU-PF.

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008 fil-Punent ta’ Mashonaland (Chegutu); involut fl-akkwist vjolenti ta' azjendi agrikoli.

(55)

Moyo, Jonathan Nathaniel

Eks-Ministru tal-Istat għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità fl-Uffiċċju tal-President, imwieled fit-12.1.1957.

Passaport AD000432.

ID 63-857281M73

Eks-Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Instiga vjolenza u mibegħda, u arkitett ta' liġijiet li jimpedixxu l-libertà tal-espressjoni.

(56)

Moyo, Sibusio Bussie

Brigadier Ġeneral taż-ZNA.

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li twettqet qabel u wara l-elezzjonijiet, inkluż fil-qtil ta' partitarji tal-MDC.

(57)

Moyo, Simon Khaya

President tal-Politburo taż-ZANU-PF, Viċi Segretarju għall-Affarijiet Legali, imwieled fl-1945. Imwieled fl-1.10.1945.

Passaport ZD001512.

ID 63-735452P56

Membru tal-politburo taż-ZANU-PF b'rabtiet attwali mal-politika ripressiva tiegħu.

(58)

Mpabanga, S.

Logutenent Kurunell, Lvant ta’ Mwenzi

Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Mexxa vjolenza b'motivi politiċi f'Mwenezi.

(59)

Mpofu, Obert Moses

Ministeru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri, eks-Ministru tal-Industrija u l-Kummerċ Industrijali (eks-Gvernatur Provinċjali: It-Tramuntana ta’ Matabeleland) (Viċi Segretarju għas-Sigurtà Nazzjonali tal-Politburo taż-ZANU-PF), imwieled fit-12.10.1951.

Passaport ZD001549.

ID 08-186074F79.

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Marzu 2008 inċita lil partitarji taż-ZANU-PF biex ikeċċu lil opponenti tal-MDC minn djarhom biex iwaqqfuhom milli jivvutaw.

(60)

Msipa, Cephas George

Eks-Gvernatur Provinċjali: tal-Midlands, imwieled fis-7.7.1931.

Eks-Gvernatur Provinċjali assoċjat mal-fazzjoni tal-gvern taż-ZANU-PF.

(61)

Muchena, Henry

Viċi-Marixxall tal-Forzi tal-Ajru, Midlands. Kap tal-Kummissarjat taż-ZANU-PF.

Uffiċjal militari anzjan marbut maż-ZANU-PF, involut direttament fil-kampanja ta' terrur li twettqet qabel u matul l-elezzjonijiet. Mexxa vjolenza f'Zhombe u f'Gokwe matul l-2008.

(62)

Muchena, Olivia Nyembesi (magħrufa wkoll bħala Nyembezi)

Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-Iżvilupp tal-Komunità, eks-Ministru tal-Istat għax-Xjenza u t-Teknoloġija fl-Uffiċċju tal-President (eks-Minsitru tal-Istat fl-Uffiċċju tal-Viċi President Msika), imwielda fit-18.8.1946.

Passaport AD000086.

ID 63-337191X50

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Konnessa ma' qtil motivat politikament u involuta personalment fil-qerda tad-dar ta' Revai Kativhu fl-1 ta' Mejju 2008.

(63)

Muchinguri, Oppah Chamu Zvipange

Segretarja tal-Politburo taż-ZANU-PF), inkarigata għll-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kultura (Eks-Ministru għall-Affarijiet tan-Nisa, l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Iżvilupp Komunitarju ( imwielda fl-14.12.1958.

ID 63-741411R50

Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF, għadha membru tal-Politburo taż-ZANU-PF. Kellha rwol ewlieni fil-vjolenza fil-provinċja ta' Masvingo fl-2008.

(64)

Muchono, C.

Kurunell-Logotenent, Mwenezi tal-Punent.

Direttament involut fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet, billi mexxa kampanja ta' terrur f'Mwenezi fl-2008.

(65)

Mudede, Tobaiwa (magħruf ukoll bħala Tonneth)

Reġistratur Ġenerali, imwieled fit-22.12.1942.

ID 36-452750E70

Rabtiet mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika tal-istat, b'mod partikolari fir-rigward tat-tbagħbis tal-elezzjoni.

(66)

Mudenge, Isack Stanislaus Gorerazvo

Ministru tal-Edukazzjoni Terzjarja u dik Għolja (eks-Ministru tal-Affarijiet Barranin), imwieled fis-17.12.1941. alt 17.12.1948

Passaport AD000964.

ID 63-645385Q22

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(67)

Mudonhi, Columbus

Assistant Spettur taż-Zimbabwe Republic Police.

Direttament involut fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet, billi mexxa l-vjolenza f'Buhera fl-2008.

(68)

Mugabe, Grace

Imwielda fit-23.7.1965;

Passaport AD001159.

ID 63-646650Q70

Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Ħadet taħt idejha l-Iron Mask Estate fl-2002; allegata li tikseb profitti kbar mit-tħaffir għad-djamanti.

(69)

Mugariri, Bothwell

Eks-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Anzjan.

Eks-membru tal-forzi tas-sigurtà u b’responsabbiltà estensiva għal vjolazzjonijiet gravi tal-ħelsien biex jitlaqqgħu ġemgħat paċifiċi. Bħala Uffiċjal inkarigat f'Harare, konness ma' operazzjonijiet vjolenti f'Marzu 2007.

(70)

Mujuru, Joyce Teurai Ropa

Viċi-President (eks-Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma u l-Iżvilupp Infrastrutturali), imwielda fis-15.4.1955.

ID 63-445325J18

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(71)

Mumba, Isaac

Supretendent.

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u wara l-elezzjonijiet tal-2008. Fil-linja ta' kmand li organizzat il-vjolenza fir-raħal ta' Soka f' Muzarabani.

(72)

Mumbengegwi, Simbarashe Simbanenduku

Ministru tal-Affarijiet Barranin, imwieled fl-20.7.1945;

Passaport: AD001086.

ID 63-677272A12

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(73)

Murerwa, Herbert Muchemwa

Ministru tal-Artijiet u tar-Riokkupazzjoni Rurali, imwieled fil-31.7.1941.

Passaport AD001167.

ID 25-021670R25

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(74)

Musariri, Munyaradzi

Assistent Kummissarju tal-Pulizija.

Membru anzjan tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi, b'mod partikolari f'Murambatsvina f'Lulju 2005.

(75)

Mushohwe, Christopher Chindoti

Gvernatur tal-Provinċja: ta' Manicaland. Manicaland (Eks Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet, eks-Deputat Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjonijiet), imwieled fis-6.2.1954.

ID 63-101480P75

Gvernatur Provinċjali assoċjat maż-ZANU-PF. Fi Frar 2009, akkumpanjat mis-suldati, qal lill-komunità ta' Chiadzwa li kienu ser jiġu rilokati mingħajr kumpens.

(76)

Mutasa, Didymus Noel Edwin

Ministru tal-Istat għall-Affarijiet Presidenzjali fl-Uffiċċju tal-President, eks-Ministru tal-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali, ir-Riforma tal-Artijiet u r-Riokkupazzjoni fl-Uffiċċju tal-President, ZANU-PF, Segretarju għall-Amministrazzjoni, imwieled fis-27.7.1935

ID 63-358184Q42

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Involut fi qtil f'Manicaland.

(77)

Mutezo, Munacho Thomas Alvar

Eks-Ministru għar-Rizorsi tal-Ilma u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura. Imwieled fl-14.2.54.

Passaport AN187189.

ID 29-129727W44

Eks-membru tal-Gvern assoċjat maż-ZANU-PF. Ikkoordina kampanja ta' terrur u intimida partitarji tal-MDC fil-Punent ta’ Chimanimani flimkien maż-Zimbabwean National Army f'Awwissu 2010.

(78)

Mutinhiri, Ambros (magħruf ukoll bħala Ambrose)

Eks-Ministru għall-Iżvilupp taż-Żgħażagħ, is-Sess u l-Ħolqien tal-Impjiegi, Brigadier Irtirat. Imwieled fit-22.2.1944.

Passaport AD000969.

ID 63-285106H32.

Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Marzu 2008, mexxa grupp ta' partitarji taż-ZANU-PF sa Landas u attakkaw diversi partitarji tal-MDC. Stabbilixxa u appoġġa bażijiet militari f'Chihota fejn ħafna partitarji tal-MDC ġew attakkati u ttorturati.

(79)

Mutsvunguma, S.

Kurunell, Headlands.

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet fl-2008 f'Mutare u l-Highlands.

(80)

Mzembi, Walter

Ministru tat-Turiżmu u l-Industrija tal-Ospitalità, Eks-Viċi Ministru għar-Riżorsi tal-Ilma u l-Iżvilupp tal-Infrastruttura, imwieled fis-16.3.1964.

ID 22-050240B22

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Responsabbli għall-organizzazzjoni ta' gruppi ta' partitarji taż-ZANU-PF biex jattakkaw residenti ta' Masvingo qabel iċ-ċelebrazzjonijiet tat-tmien anniversarju tal-MDC.

(81)

Mzilikazi, Morgan S.

Kulunell (MID), Buhera Ċentrali.

Involut direttament fil-kampanja ta’ terrur li saret qabel u matul l-elezzjonijiet. Involut fil-vjolenza marbuta mal-elezzjoni f'Makoni u Buhera fl-2008. F'Lulju 2008 issekwestra MP tal-MDC għan-nofsinhar ta’ Buhera.

(82)

Nguni, Sylvester Robert

Ministru tal-Istat fl-Uffiċċju tal-President, eks-Ministru tal-Iżvilupp Ekonomiku (Eks-Viċi Ministru tal-Agrikoltura), imwieled fl-4.8.1955 alt 4.5.1955.

Passaport ZE215371.

ID 63-453707V32

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF

(83)

Nhema, Francis Chenayimoyo Dunstan

Ministru tal-Ambjent u l-Ġestjoni tar-Riżorsi Naturali, u eks-Ministru tal-Ambjent u t-Turiżmu, imwieled fis-7.4.1959 alt 17.4.1959.

Passaport AD000966.

ID 63-117843A66

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Settembru 2009, ġiegħel lill-operaturi tas-safari biex jirrinunzjaw sehemhom f'ranches u riżervi.

(84)

Nkomo, John Landa

Viċi President. Eks-Speaker tal-Parlament (eks-Ministru għall-Affarijiet Speċjali fl-Uffiċċju tal-President), president nazzjonali taż-ZANU-PF, imwieled fit-22.8.1934.

Passaport AD000477.

ID 63-358161Q73

L-aktar li ilu Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(85)

Nyambuya, Michael Reuben

Eks-Ministru tal-Enerġija u l-Iżvilupp tal-Enerġija (eks-Logutenent Ġenerali, Gvernatur Provinċjali: Manicaland), imwieled fit-23.7.1955.

Passaport AN045019.

ID 50-013758E50

Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Involut fil-vjolenza f'Manicaland u uża persunal tal-armata biex jiġu akkwistati azjendi agrikoli.

(86)

Nyanhongo, Magadzire Hubert

Viċi Ministru tal-Enerġija u l-Iżvilupp tal-Enerġija, Eks-Viċi Ministru tat-Trasport u l-Komunikazzjoni. Imwieled fis-26.11.1957.

ID 34-032890W34

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Involut fl-organizzazzjoni ta' vjolenza kontra l-MDC f'Epworth u Nyanga fl-2011. Involut fi qtil motivat politikament fl-2008.

(87)

Nyikayaramba, Douglas

Brigadier Ġeneral, Matebeleland tal-Lvant. Kmandant, it-3 Brigata.

Uffiċjal anzjan involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008. Ordna lil suldati ta' rank minuri biex jikkonfrontaw lil partitarji tal-MDC f'Manicaland.

(88)

Nyoni, Sithembiso Gile Glad

Ministru għall-Iżvilupp tal-Impriżi ta' Daqs Żgħir u Medju u l-Ħolqien tal-Impjiegi, imwieled fl-20.9.1949.

Passaport AD000223.

ID 08-434871M67

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(89)

Parirenyatwa, David Pagwese

Eks-Ministru tas-Saħħa u l-Kura tat-Tfal (eks-Viċi Ministru), imwieled fit-2.8.1950.

Passaport AD000899.

ID 63-320762P47

Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Organizza bażijiet ta' tortura fit-tramuntana ta’ Murehwa u ta appoġġ lill-klikek li qatlu lil Edward Pfukwa fis-17 ta' Ġunju 2008 u lil Alloys Chandisareva Sanyangore f' Novembru 2008.

(90)

Rangwani, Dani

Spettur Investigattiv tal-Pulizija. Imwieled fil-11.2.1962.

ID 70-006039V70

Membru tal-forzi tas-sigurtà. Involut fi grupp ta' 50 persuna mħallsa direttament miż-ZANU-PF biex isibu u jittorturaw lill-partitarji tal-MDC f'April 2007.

(91)

Rugeje, Engelbert Abel

Maġġur Ġenerali, Provinċja ta’ Masvingo. Direttur,

Studji tad-Difiża, Forzi tad-Difiża taż-Żimbabwe. Data tat-Twelid: 17.7.1959

ID 63-539305L04

Uffiċjali anzjan tal-armata involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet tal-2008 billi kkoordina l-parti l-kbira tal-inċidenti vjolenti f'Masvingo.

(92)

Rungani, Victor Tapiwa Chashe

Kurunell, Chikomba. Imwieled fid-29.6.1949.

ID 22-025306Z04

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet f'Chikomba fl-2008, inklużi attakki u sekwestri.

(93)

Ruwodo, Richard

Direttur tal-Affarijiet tal-Veterani tal-Gwerra fil-Ministeru tad-Difiża. Brigadier Ġeneral, Promoss fit-12 ta’ Awwissu 2008 għall-grad ta’ Maġġur Ġeneral (irtirat); eks-Aġent Sottosegretarju Permanenti għall-Ministeru tad-Difiża, imwieled fl-14.3.1954.

ID 63-327604B50

Uffiċjali anzjan tal-armata involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u wara l-elezzjonijiet. Jissorvelja veterani tal-gwerra, li bħala grupp ġew użati biex iwettqu l-politiki ta' ripressjoni tal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(94)

Sakupwanya, Stanley Urayayi

Viċi Segretarju tal-Politburo taż-ZANU-PF għas-Saħħa u l-Kura tat-Tfal. Imwieled fl-14.5.1939.

ID 63-435281R50

Membru tal-Politburo taż-ZANU-PF assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Konness ma' vjolenza elettorali f'Makoni matul l-Elezzjonijiet Presidenzjali tal-2008. Kmandant ta' bażi f'Makoni użata għall-interrogazzjonijiet.

(95)

Savanhu, Tendai

Viċi Segretarju taż-ZANU-PF, għat-Trasport u l-Assistenza Soċjali, imwieled fil-21.3.1968.

Membru tal-Politburo taż-ZANU-PF assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Organizza milizzji biex jiġu attakkati partitarji tal-MDC f'Mbare, mexxa l-vjolenza u l-kaos, fi Frar 2011. Involut fis-sekwestru ta' nisa tal-MDC f'Ġunju 2008.

(96)

Sekeramayi, Sydney (magħruf ukoll bħala Sidney) Tigere

Ministru tal-Istat għas-Sigurtà Nazzjonali fl-Uffiċċju tal-President. Eks-Ministru tad-Difiża, imwieled fit-30.3.1944.

ID 63-358166W43

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF

(97)

Sekeremayi, Lovemore

Kummissarju Elettorali Ewlieni.

Rabtiet mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat, permezz tat-tbagħbis tal-elezzjoni fl-2008.

(98)

Shamu, Webster Kotiwani

Ministru tal-Midja, l-Informazzjoni u l-Pubbliċità; eks-Ministru tal-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika (eks-Ministru tal-Istat għall-Implimentazzjoni tal-Politika fl-Uffiċċju tal-President), imwieled fis-6.6.1945.

Passaport AN203141.

ID 63-676065N32

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF involut f'attivitajiet li interferew mal-libertà tal-istampa fl-2009.

(99)

Shamuyarira, Nathan Marwirakuwa

Segretarju tal-Politburo taż-ZANU-PF għall-Informazzjoni u l-Pubbliċità, imwieled fid-29.9.1928 jew fid-29.9.1930.

Passaport AD000468.

ID 63-327601Y32

Membru tal-Politburo taż-ZANU-PF b'rabtiet qawwijin mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Involut f'attentat vjolenti ta' akkwist ta' azjenda agrikola f'Settembru 2009 li spiċċat f'attakk bi ħruq volontarju.

(100)

Shiri, Perence (magħruf ukoll bħala Bigboy) Samson Chikerema

Marixxal tal-Ajru (Forza -tal-Ajru), imwieled fl-1.11.1955.

ID 29-098876M18

Uffiċjal militari anzjan u membru tal-Kmand Operattiv Konġunt taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza politika f'Chiadzwa f'Ottubru 2008.

(101)

Shungu, Etherton

Brigadier Ġeneral, Mashonaland Ċentrali.

Uffiċjal militari anzjan taż-ZANU-PF Commissariat, involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet f'Bindura fl-2008.

(102)

Sibanda, Chris

Kurunell, Provinċja ta’ Bulawayo.

Involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet f'Byo fl-2008.

(103)

Sibanda, Jabulani

Eks-President, Assoċjazzjoni Nazzjonali tal-Veterani tal-Gwerra, imwieled fil-31.12.1970.

Rabtiet mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat. Involut fi vjolenza kontra partitarji tal-MDC f'Makoni, Bikita, Masvingo u Guto b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' programm ta' assistenza fl-2010.

(104)

Sibanda, Misheck Julius Mpande

Segretarju tal-Kabinett (suċċessur għal Charles Utete), imwieled fit-3.5.1949.

ID 63-685365X67

Assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. F'Marzu 2010 ta' istruzzjonijiet lill-Ministri u lis-segretarji tal-kabinett biex jirrapportaw lill-politiċi taż-ZANU-PF u mhux lill-Prim Ministru Morgan Tsvangirai.

(105)

Sibanda, Phillip Valerio (magħruf ukoll bħala Valentine)

Kmandant tal-Armata Nazzjonali taż-Żimbabwe, Logutenent Ġeneral, imwieled fil-25.8.1956 jew fl-24.12.1954.

ID 63-357671H26

Personalità anzjana tal-armata b'rabtiet mal-Gvern u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika oppressiva tal-istat, waqt li tefa' t-tort fuq l-NGOs għall-inkwiet f'Settembru 2009.

(106)

Sigauke, David

Brigadier Ġeneral, Mash Provinċja tal-Punent.

Personalità anzjana tal-armata involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet, inkluż vjolenza u tortura ta' ċittadini fil-kampijiet għat-tiftix tad-djamanti u hedded b'kolp ta' stat jekk l-MDC jirbaħ l-elezzjonijiet. Konness ma' vjolenza f'Chinhoyi fl-2008.

(107)

Sikosana, (magħruf ukoll bħala Sikhosana), Absolom

Segretarju tal-Politburo taż-ZANU-PF għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ.

Membru tal-Politburo taż-ZANU-PF assoċjat mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. Hedded li juża l-vjolenza fl-2011 jekk ma jitneħħewx is-sanzjonijiet.

(108)

Tarumbwa, Nathaniel Charles

Brigadier Ġeneral, Manicaland u n-Nofsinhar ta’ Mutare. Imwieled fis-6.10.1960.

ID 63-849216W75

Uffiċjal militari anzjan involut direttament fil-kampanja ta' terrur li seħħet qabel u matul l-elezzjonijiet. Inkarigat mill-bażi ta' tortura fi—Punent ta’ Makoni, Mutasa Ċentrali fl-2007/2008.

(109)

Tomana, Johannes

Avukat Ġenerali. Imwieled fid-9.9.1967.

ID 50-036322F50

Membru tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(110)

Veterai, Edmore

Assistent Kummissarju Anzjan tal-Pulizija, Uffiċjal Kmandant ta' Harare. Imwieled fl-20.11.1962.

ID 08-260467S04

Membru anzjan tal-forzi tas-sigurtà u b'responsabbiltà wiesgħa għal vjolazzjonijiet serji tal-libertà għal laqgħat paċifiċi, u involut fl-invażjoni ta' Farm Thirty.

(111)

Zhuwao, Patrick

Eks-Deputat Ministru tax-Xjenza u t-Teknoloġija. Imwieled fit-23.5.1967.

ID 63-621736K70

Eks-membru tal-Gvern taż-ZANU-PF. Sfratta l-Konferenza fuq il-Kostituzzjoni f’Lulju 2009. Terrorizza sostenituri tal-MDC viċin Norton, akkumpanjat minn aġenti CIO.

(112)

Zimondi, Paradzai Willings

Direttur tal-Ħabsijiet, imwieled fl-4.3.1947.

ID 75-145185Z47

Membru tal-Kmand Operattiv Konġunt u kompliċi fil-formazzjoni jew id-direzzjoni tal-politika ripressiva tal-istat. Responsabbli għall-finanzjament ta' milizzji fl-2008 u pprovdilhom akkomodazzjoni. Ordna lill-uffiċjali tal-ħabsijiet li jivvutaw lil Mugabe, u responsabbli għal abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-ħabsijiet.


II.   Entitajiet

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet għall-indikazzjoni

(1)

Koperattiva Cold Comfort Farm Trust

7 Cowie Road, Tynwald, Harare, Żimbabwe.

Proprjetà ta' Didymus Mutasa, Grace Mugabe hija involuta wkoll.

(2)

Comoil (PVT) Ltd

Block D, Emerald Hill Office, Emerald Park, Harare, Żimbabwe. 2nd Floor, Travel Plaza, 29 Mazoe Street, Box CY22344, Causeway, Harare, Żimbabwe.

Proprjetà ta’ Saviour Kasukuwere

(3)

Divine Homes (PVT) Ltd

6 Hillside Shopping Centre, Harare, Żimbabwe; 31 Kensington Highlands, Harare, Żimbabwe; 12 Meredith Drive, Eastlea, Harare, Żimbabwe.

Presedut minn David Chapfika.

(4)

Famba Safaris

4 Wayhill Lane, Umwisdale, Harare, Żimbabwe; PO Box CH273, Chisipite, Harare, Żimbabwe.

Is-sid ewlieni tal-ishma huwa Webster Shamu.

(5)

Jongwe Printing and Publishing Company (PVT) Ltd (magħrufa ukoll bħala Jongwe Printing and Publishing Co., magħrufa wkoll bħala Jongwe Printing and Publishing Company)

14 Austin Road, Coventry Road, Workington, PO Box 5988, Harare, Żimbabwe.

Il-fergħa tal-pubblikazzjoni assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF

(6)

M & S Syndicate (PVT) Ltd

First Floor, Victory House, 88 Robert Mugabe Road, Harare, Żimbabwe; PO Box 1275, Harare, Żimbabwe.

Kumpannija tal-Investiment assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF

(7)

OSLEG Ltd (magħrufa wkoll bħala Operation Sovereign Legitimacy)

Lonhoro House, Union Avenue, Harare, Żimbabwe.

Ikkontrollata mill-armata taż-Żimbabwe Assoċjata mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(8)

Swift Investments (PVT) Ltd

730 Cowie Road, Tynwald, Harare, Żimbabwe; PO Box 3928, Harare, Zimbabwe.

Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(9)

Zidco Holdings (magħrufa wkoll bħala Zidco Holdings (PVT) Ltd)

PO Box 1275, Harare, Żimbabwe.

Kumpanija b’parteċipazzjoni finanzjarja assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(10)

Zimbabwe Defence Industries

10th floor, Trustee House, 55 Samora Machel Avenue, PO Box 6597, Harare, Żimbabwe.

Assoċjata mal-Ministeru tad-Difiża u mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF.

(11)

Zimbabwe Mining Development Corporation

90 Mutare Road, PO Box 2628, Harare, Żimbabwe.

Assoċjata mal-fazzjoni tal-Gvern taż-ZANU-PF. ZMDC taqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru tal-Minjieri u l-Iżvilupp tal-Minjieri taż-ZANU-PF.”


ANNESS II

“ANNESS II

Websajts għal tagħrif dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl- L-Artikoli 4, 7 u 8 u indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea

Il-BELĠJU

http://www.diplomatie.be/eusanctions

Il-BULGARIJA

http://www.mfa.government.bg

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce

ID-DANIMARKA

http://www.um.dk/da/menu/Udenrigspolitik/FredSikkerhedOgInternationalRetsorden/Sanktioner/

IL-ĠERMANJA

http://www.bmwi.de/BMWi/Navigation/Aussenwirtschaft/Aussenwirtschaftsrecht/embargos.html

L-ESTONJA

http://www.vm.ee/est/kat_622/

L-IRLANDA

http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519

IL-GREĊJA

http://www1.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html

SPANJA

http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx

FRANZA

http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/

L-ITALJA

http://www.esteri.it/UE/deroghe.html

ĊIPRU

http://www.mfa.gov.cy/sanctions

IL-LATVJA

http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539

IL-LITWANJA

http://www.urm.lt

IL-LUSSEMBURGU

http://www.mae.lu/sanctions

L-UNGERIJA

http://www.kormany.hu/download/5/35/50000/ENSZBT-ET-szankcios-tajekoztato.pdf

MALTA

http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp

Il-PAJJIŻI L-BAXXI

http://www.minbuza.nl/sancties

L-AWSTRIJA

http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version=

IL-POLONJA

http://www.msz.gov.pl

IL-PORTUGALL

http://www.min-nestrangeiros.pt

IR-RUMANIJA

http://www.mae.ro/index.php?unde=doc&id=32311&idlnk=1&cat=3

IS-SLOVENJA

http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/

IS-SLOVAKKJA

http://www.foreign.gov.sk

IL-FINLANDJA

http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet

L-ISVEZJA

http://www.ud.se/sanktioner

IR-RENJU UNIT

www.fco.gov.uk/competentauthorities

Indirizz għan-notifiki lill-Kummissjoni Ewropea:

Il-Kummissjoni Ewropea

Is-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI)

Uffiċċju: EEAS/309

B-1049 Bruxelles / Brussel

Il-Belġju

E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu”


Top