EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R1262

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1262/2011 tal- 5 ta’ Diċembru 2011 li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 fir-rigward tal-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa

ĠU L 322, 6.12.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 21/08/2012; Imħassar b' 32012R0529 Ara 22012X0821(01)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/1262/oj

6.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1262/2011

tal-5 ta’ Diċembru 2011

li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 fir-rigward tal-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa ffirmaw Ftehim dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar fis-26 ta’ Ottubru 2007 (2) (“il-Ftehim”).

(2)

L-Artikolu 3(3) tal-Ftehim jistipula li kwantitajiet mhux użati f'sena speċifika jistgħu jintużaw għas-sena ta’ wara sa massimu ta’ 7 % tal-limitu rilevanti kwantitattiv imsemmi fl-Anness II tal-Ftehim.

(3)

Skont l-Artikolu 3(4) tal-Ftehim, jistgħu jsiru trasferimenti bejn il-gruppi ta’ prodotti sa 7 % tal-limitu kwantitattiv ta’ grupp speċifiku ta’ prodotti.

(4)

Ir-Russja għarrfet lill-Unjoni Ewropea bl-intenzjoni tagħha li tuża d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3(3) u 3(4) fil-limiti ta’ żmien imsemmija fil-Ftehim. B'riżultat tat-talba Russa, huwa xieraq li jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għal-limiti kwantitattivi għas-sena 2011.

(5)

L-Artikolu 10 tal-Ftehim jistipula li ma’ kull tiġdid annwali, il-kwantitajiet f'kull grupp ta’ prodotti għandhom jiżdiedu bi 2,5 %.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2007 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1342/2007 huwa sostitwit bit-test ippreżentat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Gurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2011.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 300, 17.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 300, 17.11.2007, p. 52.


ANNESS

“ANNESS V

LIMITI KWANTITATTIVI

(Tunnellati)

Prodotti

Sena 2011

Sena 2012

Prodotti ċatti SA.

SA1. Kojls

1 230 897

1 142 446

SA2. Pjanċa Tqila

297 127

303 549

SA3. Prodotti ċatti oħrajn

676 140

656 769

SA4. Prodotti lligati

113 444

115 900

SA5. Pjanċi kwarto lligati

27 011

27 595

SA6. Pjanċi llegati rrumblati fil-ksieħ u miksijin

121 096

121 419

SB. Prodotti twal

SB1. Travi

63 570

60 710

SB2. Virga tal-wajer

374 481

357 635

SB3. Prodotti twal oħrajn

586 180

559 633

Nota

:

SA u SB huma kategoriji ta’ prodotti

SA1 sa SA6 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta’ prodotti.”


Top