EUR-Lex El acceso al Derecho de la Unión Europea

Volver a la página principal de EUR-Lex

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 32009R0751

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 751/2009 tas- 17 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 745/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis- 16 ta’ Awwissu 2009

ĠU L 213, 18.8.2009, p. 5/7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/751/oj

18.8.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 213/5


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 751/2009

tas-17 ta’ Awwissu 2009

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 745/2009 li jiffissa d-dazji ta’ l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali mis-16 ta’ Awwissu 2009

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/96 tat-28 ta' Ġunju 1996 dwar regoli ta' applikazzjoni (dazju ta' importazzjoni fis-settur taċ-ċereali) għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 2(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Id-dazji ta' l-importazzjoni fis-settur taċ-ċereali li huma applikabbli mis-16 ta’ Awwissu 2009 ġew iffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 745/2009 (3).

(2)

Ġaladarba l-medja kkalkulata tad-dazji ta’ l-importazzjoni varjat b’EUR 5/t mid-dazju ffissat, jeħtieġ li jsir aġġustament korrispondenti tad-dazji ta' l-importazzjoni ffissati bir-Regolament (KE) Nru 745/2009.

(3)

Ir-Regolament (KE) Nru 745/2009 għandu jiġi emendat skond dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għar-Regolament (KE) Nru 745/2009 huma mibdula bit-test li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-18 ta’ Awwissu 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Awwissu 2009.

Għall-Kummissjoni

Jean-Luc DEMARTY

Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


(1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

(2)  ĠU L 161, 29.6.1996, p. 125.

(3)  ĠU L 212, 15.8.2009, p. 5.


ANNESS I

Dazji tal-importazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 136(1) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 applikabbli mit-18 ta’ Awwissu 2009

Kodiċi NK

Isem tal-merkanziji

Dazju tal-importazzjoni (1)

(EUR/t)

1001 10 00

QAMĦ iebes ta' kwalità għolja

0,00

ta' kwalità medja

0,00

ta' kwalità baxxa

12,83

1001 90 91

QAMĦ għaż-żrigħ

0,00

ex 1001 90 99

QAMĦ komuni ta' kwalità għolja, minbarra dak li hu taż-żrigħ

0,00

1002 00 00

SEGALA

78,15

1005 10 90

QAMĦIRRUM għaż-żrigħ minbarra dak ibridu

32,13

1005 90 00

QAMĦIRRUM minbarra dak taż-żrigħ (2)

32,13

1007 00 90

SORGU f'żerriegħa minbarra dik ibrida taż-żrigħ

83,14


(1)  Għall-prodotti li jaslu fil-Komunità mill-Oċean Atlantiku jew mill-Kanal ta' Suez (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96) l-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis ta' dazju ta':

EUR 3 kull tunnellata, jekk il-port fejn jsir il-ħatt jinsab fil-baħar Mediterran, jew ta'

EUR 2 kull tunnellata, jekk il-port fejn isir il-ħatt jinsab fl-Irlanda, fir-Renju Unit, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fil-Litwanja, fil-Polonja, fil-Finlandja, fl-Iżvezja jew fuq il-kosta Atlantika tal-Peniżola Iberika.

(2)  L-importatur jista' jibbenefika minn tnaqqis fiss ta' EUR 24 kull tunnellata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96 huma sodisfatti.


ANNESS II

Fatturi għall-kalkolu tad-dazji fl-Anness I

14.8.2009

(1)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

(EUR/t)

 

Qamħ (1)

Qamħirrum

Qamħ iebes kwalità għolja

Qamħ iebes, kwalità medja (2)

Qamħ iebes kwalità baxxa (3)

Xgħir

Borża

Minnéapolis

Chicago

Kwotazzjoni

164,94

92,62

Prezz FOB USA

156,53

146,53

126,53

61,21

Tariffa fuq il-Golf

17,50

Tariffa fuq l-Għadajjar il-Kbar

6,28

(2)

Medji fuq il-perjodu ta' referenza msemmi fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96:

Merkanzija/Spejjeż Il-Golf tal-Messiku–Rotterdam

18,19  EUR/t

Merkanzija/Spejjeż L-Għadajjar il-Kbar–Rotterdam:

17,66  EUR/t


(1)  Tariffa pożittiva ta' EUR 14/t inkorporata [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(2)  Tariffa negattiva ta' EUR 10/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].

(3)  Tariffa negattiva ta' EUR 30/t [l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1249/96].


Arriba