EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0879

Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal- 1 ta' Diċembru 2009 li teleġġi lill-President tal-Kunsill Ewropew

ĠU L 315, 2.12.2009, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/05/2012

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/879/oj

2.12.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/48


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL EWROPEW

tal-1 ta' Diċembru 2009

li teleġġi lill-President tal-Kunsill Ewropew

(2009/879/UE)

Il-KUNSILL EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,

Billi:

(1)

It-Trattat ta’ Lisbona jistabbilixxi l-uffiċċju l-ġdid tal-President tal-Kunsill Ewropew.

(2)

Il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jiġi elett,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Herman VAN ROMPUY huwa b'dan elett President tal-Kunsill Ewropew għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2009 sal-31 ta’ Mejju 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sur Herman VAN ROMPUY mis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill.

Hija għandha tiġi ppubblikata f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2009

Għall-Kunsill Ewropew

Il-President

F. REINFELDT


Top