EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0822

2009/822/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 15 ta’ Ottubru 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera (notifikata bid-dokument numru C(2009) 7789) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 296, 12.11.2009, p. 59–59 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Impliċitament imħassar minn 32019R1014

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/822/oj

12.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 296/59


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Ottubru 2009

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 7789)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2009/822/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (1) u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 tfassal lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (3), tistipula lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni approvati bi qbil mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Il-lista hija stipulata fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.

(2)

Barra minn hekk, id-Deċiżjoni 2009/821/KE tħassar u tieħu post id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/881/KE tas-7 ta’ Diċembru 2001 li tagħmel lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera miftiehma għal verifiki veterinarji fuq annimali u prodotti mill-annimali minn pajjiżi terzi u li taġġorna r-regoli dettaljati dwar il-verifiki li jridu jsiru mill-esperti tal-Kummissjoni (4),

(3)

Is-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni (Uffiċċju Alimentari u Veterinarju) wettaq spezzjoni tal-post ta’ spezzjoni tal-fruntiera fil-port ta’ Astakos fil-Greċja f’Novembru 2008, skont id-Deċiżjoni 2001/881/KE

(4)

L-ispezzjoni ħarġet fil-beraħ numru ta’ dgħufijiet strutturali. L-awtorità kompetenti fil-Greċja pprovdiet għalhekk pjan ta’ azzjoni biex tittratta dawn id-dgħufijiet. Dak il-pjan ta’ azzjoni nstab li kien sodisfaċenti. Il-post ta’ spezzjoni fil-port ta’ Astakos għandu għalhekk jiżdied mal-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati mniżżla fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(5)

Id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE fil-parti li tikkonċerna l-Greċja, tiddaħħal l-entrata li ġejja qabel id-dħul għall-Ajruport Internazzjonali ta’ Ateni:

1

2

3

4

5

6

“Astakos

GR AST 1

P

 

HC-T(FR)(2), HC-NT(2), NHC-NT”

 

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Ottubru 2009.

Għall-Kummissjoni

Androulla VASSILIOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(2)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(3)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.

(4)  ĠU L 326, 11.12.2001, p. 44.


Top