EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0693

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2008 tat- 8 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward ta’ l-introduzzjoni ta’ l-ewro fis-Slovakkja

ĠU L 195, 24.7.2008, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/693/oj

24.7.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 195/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 693/2008

tat-8 ta’ Lulju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward ta’ l-introduzzjoni ta’ l-ewro fis-Slovakkja

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 123(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 974/98 tat-3 ta’ Mejju 1998 dwar l-introduzzjoni ta’ l-ewro (2) jipprovdi għas-sostituzzjoni ta’ l-ewro mal-muniti ta’ l-Istati Membri li ssodisfaw il-kundizzjonijiet neċessarji għall-adozzjoni tal-munita unika fiż-żmien meta l-Komunità daħlet fit-tielet stadju ta’ l-unjoni ekonomika u monetarja.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2596/2000 (3) emenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 biex jipprovdi għas-sostituzzjoni ta’ l-ewro mal-munita tal-Greċja.

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2169/2005 (4) emenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 biex iħejji għal introduzzjonijiet sussegwenti ta’ l-ewro fl-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-ewro bħala l-munita unika.

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1647/2006 (5) emenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 biex jipprovdi għas-sostituzzjoni ta’ l-ewro mal-munita tas-Slovenja.

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 835/2007 (6) emenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 biex jipprovdi għas-sostituzzjoni ta’ l-ewro mal-munita ta’ Ċipru.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 836/2007 emenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 biex jipprovdi għas-sostituzzjoni ta’ l-ewro mal-munita ta’ Malta.

(7)

Skond l-Artikolu 4 ta’ l-Att ta’ Adeżjoni ta’ l-2003, is-Slovakkja hija Stat Membru b’deroga kif definit fl-Artikolu 122 tat-Trattat.

(8)

Skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/608/KE tat-8 ta’ Lulju 2008 skond l-Artikolu 122(2) tat-Trattat dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita unika fl-1 ta’ Jannar 2009 (7), is-Slovakkja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-munita unika u d-deroga favur is-Slovakkja għandha titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2009.

(9)

L-introduzzjoni ta’ l-ewro fis-Slovakkja teħtieġ l-estensjoni għas-Slovenja tad-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-introduzzjoni ta’ l-ewro stipulata fir-Regolament (KE) Nru 974/98.

(10)

Il-pjan ta’ bidla tas-Slovakkja jispeċifika li n-noti bankarji u l-muniti ta’ l-ewro għandhom isiru valuta legali f’dan l-Istat Membru fil-jum ta’ l-introduzzjoni ta’ l-ewro bħala l-munita tiegħu. Għaldaqstant, id-data ta’ l-adozzjoni ta’ l-ewro u d-data ta’ bidla fil-munita imissha tkun l-1 ta’ Jannar 2009. Ma għandu japplika l-ebda perjodu “ta’ tneħħija gradwali”.

(11)

Ir-Regolament (KE) Nru 974/98 għandu għaldaqstant jiġi emendat skond dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 974/98 għandu jkun emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skond it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 8 ta’ Lulju 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

C. LAGARDE


(1)  Opinjoni tat-3 ta’ Lulju 2008 (għadu mhux ippubblikat fil-ĠU).

(2)  ĠU L 139, 11.5.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 836/2007 (ĠU L 186, 18.7.2007, p. 3).

(3)  ĠU L 300, 29.11.2000, p. 2.

(4)  ĠU L 346, 29.12.2005, p. 1.

(5)  ĠU L 309, 9.11.2006, p. 2.

(6)  ĠU L 186, 18.7.2007, p. 1.

(7)  Ara p. 24, ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

Fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 974/98, il-linja li jmiss għandha tiddaħħal bejn l-entrati għas-Slovenja u l-Finlandja:

Stat Membru

Data għall-adozzjoni ta’ l-ewro

Data ta’ bidla fil-flus kontanti

Stat Membru b’perjodu ta’ “tneħħija gradwali”

“Is-Slovakkja

L-1 ta’ Jannar 2009

L-1 ta’ Jannar 2009

Le”


Top