EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008H0117

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Frar 2008 dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-Tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2006

ĠU L 41, 15.2.2008, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reco/2008/117/oj

15.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 41/23


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Frar 2008

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-Tmien EDF) għas-sena finanzjarja 2006

(2008/117/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f'Lomé fil-15 ta’ Diċembru 1989 (1), kif emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta’ Novembru 1995 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni ta’ l-għajnuna Komunitarja taħt it-Tieni Protokoll Finanzjarju għar-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (3) li jistabbilixxi, fost affarijiet oħra, it-Tmien Fond Ewropew għall-Iżvilupp (it-Tmien EDF), u partikolarment l-Artikolu 33(3) ta’ dak il-Ftehim,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju 98/430/KE tas-16 ta’ Ġunju 1998 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament ta’ l-iżvilupp taħt ir-Raba' Konvenzjoni ACP-KE (4), u partikolarment l-Artikoli 66 sa 74 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u ta’ l-infiq u l-balance sheet relatati ma’ l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2006 u r-rapport tal-Qorti ta’ l-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2006 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi:

(1)

Skond l-Artikolu 33(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tat-Tmien EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill,

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni ta’ l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF matul is-sena finanzjarja 2006 kienet sodisfaċenti,

B'DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-operazzjonijiet tat-Tmien EDF għas-sena finanzjarja 2006.

Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

A. BAJUK


(1)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

(2)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

(3)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 108.

(4)  ĠU L 191, 7.7.1998, p. 53.

(5)  ĠU C 259, 31.10.2007, p. 1.


Top