EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008E0228

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/228/PESK tas- 17 ta’ Marzu 2008 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ppjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni, eventwalment possibbli, ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u possibbilment f'oqsma oħra fil-Kosovo

ĠU L 75, 18.3.2008, p. 78–79 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/06/2008

ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2008/228/oj

18.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 75/78


AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2008/228/PESK

tas-17 ta’ Marzu 2008

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK dwar it-twaqqif ta’ Grupp ta’ Ppjanar ta’ l-UE (EUPT Kosovo) fir-rigward ta’ operazzjoni, eventwalment possibbli, ta’ l-UE ta’ l-immaniġġar ta’ kriżi fil-qasam ta’ l-istat ta’ dritt u possibbilment f'oqsma oħra fil-Kosovo

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ April 2006 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK (1).

(2)

Fl-4 ta’ Frar 2008 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (2). Din l-Azzjoni Konġunta tipprevedi inter alia li l-EUPT Kosovo ser jaġixxi bħala l-element prinċipali ta’ ppjanar u tħejjija għall-EULEX KOSOVO, u li l-EUPT Kosovo għandu jkun responsabbli għar-reklutaġġ u l-iskjerament ta’ persunal u l-akkwist ta’ tagħmir, servizzi u bini maħsubin għall-EULEX KOSOVO. Hija tipprevedi wkoll li Stati terzi jistgħu jissekondaw persunal lill-EULEX KOSOVO u li, eċċezzjonalment, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, kif meħtieġ.

(3)

L-ammont finanzjarju ta’ referenza previst mill-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat ta’ l-EUPT Kosovo, matul il-perijodu sħiħ tal-mandat mill-10 ta’ April 2006, għandu jinkludi n-nefqa li għandha ssir waqt il-perijodu rimanenti tal-mandat.

(4)

L-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK għandha tiġi estiża u emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2006/304/PESK hija b'dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 7

Stati Terzi mistiedna jikkontribwixxu għall-EULEX KOSOVO skond l-Artikolu 13 ta’ l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/124/PESK ta’ l-4 ta’ Frar 2008 dwar il-Missjoni ta’ l-Unjoni Ewropea dwar l-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, EULEX KOSOVO (*) jistgħu jiġu mistiedna jiskjeraw persunal issekondat lill-EUPT Kosovo, kif meħtieġ, dment li huma jħallsu l-ispejjeż tal-persunal issekondat minnhom, inklużi l-ispejjeż ta’ l-ivvjaġġar lejn u mill-post ta’ l-iskjerament, is-salarji, il-kopertura medika u l-allowances. Eċċezzjonalment, u f'każijiet debitament iġġustifikati fejn ma hemm disponibbli l-ebda applikazzjoni kkwalifikata mill-Istati Membri, ċittadini minn Pajjiżi terzi mistiedna jikkontribwixxu għall-EULEX KOSOVO jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, kif meħtieġ.

(*)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.”"

(2)

L-Artikolu 7 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“1.   L-ammont finanzjarju ta’ referenza intenzjonat li jkopri n-nefqa relatata mal-mandat ta’ l-EUPT Kosovo għandu jkun ta’ EUR 79 505 000.”

(3)

L-Artikolu 15(2) għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“2.   Għandha tiskadi fl-14 ta’ Ġunju 2008.”

Artikolu 2

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 3

Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

I. JARC


(1)  ĠU L 112, 26.4.2006, p. 19. Azzjoni Konġunta kif emendata l-aħħar mill-Azzjoni Konġunta 2007/778/PESK (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 68).

(2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.


Top