EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0031

2008/31/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 6 ta’ Diċembru 2007 li taħtar membru supplenti Franċiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

ĠU L 8, 11.1.2008, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2010

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/31(1)/oj

11.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 8/9


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-6 ta’ Diċembru 2007

li taħtar membru supplenti Franċiż fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2008/31/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 263 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Franċiż,

Billi:

(1)

Fl-24 ta’ Jannar 2006, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2006/116/KE li taħtar il-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2006 sal-25 ta’ Jannar 2010 (1).

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sinjura MORIN sar vakanti siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

IDDEĊIEDA:

Artikolu 1

Is-Sur Jean-Jacques FRITZ, Kunsillier Reġjonali tar-Reġjun Alsace, huwa b’dan maħtur membru supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat li baqa’, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 6 ta’ Diċembru 2007.

Ghall-Kunsill

Il-President

A. COSTA


(1)  ĠU L 56, 25.2.2006, p. 75.


Top