EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R0318

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2003 fid-19 ta’ Frar 2003. li jemenda Regolament (KE) Nru 1274/91 li jdaħħal regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards għall-marketing tal-bajd

ĠU L 46, 20.2.2003, p. 20–20 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/12/2003; Impliċitament imħassar minn 32003R2295

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/318/oj

32003R0318



Official Journal L 046 , 20/02/2003 P. 0020 - 0020


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 318/2003

fid-19 ta’ Frar 2003.

li jemenda Regolament (KE) Nru 1274/91 li jdaħħal regoli dettaljati sabiex jiġi implimentat ir-Regolament (KE) Nru 1907/90 dwar ċerti standards għall-marketing tal-bajd

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1907/90 tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar ċerti livelli stabbiliti għall-marketing tal-bajd [1], kif ġie l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 5/2001 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 20(1) u (4), tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1274/91 [3], kif ġie l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 45/2003 [4], ifassal id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta’ l-istandards għall-marketing fis-settur tal-bajd.

(2) l-Artikolu 31(1)(a) tar-Regolament (KEE) Nru 1274/91 jirreferi għall-kontrolli mwettqa fiċ-ċentri għall-ippakjar fuq bajd ikklasifikati lesti għall-kunsinja u mhux għall-kontrolli fuq bajd li qedgħin joħorġu miċ-ċentri għall-ippakjar. Għaldaqstant, emenda tal-kliem attwali ta’ l-Artikolu 31(1)(a) għandha tiġi magħmula kif tixraq sabiex tingħeleb kull konfużjoni jew miżinterpretazzjoni.

(3) Sabiex jiġi żgurat l-amministrazzjoni xieraq ta’ l-art u sabiex it-tkattir ta’ mard perikoluż jiġi evitat, il-post fejn jitrabbew it-tiġieġ fil-miftuħ li jbidu jista’ jeħtieġ li jkun rotat. L-għasafar għandhom jingħtaw l-istess aċċess ta’ l-art kollu fil-paddok u, fejn huwa prattikat rotazzjoni fuq sistema estensiva ta’ trobbija fil-beraħ (free range) b’mhux inqas minn 10m2 għal kull tiġieġa, kull għasfur għandu jiġi żgurat b’2,5 m2 il-ħin kollu.

(4) Huwa għalhekk meħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 1274/91 jiġi emendat kif xieraq.

(5) Il-miżuri stabbiliti f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tat-Tmexxija tal-Laħam tat-Tjur u tal-Bajd,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEE) Nru 1274/91 huwa emendat kif ġej:

1. Fl-Artikolu 31(1)(a), il-frażi t’intoduzzjoni "għall-kunsinja miċ-ċentri għall-ippakjar:" tiġi mibdula bil-frażi "fiċ-ċentri għall-ippakjar, lesti għall-kunsinja:";

2. fl-Anness III, it-tielet inċiż tal-punt (a) huwa mibdul b’dan li ġej:

"— il-post fejn jitrabbew it-tiġieġ fil-miftuħ għandu jsoddisfa mill-inqas il-kondizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 4(1)(3)(b)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/EC billi d-densitá massima ta’ ħżin mhux iktar minn 2500 tiġieġ għal kull ettaru disponibbli għat-tiġieġ jew ta’ tiġieġa waħda għal kull 4m2; madankollu, fejn hemm mill-inqas 10m2 għal kull tiġieġa disponibbli u fejn huwa prattikat rotazzjoni u t-tiġieġ ingħataw l-istess aċċess fuq l-erja kollha matul l-ħajja tal-qatgħa, kull paddok użat għandu jiżgura mill-inqas 2,5m2 għal kull tiġieġa,

— il-post fejn jitrabbew it-tiġieġ fil-miftuħ m’għandux jestendi lil hemm minn raġġ ta’ 150m mill-pophole tal-bini l-iżjed viċin; madankollu estenjoni ta’ mhuz iktar minn 350m mill-pophole tal-bini l-iżjed viċin huwa permess sakemm numru ta’ postijiet tal-kenn u ta’ mejjilli għax-xorb fit-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni huma mqassma b’mod indqas matul il-post fejn jitrabbew it-tiġieġ fil-miftuħ b’ mhux inqas minn erba’ postijiet tal-kenn għal kull ettaru."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-19 ta’ Frar 2003.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 173, tas-6.7.1990, p. 5.

[2] ĠU L 2, tal-5.1.2001, p. 1.

[3] ĠU L 121, tas-16.5.1991, p. 11.

[4] ĠU L 7, tal-11.1.2003, p. 60.

--------------------------------------------------

Top