EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1531

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1531/2002 ta’ l-14 ta’ Awissu 2002 li jistabbilixxi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri għal televiżur bil-kulur li joriġinaw fir-Repubblika Popolari Ċiniża, fir-Repubblika tal-Korea, fil-Malasja u fit-Tajlandja u jagħlaq il-proċeduri relatati ma’ l-importazzjoni tar-riċevituri għal televiżur bil-kulur li joriġinaw fis-Singapor

ĠU L 231, 29.8.2002, p. 1–28 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/08/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2002/1531/oj

32002R1531



Official Journal L 231 , 29/08/2002 P. 0001 - 0028


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1531/2002

ta’ l-14 ta’ Awissu 2002

li jistabbilixxi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri għal televiżur bil-kulur li joriġinaw fir-Repubblika Popolari Ċiniża, fir-Repubblika tal-Korea, fil-Malasja u fit-Tajlandja u jagħlaq il-proċeduri relatati ma’ l-importazzjoni tar-riċevituri għal televiżur bil-kulur li joriġinaw fis-Singapor

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra importazzjoni oġġetta ta’ dumping minn pajjiżi li mhux Membri tal-Komunità Ewropea [1], u partikolarment l-Artikoli 9, 11(2) u 11(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mogħtija mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

A. PROĊEDURA

1. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri eżistenti

(1) F’April 1990, bir-Regolamenti (KEE) Nru. 1048/90 [2], il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq importazzjoni tar-riċevituri għal televiżur bil-kulur, bi skrinijiet żgħar, fi kliem ieħor dawk bid-djagonali ta’ l-iskrinijiet ta’ aktar minn 15.5 ċm imma li ma taqbiżx it-42 ċm (hawnhekk iżjed ’il quddiem "televiżur bi skrin żgħir"), li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea (Korea).

(2) Sussegwentament, f’Lulju 1991, bir-Regolament (KEE) Nru. 2093/91 [3], il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq importazzjoni ta’ televiżur bi skrin żgħir li joriġinaw, fost postijiet oħra, fir-Repubblika Popolari Ċiniża (iċ-Ċina).

(3) F’April 1995, bid-Deċiżjoni 95/92/KE [4] il-Kummissjoni għalqet il-proċeduri anti-dumping relatati ma’ l-importazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fit-Turkija, li kienu nbdew f’Novembru 1992. Fl-istess ħin, bir-Regolament (KE) Nru. 710/95 [5], il-Kunsill impona dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur bid-djagonali ta’ l-iskrin aktar minn 15.5 ċm li joriġinaw fil-Malasja, fiċ-Ċina, fil-Korea, fis-Singapor u fit-Tajlandja. Għalkemm dawn il-proċeduri jistabbilixxu li ma kienx hemmx aktar ġustifikazzjoni biex issir distinzjoni bejn ir-riċevituri għal televiżur bil-kulur skond id-dimensjoni ta’ l-iskrin tagħhom, peress li kien hemm diġà fis-seħħ miżuri anti-dumping fir-rigward ta’ televiżuri bi skrin żgħir li joriġinaw fiċ-Ċina u fil-Korea, l-iskop ta’ l-investigazzjoni u tad-dazji anti-dumping definittivi stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru. 710/95 fir-rigward taċ-Ċina u tal-Korea kienu limitati għal televiżuri bil-kulur bid-djagonali ta’ l-iskrin superjuri għal 42 ċm, fi kliem ieħor televiżuri bil-kulur bi skrin kbir.

(4) F’Novembru 1998, bir-Regolament (KE) Nru. 2584/98 [6], il-Kunsill emenda r-Regolament (KE) Nru. 710/95 fir-rigward ta’ dazji applikabbli għal televiżuri bil-kulur li joriġinaw fiċ-Ċina u fil-Korea sabiex jittieħdu f’konsiderazzjoni l-konklużjonijiet tar-Regolament (KE) Nru. 710/95 li ma kienx hemm ġustifikazzjoni biex issir distinzjoni bejn it-televiżuri skond id-dimesjoni ta’ l-iskrin tagħhom.

2. Investigazzjonijiet ta’ reviżjoni minħabba skadenza u ta’ reviżjoni temporanja

(5) Wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti [7] tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fiċ-Ċina, fil-Korea, fil-Malasja, fis-Singapor u fit-Tajlandja, il-Koperattiva tal-Produtturi tat-Televiżuri Ewropew (the Producers of European Televisions in Cooperation - Poetic), talbet reviżjoni minħabba l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru. 384/96 (ir-Regolament bażiku).

(6) It-talba kienet ibbażata fuq il-fatt li l-iskadenza tal-miżuri tirriżulta probabbilment fil-kontinwazzjoni jew fir-ripetizzjoni ta’ dumping u ta’ inġurja lill-industrija komunitarja. It-talba kellha wkoll informazzjoni li turi li d-diversi swieq involuti u l-prodott innifsu għaddew minn diversi tibdiliet sinjifikanti tul dawn l-aħħar snin. Din l-informazzjoni, flimkien ma’ l-allegazzjoni dwar dumping u inġurja, wasslet lill-Kummissjoni biex tikkonkludi li għandha titwettaq ukoll reviżjoni intermedjarja kemm fuq dumping kif ukoll fuq inġurja skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

(7) Wara li ġie determinat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li teżisti biżżejjed prova għall-bidu ta’ reviżjoni minħabba skadenza u ta’ reviżjoni temporanja skond l-Artikoli 11(2) u 11(3) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ppublikat avviż ta’ bidu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea [8] u bdiet bl-investigazzjoni.

3. Bidu ta’ proċeduri anti-dumping li jikkonċernaw lit-Turkija

(8) Fil-15 ta’ Lulju 2000, il-Kummissjoni għarrfet b’avviż (Avviż ta’ Bidu) ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea [9], il-bidu ta’ proċeduri anti-dumping li jikkonċernaw l-importazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fit-Turkija jew li huma esportati minn dan il-pajjiż.

(9) Il-kawża kienet inbdiet minnħabba lment ippreżentat f’Ġunju 2000 minn Poetic, f’isem il-produtturi komunitarji li jirrappreżentaw perċentaġġ maġġuri, f’dan il-każ aktar minn 30 % tal-produzzjoni komunitarja totali tat-televiżuri bil-kulur. L-ilment kien fih biżżejjed prova ta’ dumping u ta’ inġurja gravi li tirriżulta minn dan biex tiġġustifika l-bidu ta’ proċeduri anti-dumping.

4. Għeluq tal-proċeduri anti-dumping li jikkonċernaw lit-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fit-Turkija

(10) Minħabba l-komplessità tar-regoli speċifiċi fir-rigward ta’ l-oriġini applikabbli għall-importazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur, l-eżami ta’ l-oriġini tat-televiżuri bil-kulur esportati mit-Turkija ma setgħax ikun ikkompletat fit-terminu perentorju stipulat fl-Artikolu 7 tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-aspetti tal-każ relattivi ma’ dumping, ma’ inġurja u ma’ l-interessi tal-Komunità ma setgħux ikunu eżaminati adegwatament u konsegwenza ta’ dan ma kienx possibli li jittieħdu f’konsiderazzjoni miżuri provviżorji anti-dumping.

(11) Għalhekk, l-investigazzjoni tkompliet biex jintlaħqu konklużjonijiet definittivi. Minħabba l-intenzjoni li tinkiseb viżjoni globali ta’ l-impatt ta’ l-importazzjoni mill-pajjiżi kollha kkonċernati fuq l-industrija komunitarja, l-informazzjoni miġbura fl-investigazzjoni li tikkonċerna lit-Turkija kienet eżaminata flimkien ma’ dik miġbura fil-qafas tar-reviżjoni ta’ skadenza u tar-reviżjoni temporanja tal-miżuri kontra ċ-Ċina, il-Korea, il-Malasja, is-Singapor u t-Tajlandja. Madankollu, minħabba l-konklużjonijiet fuq l-oriġini murija fil-premessi 40 sa’ 44, il-Kummissjoni għalqet il-proċeduri fejn kienu jikkonċernaw televiżuri bil-kulur li joriġinaw fit-Turkija bid-Deċiżjoni 2001/725/KE [10].

5. Il-partijiet ikkonċernati mill-investigazzjonijiet

(12) Il-Kummissjoni nformat uffiċjalment dwar il-bidu ta’ l-investigazzjonijiet lill-produtturi komunitarji kwerelanti, lill-produtturi komunitarji oħra, lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi u lill-assoċjazzjonijiet, lill-Uffiċċju Ewropew tal-Konsumaturi (BEUC) u lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi. Il-partijiet ikkonċernati ngħataw l-opportunità biex jikkomunikaw l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub u biex jitolbu seduta fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviżi ta’ bidu.

(13) Numru ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati, kif ukoll produtturi komunitarji kkomunikaw l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub.. Il-partijiet kollha li talbu hekk fil-limiti ta’ żmien t’hawn fuq u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu, ingħataw l-opportunità ta’ li jinstemgħu oralment.

(14) Minħabba n-numru kbir evidenti ta’ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat fil-pajjiżi soġġetti għall-investigazzjonijiet ta’ reviżjoni, magħrufa mit-talba għal reviżjoni u mill-investigazzjonijiet preċedenti, l-applikazzjoni ta’ teknika ta’ kampjunaġġ għall-investigazzjoni ta’ dumping kienet ikkunsidrata fl-inċiżi 5(a) u (b) ta’ l-Avviż ta’ Bidu.

(15) Madankollu, numru limitat biss ta’ produtturi esportaturi mill-Korea, mis-Singapor, miċ-Ċina u mit-Tajlandja identifikaw lilhom infushom u pprovdew l-informazzjoni mitluba fl-Avviż ta’ Bidu. Għalhekk, l-użu ta’ teknika ta’ kampjunaġġ ma kienx ikkunsidat neċessarju għall-ħadd mill-pajjiżi kkonċernati.

(16) Il-Kummissjoni bagħtet kwistjonarji lill-partijiet kollha li kienu kkonċernati u lill-kumpanniji kollha l-oħra li identifikaw lilhom infushom sat-terminu perentorju stabbilit fl-Avviżi ta’ Bidu. Risposti kienu riċevuti minn ħames produtturi komunitarji, minn tliet importaturi mhux relatati, minn ħames kumpanniji Torok u mill-importaturi relatati tagħhom fil-Komunità, minn produttur esportatur wieħed Tajlandiż u mill-importaturi relatati tiegħu fil-Komunità u minn tminn kumpanniji Ċiniżi. Madankollu, l-ebda produttur esportatur mill-Korea, mill-Malasja u mis-Singapor ma pprovdew risposta sinjifikanti għall-kwistjonarju u, għalhekk, il-kumpanniji kollha identifikati mill-eżerċizzju ta’ kampjunaġġ f’dawn il-pajjiżi kienu kkunsidrati bħala li mhux koperaturi. Il-Kummissjoni informathom dwar il-konsegwenzi ta’ dan in-nuqqas ta’ koperazzjoni.

(17) Il-Kummissjoni ġabbret u vverifikat l-informazzjoni kollha li kienet meqjusa neċessarja għall-iskop tad-determinazzjoni ta’ dumping, ta’ inġurja u ta’ l-interess tal-Komunità kif ukoll biex tkun stabbilita l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u ta’ inġurja u jekk iż-żamma tal-miżuri tkunx kontra l-interess tal-Komunità. Iż-żjarat ta’ verifikazzjoni twettqu fil-bini tal-kumpanniji li ġejjin:

(a) Produtturi komunitarji

Tecnimagen SA — Barcelona, Spanja

Grundig AG — Nuremberg, il-Ġermanja

Philips Consumer Electronics — Eindhoven, l-Olanda

Industrie Formenti Italia Spa — Lissone, l-Italja

Seleco Formenti Spa — Pordenone, l-Italja.

(b) Esportaturi/produtturi u kumpanniji ta’ bejgħ relatati

It-Turkija

Profilo Telra Elektronik Sanayi ve Ticaret AS, Istanbul (inkluż il-kumpanniji ta’ bejgħ relatati (i) PRO-EKS Dis Ticaret AS, Istanbul, (ii) Savunma Gerecleri AS, Istanbul, (iii) Elektrotem Elektronik Aletler Limited, Istanbul)

Beko Elektronik AS, Istanbul (inkluż il-kumpannija ta’ bejgħ relatata Ram Dis Ticaret, Istanbul)

Vestel Elektronik Sanayi ve Ticaret AS, Istanbul (inkluż il-kumpanniji ta’ bejgħ relatati: (i) Vestel Dis Ticaret AS, Istanbul, (ii) Vestel Dis Ticaret AS Ege Serbest Bolge SB, Izmir, (iii) Vestel Bilisim Teknolojileri Sanayi ve Ticaret AS, Istanbul, iv) Vestel Komunikasyon Sanayi ve Ticaret AS, Izmir)

Izmir Elektronik Sanayi ve Ticaret AS, Izmir

Tajlandja

Thomson Television Thailand, Pathumthani, Thailand (inkluż il-kumpannija ta’ bejgħ relatata European Audio Products i (HK) Ltd, Shatin, New Territory, Hong Kong)

(ċ) Importaturi relatati fil-Komunità

- - Importaturi relatati ma’ l-esportaturi Torok

Beko (UK) Ltd, Watford, ir-Renju Unit

Beko Electronics Espana SL, Barcelona, Spanja

Vestel Holland BV, Rotterdam, l-Olanda

Vestel Iberia, Madrid, Spanja

- Importaturi relatati ma’ Thomson Television Thailand

Thomson Multimedia Marketing France SA, Boulogne, Franza

Thomson Multimedia Sales Spain, SA, Madrid, Spanja

Thomson Multimedia Sales UK Ltd, West Malling, Kent, ir-Renju Unit

(d) Importaturi mhux relatati fil-Komunità

Alba plc - Barking, ir-Renju Unit.

(18) L-investigazzjoni relatata ma’ dumping fl-investigazzjonijiet ta’ reviżjoni kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1999 sal-31 ta’ Diċembru 1999 (PI (perijodu ta’ l-investigazzjoni) ta’ reviżjoni). L-investigazzjoni relatata ma’ dumping fir-rigward tal-proċeduri anti-dumping kontra t-Turkija kopriet il-perijodu mill-1 ta’ Lulju 1999 sat-30 ta’ Ġunju 2000 (PI). L-eżami tad-diversi tendenzi fil-kuntest ta’ l-analiżi ta’ inġurja għaż-żewġ investigazzjonijiet kopra l-perijodu mill-1995 sat-30 ta’ Ġunju 2000 (perijodu kkunsidrat), biex jieħu f’kunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ żewġ perijodi differenti ta’ investigazzjoni relatata ma’ dumping.

6. Trattament ta’ l-ekonomija tas-suq u trattament individwali

(19) Skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku, kumpannija Ċiniża waħda, Xiamen Overseas Chinese Electronic Co. Ltd (il-kumpannija applikanti), ippreżentat talba biex tibbenefika mit-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq u mit-trattament individwali u kienet mitluba timla formularju għal talba u tindika l-informazzjoni relevanti kollha meħtieġa. Wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv ġie deċiż li ma jingħatax l-istatus ta’ kumpannija li taħdem f’ekonomija tas-suq lill-kumpannija applikanti minħabba li l-kumpannija ma tilħaqx il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku.

(20) Wara li ttieħdet din id-deċiżjoni, instab li fil-verita, il-kumpannija applikanti ma esportat l-ebda televiżuri bil-kulur lejn il-Komunità matul il-PI tar-reviżjoni. Inizjalment, hi kitbet fil-formularju tagħha ta’ talba u fir-risposta tal-kwistjonarju li hi kienet għamlet ċertu esportazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur lejn il-Komunità. Madankollu, fi stadju sussegwenti ta’ l-investigazzjoni instab li dawn it-televiżuri bil-kulur qatt ma tħallew f’ċirkulazzjoni ħielsa fil-Komunità u d-destinazzjoni finali tagħhom kien pajjiż terz. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ esportazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur lejn il-Komunità matul il-PI tar-reviżjoni, it-talba mill-kumpannija applikanti għal trattament individwali saret irrilevanti.

B. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

1. Prodott ikkonċernat

(a) Deskrizzjoni tal-prodott

(21) Il-prodott ikkonċernat huma r-riċevituri ta’ televiżur bil-kulur (televiżuri bil-kulur) bid-djagonali ta’ l-iskrin ta’ aktar minn 15.5 ċm, anke li jinkorporaw riċevitur għal xandir bir-radju u/jew arloġġ. Dan il-prodott hu attwalment klassifikat taħt il-kodiċi NM ex85281252, 85281254, 85281256, 85281258, ex85281262 u 85281266.

(22) Ir-Regolament (KE) Nru. 710/95 eskluda mid-definizzjoni tal-prodott ikkonċernat is-settijiet D2MAC u t-televiżuri b’definizzjoni għolja (HDTVs) peress li dawn il-prodotti, li ntroduċew tibdiliet tekniċi kwalitattivi, kienu għadhom f’dak iż-żmien fi stadju ta’ żvilupp u ma kienux disponibbli għall-pubbliku ħlief f’ċirkustanzi limitati ħafna. Ir-Regolament (KE) Nru. 2584/98 kkonferma li dawn il-prodotti m’għandhomx jiġu nklużi fl-iskop tad-definizzjoni tal-prodott, peress li fl-investigazzjoni ma ħarġet l-ebda prova fattwali ġdida, li tkun tista’ tiġġustifika l-inklużjoni tagħhom. L-istess kien il-każ fl-investigazzjoni preżenti, fejn ma kienet sottomessa l-ebda evidenza ġdida biex tiġġustifika l-inklużjoni tagħhom. Hu għalhekk konkluż li settijiet D2MAC u televiżuri b’definizzjoni għolja mhumiex koperti bl-investigazzjonijiet preżenti.

(b) Argumenti tal-partijiet

(23) Importatur wieħed talab l-esklużjoni mill-iskop ta’ l-investigazzjoni ta’ l-hekk imsejjħa televiżuri bil-kulur bl-aċċess għall-Internet li fihom ikun hemm integrat modem għall-Internet u sistema operattiva għall-kompjuter li tħalli l-aċċess għall-Internet permezz ta’ l-iskrin tat-televiżur u li huma kkontrollati permezz ta’ unità ta’ kontroll mill-bogħod li fiha tastiera. Fit-televiżuri bil-kulur bl-aċċess għall-internet, is-sistema ta’ ċirkuwiti elettriċi kollha neċessarja hi integrata fis-sett tat-televiżur, minflok ikollhom sett separat ta’ riċevitur/dekodifikatur..

(24) L-importatur argumenta li l-esklużjoni kienet iġġustifikata minħabba d-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi u tekniċi essenzali bejn televiżuri bil-kulur u televiżuri bil-kulur b’aċċess għall-internet u minħabba l-perċezzjonijiet differenti tal-konsumatur taż-żewġ prodotti.

(25) Id-differenzi fil-karatteristiċi fiżiċi essenzali tat-televiżuri bil-kulur b’aċċess għall-internet huma l-komponenti ta’ l-internet addizzjonali fil-televiżur tal-kulur li jirrappreżentaw madwar 60 % ta’ l-ispejjeż totali tat-televiżur bil-kulur b’aċċess għall-internet u tastiera integrata fil-kontroll mill-bogħod.

(26) Fir-rigward tal-karatteristiċi tekniċi essenzali kien argumentat li t-televiżur bil-kulur b’aċċess għall-Internet jibgħat u jirċievi data mhux permezz ta’ teknoloġija tax-xandir imma permezz tas-sistema telefonika bl-użu tal-modem. Barra minn dan, dan it-tip ta’ televiżur juża teknoloġija li hi differenti mit-teknoloġija bażika fil-televiżuri bil-kulur; dan jinkorpora sistema li tiggaranttixxi l-aċċess għall-Internet (secure socket layer (SSL)), teknoloġija ta’ navigazzjoni li tippermetti l-viżwalizzazzjoni tal-grafika ta’ l-Internet fuq televiżuri bil-kulur b’riżoluzzjoni standard u modem li jittrasforma sinjali diġitali f’dawk analogi li jistgħu trasmessi fuq linja telefonika standard.

(27) Kien affermat li l-perċezzjoni differenti tal-konsumatur tal-prodott meta mqabbel mat-televiżuri bil-kulur standard kienet murija mill-fatt li t-televiżur bil-kulur b’aċċess għall-Internet hu mibjugħ bi prezz bl-imnut li hu aktar mid-doppju tal-prezz ta’ televiżur bil-kulur. Barra dan, kien affermat ukoll li l-komponenti taċ-ċirkuwiti integrati fl-użu ta’ l-internet jikkonferixxu lil televiżur tal-kulur standard element li hu ta’ kwalità distinta addizzjonali. Biex din l-affirmazzjoni tkun sostnuta, l-importatur jiċċita l-każ ta’ vidjorekorders mill-Ġappun u mill-Korea fejn kien konkluż li f’każijiet fejn vidjorekorder hu inkorporat ma’ televiżur bil-kulur, dan għandu jiġi meqjus bħala prodott differenti.

(28) L-applikant afferma li esklużjoni bħal din mhiex ġustifikata. Hu argumenta l-allegazzjoni li t-televiżuri bil-kulur b’aċċess għall-internet għandhom karatteristiċi fiżiċi u tekniċi essenzalment differenti u wera li l-parti ta’ l-Internet tista’ tiġi mqabbla mat-teletest f’televiżur bil-kulur. L-Internet għandu jkun meqjus bħala forma aktar moderni ta’ teletest u għalhekk bħala karatteristika addizzjonali ta’ televiżur bil-kulur minflok bħala prodott ġdid mingħajr il-karatteristiċi essenzali ta’ televiżuri bil-kulur. Peress li t-televiżuri bil-kulur bit-teletest kienu koperti mill-investigazzjoni, it-televiżuri bil-kulur b’mezzi għall-Internet għandhom ukoll ikunu koperti bl-investigazzjoni.

(29) L-applikant ikkontesta wkoll il-konklużjonijiet milħuqa mill-importatur fir-rigward tal-perċezzjoni differenti tal-konsumatur waqt li saħaq li t-televiżuri tal-kulur b’aċċess għall-internet dehru fuq is-suq riċentament.. Ikkontesta wkoll li l-perċentaġġ għoli ta’ spejjeż irrappreżentat mill-Internet kien minħabba l-introduzzjoni riċenti tat-televiżuri bil-kulur b’aċċess għall-Internet. Hu pprovda evidenza li turi li fil-ħin ta’ l-introduzzjoni tal-faċilità tat-teletest f’televiżuri bil-kulur, l-ispejjeż tat-teletest kienu sostanzjalment għola milli huma attwalment.

(30) Hu kkontesta l-eżempju tal-vidjorekorder billi saħaq li f’televiżur bil-kulur magħqud ma’ vidjorekorder dan ta’ l-aħħar għandu funzjoni indipendenti, filwaqt li l-funzjoni ta’ l-internet ma taħdimx mingħajr it-televiżur bil-kulur imma aktar hi funzjoni addizzjonali.

(ċ) Konklużjonijiet ta’ l-investigazzjoni

(31) L-investigazzjoni wriet li televiżur bil-kulur b’aċċess għall-internet hu prodott li jinkorpora żewġ teknoloġiji li jipproduċu żewġ użi finali suffiċjentament distinti: fuq naħa jistgħu jintbagħtu u jiġu riċevuti l-messaġġi ta’ posta elettronika (e-mail) u jkun hemm aċċess għall-Internet, u fuq in-naħa l-oħra jippermetti li wieħed jara l-programmi televiżivi. Minħabba din il-funzjoni addizzjonali, it-televiżur bil-kulur ma jiddeterminax neċessarjament il-karattru tal-prodott totali imma hi aktar l-funzjoni ta’ l-internet li tieħu predominanza fuq it-televiżur bil-kulur. Filfatt, din l-għaqda fiha element speċifiku li jikkonferixxi funzjoni addizzjonali lit-televiżur bil-kulur b’aċċess għall-Internet u jippermettilha li tkun ikkunsidrata differenti għall-iskop ta’ l-investigazzjoni preżenti anti-dumping.

(32) Il-konklużjonijiet t’hawn fuq intlaħqu fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni miġbura matul l-investigazzjoni u relatati mal-PI. Minħabba li dan il-prodott għadu fil-fażi tal-bidu ta’ l-iżvilupp u l-fatt li kien disponibbli għall-pubbliku biss fi kwantitajiet żgħar, ma jistax ikun eskluż li l-konklużjoni milħuqa fl-investigazzjonijiet preżenti għandhom jiġu riveduti fid-dawl ta’ żviluppi oħra fuq dan il-prodott fil-ġejjieni. Għalhekk, jekk titwettaq reviżjoni tal-miżuri fis-seħħ fil-ġejjieni, is-sitwazzjoni ta’ dawn il-prodotti jkollha terġa’ tiġi eżaminata, skond l-informazzjoni miġbura f’dik l-investigazzjoni, sabiex jiġi determinat jekk esklużjoni bħal din għadhiex ġustifikata.

(33) Barra min dan, instab li minkejja d-differenzi fid-dimenzjonijiet ta’ l-iskrin, fis-sistema ta’ ħoss, fis-sistema ta’ xandir, fit-tip u fil-format ta’ l-iskrin u fil-frekwenza pittoreska, it-televiżuri bil-kulur kollha jaqsmu l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi essenzali u l-istess użu u għalhekk jifformaw prodott wieħed.

2. Prodott simili

(34) Matul l-investigazzjonijiet kien stabbilit li t-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati jew esportati minnhom u destinati għall-Komunità għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi essenzali u użi finali bħat-televiżuri bil-kulur fabbrikati u mibjugħa mill-industrija komunitarja fuq is-suq tal-Komunità. Instab ukoll li ma kien hemm l-ebda differenza bejn it-televiżuri bil-kulur prodotti u mibjugħa fil-pajjiżi kkonċernati, inkluż it-Turkija li ntużat bħala pajjiż ta’ riferiment, u dawk esportati lejn il-Komunità, li kienu t-tnejn identiċi għat-televiżuri bil-kulur fabbrikati u mibjugħa mill-industrija komunitarja fuq is-suq tal-Komunità. Dawn il-prodotti huma għalhekk simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

Ċ. ORIĠINI

1. Ġenerali

(35) Televiżuri bil-kulur frekwentament jinkorporaw komponenti u partijiet li joriġinaw fil-pajjiżi għajr il-pajjiż tal-manifattura jew ta’ l-immontar tal-prodott imlesti, bir-riżultat li t-televiżuri bil-kulur jistgħu jiġu kkunsidrati bħala li joriġinaw f’pajjiż għajr il-pajjiż tal-manifattura jew ta’ l-immontar. Għalhekk, skond il-prattika konsistenti tal-Komunità u skond l-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku, l-eżami ta’ l-oriġini tat-televiżuri bil-kulur esportati mill-pajjiżi kkonċernati kien parti mill-investigazzjonijiet anti-dumping.

(36) Il-kwistjoni dwar l-oriġini kienet diġà ġiet eżaminata fid-dettall fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 710/95, fejn l-applikazzjoni tar-regoli ta’ oriġini wasslet għal redistribuzzjoni tal-volumi importati ta’ televiżuri bil-kulur bejn il-pajjiżi differenti biex jirriflettu l-oriġini stabbilita matul l-investigazzjoni.

(37) Għall-iskop tal-leġislazzjoni anti-dumping, l-oriġini tal-prodotti kkonċernati hi determinata skond ir-regoli mhux preferenzali ta’ oriġini, kif previst fl-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità [11]. Dan hu wkoll il-każ fir-rigward tat-Turkija, fejn id-Deċiżjoni Nru. 1/95 tal-Kunsill għall-Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali ta’ l-Għaqda Ddoganali [12] għadha ma stabbilitx deroga f’dan ir-rigward.

(38) Skond l-Artikolu 39 u l-Anness 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru. 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [13], regoli speċifiċi mhux preferenzali fir-rigward ta’ l-oriġini japplikaw għal televiżuri bil-kulur. Skond dawn ir-regoli, televiżur bil-kulur li joriġina fil-pajjiż fejn il-valur miżjud fuq l-operat ta’ l-immontar, u, fejn applikabbli, l-inkorporazzjoni tal-partijiet li joriġinaw fil-pajjiż ta’ l-immontar jirrappreżenta minn ta’ l-inqas 45 % tal-prezz ex works ta’ l-istess televiżur. Meta ma tintlaħaqx ir-regola ta’ 45 %, it-televiżur tal-kulur joriġina fil-pajjiż ta’ oriġini tal-partijiet li l-prezz ex works jirrappreżenta aktar minn 35 % tal-prezz ex works tat-televiżur bil-kulur.

(39) Hu neċessarju li jkun enfasizzat li l-konklużjonijiet stabbiliti hawn taħt ġew stabbiliti biss għall-iskopijiet ta’ l-investigazzjoni anti-dumping preżenti u b’mod aktar partikolari għall-iskopijiet li tkun determinata l-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew tar-ripetizzjoni ta’ dumping inġurjuż.

2. Esportazzjoni mit-Turkija

(40) Hu mfakkar li l-Kummissjoni temmet il-proċeduri li jikkonċernaw it-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fit-Turkija bid-Deċiżjoni 2001/725/KE [14]. Il-konklużjonijiet fil-qafas ta’ dawn il-proċeduri wrew li t-televiżuri bil-kulur kollha esportati mit-Turkija lejn il-Komunità matul il-PI kienu ddikjarati li kienu ta’ oriġini Torka. (L-esportazzjoni fil-fatt kienet ikkumpanjata minn Dokument Amministrattiv Uniku li jindika li t-televiżuri bil-kulur oriġinaw fit-Turkija). Kienu wkoll ikkumpanjati minn ċertifikat ATR li jindika li kienu f’ċirkolazzjoni ħielsa fit-Turkija. Madankollu, matul dik l-investigazzjoni l-kumpanniji Torok kollha ddikjaraw li t-televiżuri bil-kulur tagħhom ma kienux ta’ oriġini Torka.

(41) L-applikazzjoni tar-regoli speċifiċi mhux preferenzali fir-rigward ta’ l-oriġini ppermettiet biex tkun stabbilita li l-oriġini tat-televiżuri bil-kulur kollha esportati mit-Turkija lejn il-Komunità matul il-PI ma kinietx Torka. B’mod partikolari nstab li għall-esportazzjoni tal-kumpanniji investigati li jikkorrespondu għall-esportazzjoni kollha ta’ televiżuri bil-kulur mit-Turkija lejn il-Komunità matul il-PI, ir-regola tal-valur miżjud ta’ 45 % ma kinietx milħuqa.

(42) Peress li ma ntlaħqitx ir-regola tal-valur miżjud ta’ 45 %, l-oriġini kellha tkun determinata fuq il-bażi tar-regola ta’ valur ta’ 35 % tal-partijiet/materjali mhux oriġinarji. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-oriġini tat-televiżur bil-kulur kellha tkun determinata mill-oriġini tat-tubu vakwu għal riċevituri ta’ televiżuri bil-kulur, fir-rigward tal-prezz ex works ta’ dan ta’ l-aħħar irrappreżenta, fi kważi l-każijiet kollha, minn ta’ l-inqas 35 % tal-prezz ex works tat-televiżur bil-kulur. Għandu jittieħed f’konsiderazzjoni li t-Turkija ma tipproduċiex tubi vakwi għal televiżuri bil-kulur u għalhekk dawn kienu kollha importati.

(43) Fuq il-bażi tar-regola tal-valur ta’ 35 % tal-partijiet/materjali mhux oriġinarji, l-esportazzjoni lejn il-Komunità instabet li kellha l-oriġini tagħha f’ċerti pajjiżi esportaturi suġġetti għall-investigazzjonijiet ta’ reviżjoni, il-Komunità jew pajjiżi terzi oħra mhux suġġetti għall-investigazzjoni.

(44) Fir-rigward ta’ televiżuri bil-kulur esportati mit-Turkija u li joriġinaw f’pajjiżi fejn il-miżuri anti-dumping fis-seħħ huma bla ħsara għar-reviżjoni preżenti (fi kliem ieħor iċ-Ċina, il-Korea, u l-Malasja), il-kwantitajiet esportati lejn il-Komunità mit-Turkija ġew ikkunsidrati bħala li joriġinaw f’dawn il-pajjiżi.

3. Esportazzjoni mit-Tajlandja

(45) L-investigazzjoni wriet li r-regola tal-valur miżjud ta’ 45 % ma ntlaħqitx għall-esportazzjoni kollha fil-Komunità mill-produtturi esportaturi mit-Tajlandja li kkoperaw matul il-PI ta’ reviżjoni. Għalhekk, l-oriġini kellha tkun iddeterminata skond ir-regola tal-valur ta’ 35 % tal-partijiet/materjali mhux oriġinarji. F’dan ir-rigward, instab ukoll li l-oriġini tat-televiżuri bil-kulur se tkun virtwalment iddeterminata mill-oriġini tat-tubi vakwi għal riċevituri ta’ televiżuri bil-kulur, li rrappreżentaw, fil-każijiet kollha ħlief wieħed, minn ta’ l-inqas 35 % tal-prezz ex works tat-televiżuri bil-kulur. Il-produttur esportatur li kkopera ma użax tubi vakwi għal riċevituri ta’ televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Tajlandiża imma dawk li joriġinaw fil-Korea u fil-Malasja. Barra dan, il-kumpannija importat kwantità sinjifikattiva ta’ materjal ieħor użati fil-produzzjoni ta’ televiżuri bil-kulur. Għalhekk ġie konkluż li t-televiżuri bil-kulur esportati mit-Tajlandja lejn il-Komunità matul il-PI ta’ reviżjoni mill-produttur esportatur li kkopera ma kienux ta’ oriġini Tajlandiża imma nstabu li kienu joriġinaw jew fil-Korea jew fil-Malasja.

(46) Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibblil mill-Eurostat, kien stabbilit li l-esportazzjoni kollha ta’ televiżuri bil-kulur mit-Tajlandja għall-Komunità saret mill-uniku produttur esportatur li kkopera f’dan il-pajjiż. Fid-dawl tal-konklużjonijiet t’hawn fuq fir-rigward ta’ l-oriġini, it-televiżuri bil-kulur kollha esportati mit-Tajlanda lejn il-Komunità ġew ittratti bħala li joriġinaw mill-Korea u mill-Malasja għall-iskop ta’ l-investigazzjonijiet ta’ reviżjoni.

4. Esportazzjoni miċ-Ċina, mill-Korea, mill-Malasja u mis-Singapor

(47) Għandu jiġi osservat li l-ebda koperazzjoni ma nkisbet minn kwalunkwe produttur esportatur fil-Korea, fil-Malasja jew fis-Singapor. Barra dan, ħadd mill-kumpanniji Ċiniżi ma rrapporta xi esportazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur lejn il-Komunità matul il-PI ta’ reviżjoni. Għalhekk kien ikkunsidrat li t-televiżuri bil-kulur li joriġinaw f’dawn l-erba’ pajjiżi kienu dawk irrapportati fl-istatiċi ta’ importazzjoni ta’ l-Eurostati kif ukoll dawk esportati mit-Turkija u mit-Tajlanda li nstabu li kienu ta’ oriġini Koreana, Malesjana jew Ċiniża.

D. DUMPING

1. Repubblika Popolari Ċiniża

(48) L-ebda produttur Ċiniż b’esportazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur lejn il-Komunità matul il-PI ta’ reviżjoni ma kkopera fl-investigazzjoni. Madankollu, kumpannija Torka li kkoperat, Vestel Elektronik Sanayi ve Ticaret AS, instabet li kienet qed tesporta kwantitajiet sinjifikattivi ta’ televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Ċiniża. Kien għalhekk meqjus xieraq li jkun ikkalkolat marġni individwali ta’ dumping għal din il-kumpannija.

(a) Pajjiż analogu

(49) Peress li ċ-Ċina hu pajjiż li m’għandux ekonomija tas-suq, pajjiż terz analogu kellu jintgħażel għall-istabbiliment ta’ valur normali skond l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, l-Avviż ta’ Bidu ssuġġerixxa lil Singapor, li kien ukoll il-pajjiż analogu kkunsidrat fit-talba għal reviżjoni. Fiż-żmien speċifikat fl-avviż rilevanti ta’ bidu, ċerti kumpanniji Ċiniżi oġġezzjonaw għal dan l-approċċ u talbu li jintuża l-valur normali l-aktar baxx misjub f’pajjiżi oħra suġġetti għall-investigazzjoni. Kumpannija Ċiniża ssuġġeriet lill-Malasja, lit-Tajlanda jew lill-Korea.

(50) Madankollu, produtturi fil-Korea, fis-Singapor u fil-Malasja ma kkoperawx ma’ l-investigazzjoni. Fir-rigward tat-Tajlandja, l-unika kumpannija li kkoperat ma’ l-investigazzjoni ma kellha l-ebda bejgħ fuq is-suq intern ta’ televiżuri bil-kulur u, għalhekk, ma setax ikun stabbilit valur normali għal dan il-pajjiż. Konsegwentament ġie eżaminat jekk it-Turkija tistax tintuża bħala pajjiż analogu għall-istabbiliment ta’ valur normali. It-Turkija kienet ukoll imressqa bħala l-għażla alternattiva għal Singapor fit-talba ta’ reviżjoni.

(51) It-Turkija kienet meqjusa bħala għażla raġonevoli ta’ pajjiż analogu peress li għandha suq kompetittiv u hi pajjiż bi produzzjoni u b’konsum intern sinjifikanti. Hemm diversi produtturi għas-suq intern li jiddeterminaw livell għoli ta’ kompetizzjoni interna filwaqt li l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat hu sinjifikanti. Tliet produtturi Torok li kkoperaw fil-qafas ta’ l-investigazzjoni kontra t-Turkija pprovdew informazzjoni dettalljata dwar il-bejgħ intern u dwar l-ispiża tal-produzzjoni.

(52) F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża lit-Turkija bħala pajjiż analogu. Peress li l-PI ta’ l-investigazzjoni kontra l-importazzjoni tal-prodott ikkonċernat li joriġina fit-Turkija kkoinċidiet mal-PI ta’ reviżjoni għal sitt xhur, il-valur normali ġie stabbilit biss għall-perijodu komuni taż-żewġ investigazzjonijiet, fi kliem ieħor mill-1 ta’ Lulju 1999 sal-31 ta’ Diċembru 1999 (it-tieni nofs tal-PI ta’ reviżjoni), u l-kalkoli ta’ dumping saru għal dan il-perijodu.

(b) Valur normali

(53) Minħabba r-rata ta’ inflazzjoni għolja fit-Turkija matul it-tieni nofs tal-PI ta’ reviżjoni, il-valur normali ġie stabbilit għall-iqsar perijodu sinjifikattiv, fi kliem ieħor, kull xahar, sabiex ikunu eliminati l-effetti ta’ l-inflazzjoni.

(54) Il-bejgħ fuq is-suq intern kienu kkunsidrati li huma rappreżentattivi biżżejjed meta mqabbla mal-bejgħ għall-esportazzjoni. B’addizzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni vvalutaw jekk il-bejgħ fuq is-suq intern ta’ kull kumpannija jistax ikun ikkunsidrat bħala li sar matul operazzjonijiet normali tal-kummerċ skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(55) Dan sar billi ġie kkalkolat, għal kull tip ta’ prodott esportat, il-proporzjoni ta’ bejgħ fuq is-suq intern lill-xerrejja indipendenti matul kummerċ normali fuq is-suq intern matul it-tieni nofs tal-PI ta’ reviżjoni. Għal dawn it-tipi ta’ prodotti li aktar minn 80 % tal-bejgħ fuq is-suq intern (bil-volum) inbiegħu bi profitt u l-medja ppeżata tal-prezz tal-bejgħ kien ugwali jew superjuri għall-medja ppeżata ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni, il-valur normali, skond it-tip ta’ prodott, kien ikkalkolat bħala l-medja ppeżata tal-bejgħ kollu fuq is-suq intern tat-tip in kwistjoni. Għal dawk it-tipi ta’ prodotti li minn ta’ l-inqas 10 % tagħhom, imma mhux aktar minn 80 % (bil-volum), inbiegħu bi profitt fuq is-suq intern, il-valur normali, skond it-tip ta’ prodott, kien ikkalkolat bħala l-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-bejgħ li ħalla qligħ biss.

(56) Peress li l-bejgħ fuq is-suq intern tal-prodott simili mill-produtturi Torok matul l-ewwel nofs tal-PI instab li kien sar fi kwantitajiet suffiċjenti u matul kummerċ normali, il-valur normali kien ibbażat fuq il-prezzijiet effettivament imħallsa jew li se jitħallsu, għat-tip ta’ prodott korrespondenti, minn xerrejja indipendenti fit-Turkija matul it-tieni nofs tal-PI ta’ reviżjoni.

(ċ) Prezzijiet għall-esportazzjoni

(57) L-investigazzjoni wriet li l-esportazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Ċiniża minn kumpannija Torka kkonċernata, permezz ta’ l-esportaturi relatati tagħha fit-Turkija, saret kemm lil xerrejja relatati kif ukoll lil dawk mhux relatati fil-Komunità.

(58) Għalhekk, għal dak il-bejgħ li sar lil xerrejja mhux relatati fil-Komunità, il-prezz għall-esportazzjoni ġie stabbilit skond l-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-prezzijiet għall-esportazzjoni effettivament imħallsa jew li se jitħallsu.

(59) Għal bejgħ li sar permezz ta’ importaturi relatati, il-prezz għall-esportazzjoni ġie bbażat fuq il-bażi ta’ prezzijiet għall-bejgħ mill-ġdid lil xerrejja indipendenti. Saru aġġustamenti għall-ispejjeż kollha li ntefqu bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mll-ġdid minn dak l-importatur, inkluż spejjeż ġenerali, amministrattivi u ta’ bejgħ, u għall-marġni ta’ profitt li nstab li nkiseb fl-investigazzjoni minn importaturi mhux relatati tal-prodott ikkonċernat, skond l-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku.

(d) Paragun

(60) Għall-iskopijiet ta’ paragun imparzjali bejn valur normali u l-prezzijiet għall-esportazzjoni, ġew applikati aġġustamenti dovuti biex jittieħdu f’konsiderazzoni d-differenzi li, skond kif ġie affermat u muri, kienu jolqtu l-komparabilità tal-prezz skond l-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Skond din il-bażi, l-aġġustamenti saru fejn xieraq fir-rigward ta’ taxxi fuq l-importazzjoni u taxxi indiretti, skont, trasport, assigurazzjoni, spejjeż ta’ l-immaniġġjar, ta’ karga u dawk anċillari, spejjeż ta’ wara l-bejgħ, kummissjonijiet u kreditu.

(61) Kienu mitluba numru ta’ aġġustamenti għal differenzi f’fatturi oħra, bħal spejjeż minħabba djun li ma jinġabrux, spejjeż finanzjarji minħabba differenzi fil-livelli ta’ l-inventorji, spejjeż finanzjarji ta’ taxxi fuq l-importazzjoni u ta’ taxxi indiretti, valur tal-marka, spejjeż għar-reklami u spejjeż ġenerali tad-distributuri relatati fuq is-suq intern. Madankollu, dawn it-talbiet ma kienux aċċettati peress li ma ġiex muri li dawn kienu jolqtu l-komparabilità tal-prezz.

(62) Kienu mitluba aġġustamenti relatati mal-VAT bħal l-interessi tal-VAT fuq l-importazzjoni maħsuba għal produzzjoni fuq is-suq intern u finanzjament mill-VAT fuq il-bejgħ domestiku. F’dan ir-rigward, il-kumpanniji għandhom l-obbligu li jiġbru t-taxxa f’isem l-Istat u jirrimborżawlu l-ammont dovut. It-transazzjonijiet suġġetti għall-VAT ma jolqtux ir-riżultati finanzjarji (profitti jew telf) tal-kumpanniji. Minflok, dawn it-transazzjonijiet jolqtu l-attiv jew il-passiv kurrenti kif stabbiliti fil-kontijiet tagħhom. Barra dan, fir-rigward ta’ kwalunke spiża finanzjarja assoċjata ma’ transazzjonijiet suġġetti għall-VAT, minħabba n-natura kontinwa tagħhom, hemm fluss kontinwu ta’ dawn it-tip ta’ transazzjonijiet f’żewġ direzzjonijiet (VAT pagabbli u aċċettabli) li fi kwalunkwe perijodu jibbilanċjaw lil xulxin. Għalhekk, kwalunkwe spiża finanzjarja sostanzjali relatata mat-transazzjoniiet suġġetti għall-VAT isseħħ biss, taħt ċirkostanzi normali, fl-istadju inizjali tal-bidu tal-ħajja ta’ impriża fejn ix-xiri hu ħafna għola mill-bejgħ tagħha. L-ispejjeż finanzjarji relatati mal-VAT, jekk hemm, għandhom jiġu kkunsidrati bħala spejjeż operattivi ġenerali normali u m’għandu jsir l-ebda aġġustament fir-rigward ta’ dawn l-ispejjeż peress li ma jolqtux il-komparabilità tal-prezz.

(63) Ġew mitluba skontijiet relatati ma’ kwantitajiet spekulattivi, bl-argument li kieku x-xerrejja fuq is-suq intern xtraw l-istess kwantitajiet bħax-xerrejja fuq is-suq għall-esportazzjoni, ix-xerrejja fuq is-suq intern kollha kienu jikkwalifikaw għal skont massimu mogħti fis-suq intern. Din it-talba ma setgħetx tiġi aċċettata peress li skond l-Artikolu 2(10)(ċ) tar-Regolament bażiku skontijiet kwantitattivi jistgħu jiġu kkunsidrati għal aġġustament biss jekk effettivament jingħataw għal differenzi fil-kwantitajiet u mhux fuq il-bażi ta’ supposizzjonijiet spekulattivi.

(64) Kien mitlub ukoll livell ta’ aġġustament kummerċjali għall-bejgħ OEM (original equipment manufacturer - manifattur ta’ tagħmir oriġinali). Madankollu, instab li l-prezzijiet fuq is-suq intern għall-istess mudelli ta’ televiżuri bil-kulur bil-marka u ta’ OEM ma wrewx andament differenti. Għalhekk, din it-talba ma setgħex tiġi aċċettata peress li differenza bħal din ma tolqotx lill-komparabilità tal-prezz.

(65) Il-paragun bejn il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni sar fuq bażi ex-works.

(e) Marġni ta’ dumping għall-kumpannija Torka li tesporta televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Ċiniża

(66) Skond l-Artikolu 2(11) tar-Regolament bażiku, il-medja ppeżata kull xahar tal-valur normali skond it-tip tal-prodott kienet imqabbla mal-medja ppeżata kull xahar tal-prezz għall-esportazzjoni skond it-tip ta’ prodott. Il-marġni ta’ dumping, espress bħala perċentaġġ tal-prezz cif (cost, insurance, freight – prezz, assigurazzjoni, trasport) fil-fruntiera tal-Komunità, dazju mhux imħallas, għal Vestel Elektronik Sanayi ve Ticaret AS, Turkija hu ta’ 69.2 %.

(f) Marġni ta’ dumping għal produtturi Ċiniżi

(67) Għall-produtturi esportaturi Ċiniżi li ma kkoperawx u għall-produtturi Ċiniżi li ma esportawx matul il-PI ta’ reviżjoni, il-livell ta’ dumping kien determinat skond il-bażi tal-fatti disponibbli.

(68) F’dan ir-rigward, il-valur normali kien stabbilit skond il-bażi tal-medja totali ta’ prezzijiet ta’ bejgħ fuq suq intern għat-tipi kollha tat-televiżuri bil-kulur tat-tliet produtturi Torok li kkoperaw matul l-ewwel nofs tal-PI. Fir-rigward tal-prezzijiet għall-esportazzjoni, dan kien determinat skond il-bażi tal-fatti disponibbli b’referenza għal Eurostat, fi kliem ieħor il-medja ppeżata tal-valur cif, aġġustat għal trasport u assigurazzjoni marittima, ta’ l-importazzjoni miċ-Ċina għat-tipi kollha tat-televiżuri bil-kulur matul it-tieni nofs tal-PI ta’ reviżjoni. Il-paragun ta’ dan il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni wera li l-esportazzjoni miċ-Ċina lejn il-Komunità saret fuq livell sinjifikanti ta’ dumping matul dak il-perijodu. Fil-fatt, il-marġni ta’ dumping stabbilit kien għola mill-marġni ta’ dumping residwju li kien stabbilit matul l-investigazzjoni preċedenti, li kien ugwali għal 44.6 %.

(69) Barra dan, it-talba għal reviżjoni ppreżentata minn Poetic kien fiha elementi ta’ prova prima facie dwar l-eżistenza ta’ prattika sinjifikattiva ta’ dumping fir-rigward ta’ importazzjoni li toriġina fiċ-Ċina. Fil-fatt anke l-marġni ta’ dumping allegati fit-talba għal reviżjoni kienu superjuri għall-marġni ta’ dumping stabbilit fl-investigazzjoni preċedenti.

(70) F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma kien hemm l-ebda raġuni li wieħed jemmen li l-marġni ta’ dumping għaċ-Ċina se jkun inqas mill-marġni ta’ dumping residwu stabbilit matul l-investigazzjoni preċedenti. Skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, għalhekk, ġiet attribwita marġni ta’ dumping ta’ 44.6 % għall-produtturi kollha fiċ-Ċina.

2. Korea

(71) Peress li l-ebda produttur esportatur ma kkopera fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni evalwat il-fatti disponibbli għaliha sabiex tiddetermina l-livell ta’ dumping għall-Korea.

(72) F’dan ir-rigward, il-valur normali ġie stabbilit skond il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi Koreani għall-eżerċizzju ta’ kampjunaġġ, fi kliem ieħor il-valur medju ppeżat tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fuq is-suq intern matul il-PI ta’ reviżjoni. Fir-rigward tal-prezz għall-esportazzjoni ġie determinat skond il-bażi ta’ fatti disponibbli b’referenza għall-Eurostat, fi kliem ieħor il-valur cif medju ppeżat, aġġustat għal trasport u assigurazzjoni marittima, ta’ l-importazzjoni mill-Korea għat-tipi kollha tat-televiżuri bil-kulur matul il-PI ta’ reviżjoni. Il-paragun ta’ dan il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni wrew li l-esportazzjoni mill-Korea lejn il-Komunità saru b’livell sinjifikanti ta’ dumping matul il-PI ta’ reviżjoni. B’mod partikolari, il-marġni ta’ dumping stabbilit kien superjuri għall-marġni ta’ dumping residwju li kien stabbilit matul l-investigazzjoni preċedenti li kien ugwali għal 21.2 %.

(73) Barra dan, it-talba għal reviżjoni ppreżentata minn Poetic kien fiha elementi ta’ prima facie li jseħħ dumping sinjifikattiv fir-rigward ta’ importazzjoni li toriġina fil-Korea. Fil-fatt anke l-marġni ta’ dumping allegati fit-talba għal reviżjoni kienu superjuri għall-marġni ta’ dumping stabbilit fl-investigazzjoni preċedenti.

(74) F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma kien hemm l-ebda raġuni li wieħed jemmen li l-marġni ta’ dumping għall-kumpanniji kollha li ma kkoperawx se jkun inqas mill-marġni ta’ dumping residwu stabbilit matul l-investigazzjoni preċedenti. Skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, marġni ta’ dumping ta’ 21.2 % ġie attribwit għall-produtturi kollha li ma kkoperawx fil-Korea.

(75) Għall-istess raġunijiet, l-istess marġni ta’ dumping ta’ 21.2 % ġie attribwit lil Thomson Television Thailand, Tajlandja u Beko Elektronik AS, Turkija, li nstabu li jesportaw televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Koreana matul il-PI. Il-paragun tal-medja totali tal-prezz għall-esportazzjoni ta’ dawn it-televiżuri bil-kulur b’valur normali totali kien stabbilit skond il-bażi ta’ l-informazzjoni li tikkonċerna l-prezzijiet fuq is-suq intern ta’ mudelli simili ta’ televiżuri bil-kulur mibjugħa fil-Korea, kif jidhru fit-talba għal reviżjoni, ikkonferma l-eżistenza ta’ dumping sinjifikattiv, korrispondenti mal-marġni msemmija hawn fuq.

3. Il-Malasja

(76) Peress li l-ebda produttur esportatur ma kkopera fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni evalwat il-fatti disponibbli għaliha biex tiddetermina l-livell ta’ dumping għall-Malasja.

(77) F’dan ir-rigward, u peress li l-ebda produttur esportatur mill-Malasja ma pprovda l-informazzjoni għall-eżerċizzju ta’ kampjunaġġ, kien ikkunsidrat xieraq li tintuża l-informazzjoni relatata mal-Korea biex ikun stabbilit valur normali għall-Malasja. F’dan ir-rigward, il-valur normali kien stabbilit skond il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-produtturi Koreani għall-eżerċizzju ta’ kampjunaġġ, fi kliem ieħor il-valur medju ppeżat tal-prodott ikkonċernat mibjugħ fuq is-suq Korean matul il-PI ta’ reviżjoni. Fir-rigward tal-prezz għall-esportazzjoni, dan ġie ddeterminat skond il-bażi ta’ fatti disponibbli b’referenza għall-Eurostat, fi kliem ieħor il-valur cif medju ppeżat, aġġustat għal trasport u assigurazzjoni marittima, ta’ l-importazzjoni mill-Malasja għat-tipi kollha tat-televiżuri bil-kulur matul il-PI ta’ reviżjoni. Il-paragun ta’ dan il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni wrew li l-esportazzjoni mill-Malasja lejn il-Komunità saret b’livell sinjifikattiv ta’ dumping matul il-PI ta’ reviżjoni. Fil-fatt, il-marġni ta’ dumping stabbilit kien superjuri għall-marġni ta’ dumping residwu li kien stabbilit matul l-investigazzjoni preċedenti li kien ugwali għal 25.1 %.

(78) F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma kien hemm l-ebda raġuni li wieħed jemmen li l-marġni ta’ dumping għall-kumpanniji kollha li ma kkoperawx se jkun inqas mill-marġni ta’ dumping residwu stabbilit matul l-investigazzjoni preċedenti. Skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, marġni ta’ dumping ta’ 25.1 % ġie attribwit għall-produtturi kollha li ma kkoperawx fil-Malasja.

(79) Għall-istess raġunijiet, l-istess marġni ta’ dumping ta’ 25.1 % ġie attribwit lil Thomson Television Thailand, Tajlanda u Beko Elektronik AS, Turkija, li nstabu li jesportaw televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Malasja matul il-PI. Il-paragun tal-medja totali tal-prezz għall-esportazzjoni ta’ dawn it-televiżuri bil-kulur b’valur normali totali kien stabbilit skond il-bażi ta’ l-informazzjoni li tikkonċerna l-prezzijiet fuq is-suq intern ta’ mudelli simili ta’ televiżuri bil-kulur mibjugħa fil-Malasja, kif jidhru fit-talba għal reviżjoni, ikkonferma l-eżistenza ta’ dumping sinjifikattiv, korrispondenti mal-marġni msemmija hawn fuq.

4. Singapor

(80) Peress li l-ebda produttur esportatur ma kkopera fl-investigazzjoni, il-Kummissjoni evalwat il-fatti disponibbli għaliha biex tiddetermina l-livell ta’ dumping għal Singapor. Wieħed għandu josserva li l-volum ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità kif misjub fl-istatistiċi ta’ l-Eurostat kien baxx ħafna.

(81) Il-valur normali u l-prezz għall-esportazzjoni kien stabbilit skond il-bażi ta’ l-informazzjoni li tikkonċerna bejgħ fuq is-suq intern u bejgħ għall-esportazzjoni lill-Komunità pprovduta minn produttur wieħed minn Singapor għall-eżerċizzju ta’ kampjunaġġ. Il-paragun ta’ medja totali ta’ valur normali ma’ medja totali ta’ prezz għall-esportazzjoni hekk stabbilit wera l-eżistenza ta’ dumping f’livell sinjifikattiv.

(82) F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma kien hemm l-ebda raġuni li wieħed jemmen li l-marġni ta’ dumping għall-kumpanniji kollha li ma kkoperawx se jkun inqas mill-marġni ta’ dumping residwu stabbilit matul l-investigazzjoni preċedenti.. Skond l-Aartikolu 18 tar-Regolament bażiku, għalhekk, marġni ta’ dumping ta’ 24.6 % ġie attribwit għall-produtturi kollha li ma kkoperawx f’Singapor.

5. Tajlanda

(83) Kumpannija waħda biss fit-Tajlandja kkoperat fil-proċeduri, fi kliem ieħor Thomson Television Thailand. Madankollu, l-esportazzjoni ta’ din il-kumpannija nstabet li ma kinitx ta’ oriġini Tajlandiża u d-diskussjoni fir-rigward ta’ livell ta’ dumping hi murija fil-premessi 71 sa’ 75 u fil-premessi 76 sa’ 79. Skond l-informazzjoni disponibbli, fi kliem ieħor l-Eurostat, il-produtturi li ma kkoperawx ma esportawx televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Tajlandiża lejn il-Komunità matul il-PI ta’ reviżjoni. Għalhekk, ma kien hemm l-ebda data disponibbli sabiex ikun determinat livell ġdid ta’ dumping għat-Tajlandja.

E. KONTINWAZZJONI JEW RIPETIZZJONI TA’ DUMPING

(84) Skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku ġie evalwat jekk l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ iwasslux jew le għal kontinwazzjoni jew ripetizzjoni probabbli ta’ dumping.

(85) Sabiex ikun determinat jekk kienx hemm probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping, il-Kummissjoni investigat l-eżistenza ta’ dumping attwali fuq l-esportazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati lejn il-Komunità għar-raġuni li jekk kien hemm fis-seħħ prattika ta’ dumping, ikun raġonevoli li wieħed jikkunsidra li fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni li turi l-kuntrarju din il-prattika se tkompli anke fil-futur.

(86) Fir-rigward ta’ l-analiżi tar-ripetizzjoni probabbli ta’ dumping, fi kliem ieħor il-probabbiltà ta’ żjieda fl-esportazzjoni bi prezzijiet ta’ dumping jekk jitħassru l-miżuri attwali, abrogazzjoni li hi neċessarja meta l-volumi mill-pajjiżi kkonċernati huma relattivament żgħar, il-Kummissjoni eżaminat il-probabbiltà ta’ ripetizzjoni tal-prattika ta’ dumping fil-futur u jekk kwalunkwe dumping bħal dan iseħħ fi kwantitajiet sinjifikattivi.

1. Repubblika Popolari Ċiniża

(87) Kif imsemmi qabel, l-ebda kumpannija Ċiniża li kkoperat ma esportat televiżuri bil-kulur lejn il-Komunità matul il-PI ta’ reviżjoni. Madankollu, skond l-informazzjoni disponibbli mill-Eurostat, televiżuri bil-kulur ġew esportati minn dan il-pajjiż matul il-PI ta’ reviżjoni. Skond l-informazzjoni disponibbli, kif stabbilit fil-premessa 70, ġie kkonfermat li l-livell ta’ dumping għat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw f’dan il-pajjiż u esportati minnu baqa’ jkun sinjifikanti.

(88) B’addizzjoni, l-investigazzjoni wriet li volum sinjifikanti ta’ televiżuri bil-kulur esportati lejn il-Komunità mit-Turkija oriġinaw fiċ-Ċina. Instab li dawn it-televiżuri bil-kulur ġew esportati mit-Turkija bi prezzijiet ta’ dumping sinjifikattiv.

(89) Barra dan, il-paragun tal-valur normali stabbilit fil-pajjiż analogu, it-Turkija, mal-prezzijiet ta’ esportazzjoni Ċiniża lejn pajjiżi terzi wera li din l-esportazzjoni saret bi prezzijiet b’livell sinjifikattiv ta’ dumping.

(90) Skond l-informazzjoni sottomessa mill-kumpanniji Ċiniżi li kkoperaw, il-kapaċità ta’ produzzjoni għal televiżuri bil-kulur fiċ-Ċina żdiedet mill-1998, filwaqt li l-konsum intern ma kienx kapaċi jassorbi din il-produzzjoni. Skond din l-informazzjoni, hemm kapaċitajiet sinjifikanti żejda ta’ produzzjoni ta’ televiżuri bil-kulur għall-esportazzjoni fiċ-Ċina peress li kważi nofs il-kapaċità eżistenti, li tirrappreżenta madwar 50 % tas-suq tal-Komunità, ma tintużax. Hu għalhekk ikkunsidrat probabbli ħafna li, jekk jitħassru l-miżuri, l-esportazzjoni ta’ dumping ta’ televiżuri bil-kulur Ċiniżi fil-Komunità se tiżdied b’mod sinjifikanti.

(91) Għalhekk, m’hemm l-ebda raġuni li wieħed jemmen li dumping ma jitkompliex jekk jitħassru l-miżuri fis-seħħ.

2. Korea

(92) Kif imsemmi qabel, l-ebda produttur fil-Korea ma kkopera fl-investigazzjoni. Barra dan, skond data miġbura mill-Eurostat, televiżuri bil-kulur ġew esportati minn dak il-pajjiż bi kwantitajiet relattivament kbar matul il-PI ta’ reviżjoni. Skond l-informazzjoni disponibbli kif stabbilit fil-premessi 74 u 75, il-Kummissjoni kkonfermat li l-livell ta’ dumping għat-televiżuri bil-kulur esportati minn dak il-pajjiż kompla jkun sinjifikanti.

(93) Barra dan, skond l-informazzjoni miksuba mill-produtturi esportaturi li kkoperaw fit-Turkija (Beko Elektronik AS) u fit-Tajlandja (Thomson Television Thailand), l-investigazzjoni wriet li l-bejgħ ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Korea u esportati minn dawn il-pajjiżi sar bi prezzijiet ta’ dumping.

(94) Skond l-informazzjoni disponibbli, fi kliem ieħor it-talba għal reviżjoni, kapaċitajiet għolja ta’ produzzjoni ta’ televiżuri bil-kulur jeżistu fil-Korea u l-konsum intern jassorbi inqas minn 15 % tal-produzzjoni li tħalli skop sinjifikanti għal żjieda fl-esportazzjoni. Barra dan, filwaqt li din il-kapaċità baqgħet stabbli bejn l-1996 u l-1999, il-konsum intern fl-istess perijodu naqas b’23 %. Għalkemm is-suq intern Korean għandu jirreġistra skond il-previżjonijiet tkabbir moderat tad-domanda, fil-pajjiż jibqgħu kapaċitajiet ta’ produzzjoni mhux użati f’livell sinjifikanti ta’ televiżuri bil-kulur. Peress li l-oriġini tat-tubi vakwi għal riċevituri ta’ televiżuri bil-kulur hi deċisiva biex tkun determinata l-oriġini tat-televiżuri bil-kulur, il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ dawn it-tubi vakwi fil-Korea ġew eżaminati u nstabu li kienu sinjifikanti.

(95) B’konklużjoni, il-fatti disponibbli jindikaw l-eżistenza ta’ kapaċitajiet sinjifikanti li jistgħu jiġu orjentati lejn il-Komunità jekk jitħassru l-miżuri attwali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, m’hemm l-ebda raġuni li wieħed jemmen li l-abrogazzjoni tal-miżuri mhux se twassal għall-kontinwazzjoni ta’ dumping fi kwantitajiet sinjifikattivi mill-Korea.

3. Il-Malasja

(96) Kif imsemmi qabel, l-ebda produttur fil-Malasja ma kkopera fl-investigazzjoni. Barra dan, Eurostat turi li ċerti kwantitajiet ta’ televiżuri bil-kulur ġew esportati minn dak il-pajjiż matul il-PI ta’ reviżjoni. Skond l-informazzjoni disponibbli, kif stabbilita fil-premessi 76 sa’ 79, il-Kummissjoni kkonfermat li l-livell ta’ dumping għat-televiżuri bil-kulur esportati minn dan il-pajjiż kompla jkun sinjifikanti.

(97) Barra dan, skond l-informazzjoni miksuba mill-produtturi li jikkoperaw fit-Turkija (Beko Elektronik AS) u fit-Tajlandja (Thomson Television Thailand), l-investigazzjoni wriet li bejgħ sinjifikanti ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Malasja u esportati minn dawn il-pajjiżi sar bi prezzijiet ta’ dumping.

(98) Skond l-informazzjoni disponibbli, partikolarment it-talba għal reviżjoni, jeżistu fil-Malasja kapaċitajiet kbar għall-produzzjoni ta’ televiżuri bil-kulur. Peress li l-oriġini tat-tubi vakwi għal riċevituri ta’ televiżuri bil-kulur hi ġeneralment deċisiva biex tiġi stabbilita l-oriġini tat-televiżuri bil-kulur, ġew eżaminati l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ dawn it-tubi fil-Malasja u nstabu li kienu ta’ livell sinjifikanti.

(99) B’konklużjoni, m’hemm l-ebda raġuni li wieħed jemmen li l-abrogazzjoni tal-miżuri mhux se twassal għall-kontinwazzjoni ta’ dumping fi kwantitajiet sinjifikattivi mill-Malasja.

4. Singapor

(100) Minħabba l-volum baxx ħafna ta’ esportazzjoni f’dumping matul il-PI ta’ reviżjoni, kien ikkunsidrat xieraq li tkun eżaminata l-probabbiltà ta’ ripetizzjoni ta’ dumping.

(101) Minn meta ġew imposti l-miżuri anti-dumping fl-1995, l-importazzjoni tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw f’Singapor naqset minn madwar 36000 sett għal madwar 2000 sett, bi kwota fis-suq tal-Komunità li niżlet minn 0.1 % għal qrib iż-0 %. Dan it-tnaqqis fil-volum ta’ l-importazzjoni għandu jiġi vvalutat fid-dawl tal-fatt li żewġ produtturi esportaturi kellhom dazju anti-dumping ta’ 0 %. Barra dan, l-esportazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur minn Singapor għal swieq oħra ta’ dawn it-televiżuri, bħall-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienet ukoll f’livelli baxxi ħafna (35000 sett fl-1999). Hu għalhekk raġonevoli li jkun konkluż li dan it-tnaqqis fil-volum ta’ l-esportazzjoni minn Singapor mhux dovut minħabba l-imposizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq dan il-pajjiż, imma aktar minħabba l-fatt li l-produzzjoni interna kienet orjentata l-maġġor parti lejnswieq lokali.

(102) L-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal reviżjoni turi li l-produzzjoni f’Singapor naqset sostanzjalment minn stima ta’ 4.5 miljun sett fl-1995 għal stima ta’ 1.3 miljun sett fl-1999. Il-kapaċità tnaqqset ukoll minħabba l-waqfa tal-kontinwazzjoni ta’ produzzjoni minn ħafna produtturi minn Singapor.

(103) Fid-dawl ta’ dak li hu preċedenti, mhux mistenni li l-abrogazzjoni tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ se twassal għal ripetizzjoni ta’ dumping fi kwantitajiet sinjifikanti minn Singapor.

5. Tajlandja

(104) Għalkemm fit-Tajlandja jeżistu diversi produtturi ta’ televiżuri bil-kulur, wieħed biss li kien esporta dawn it-televiżuri lejn il-Komunità matul il-PI ta’ reviżjoni kkopera fl-investigazzjoni. Madankollu, kif indikat hawn fuq, it-televiżuri bil-kulur esportati lejn il-Komunità minn dan il-produtturi nstabu li saru b’dumping imma li kienu oriġinarji mill-Korea u mill-Malasja. Skond l-informazzjoni disponibbli, fi kliem ieħor it-talba għal reviżjoni, fit-Tajlandja jeżistu kapaċitajiet kbar għal produzzjoni ta’ televiżuri bil-kulur u l-konsum intern jassorbi inqas minn 16 % tal-produzzjoni li tħalli skop sinjifikanti għal żjieda fl-esportazzjoni. Barra dan, filwaqt li din il-kapaċità żdiedet b’17 % bejn l-1996 u l-2000, il-konsum intern fl-istess perijodu naqas bi 30 %, u dan ippermetta għal kapaċitajiet sinjifikanti mhux użati ta’ produzzjoni ta’ televiżuri bil-kulur fit-Tajlandja.

(105) Peress li l-oriġini tat-tubi vakwi hi ġeneralment deċiżiva biex tkun stabbilita l-oriġini tat-televiżuri bil-kulur, il-kapaċitajiet ta’ produzzjoni ta’ dawn it-tubi fit-Tajlandja ġew eżaminati u nstabu li kienu sinjifikanti.

(106) Hemm għalhekk, raġunijiet fondati biex wieħed jemmen li l-abrogazzjoni tal-miżuri se twassal għal ripetizzjoni ta’ dumping fi kwantitajiet sinjifikattivi mit-Tajlandja. Fir-rigward tal-livell ta’ dumping, m’hemm l-ebda raġuni għaliex wieħed għandu jemmen li se jkun anqas mill-marġni ta’ dumping residwu stabbilit għall-produtturi esportaturi li ma kkoperawx (fi kliem ieħor 33.6 %) u mill-14.7 % għal Thomson Television Thailand skond kif kien misjub fl-investigazzjoni anti-dumping preċedenti.

F. INDUSTRIJA KOMUNITARJA

1. Produzzjoni komunitarja

(107) Fil-Komunità, it-televiżuri bil-kulur jiġu ffabbrikati mill-produtturi li ġejjin:

- ħames produtturi li ppreżentaw u/jew approvaw l-ilment u kkoperaw matul l-investigazzjoni: Industrie Formenti (IT), Grundig (D), Philips Electronic Consumers (NL), Seleco Formenti (IT) u Tecnimagen (E),

- produttur wieħed li ppreżenta l-ilment imma fl-aħħar ma kkoperax fl-investigazzjoni: AR Systems (E). Il-kumpannija kienet informata bl-esklużjoni tagħha mill-industrija komunitarja u ma qajjmet l-ebda oġġezzjoni,

- sitt produtturi, li ma ħadux sehem fl-ilment, ippreżentaw xi informazzjoni bażika mingħajr ma rrispondew totalment għall-kwistjonarju, imma li ma wrewx opposizzjoni għall-proċeduri: Great Wall (F), Matsushita Panasonic (UK) Mivar (I), Sanyo (E), Semitech Turku (FI), u Thomson Multi Media (F). Dan ta’ l-aħħar oppona l-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping,

- produtturi oħra li ma kkoperawx imma li ma opponewx il-proċedura.

(108) Ġie eżaminat jekk il-kumpanniji msemmija hawn fuq jistgħux ikunu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu l-produzzjoni komunitarja, fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(109) Ġie aċċertat li wieħed mill-produtturi komunitarji mhux kwerelanti nstab li kien relatat ma’ esportatur ikkonċernat u li kien qed jimporta hu stess televiżuri bil-kulur li joriġinaw fi tnejn mill-pajjiżi kkonċernati. Skond l-Artikolu 4 tar-Regolament bażiku ġie eżaminat jekk dan il-produttur kienx biss qed jissumplimenta l-produzzjoni komunitarja tagħhom b’attività addizzjonali bbażata fuq l-importazzjoni jew jekk kienx importaur bi produzzjoni komunitarja addizzjonali relattivament limitata.

(110) Instab li l-attivitajiet li huma l-bażi ta’ din il-kumpannija (fi kliem ieħor l-impjanti ta’ produzzjoni, kwartieri ġenerali u R&Ż) jinsabu fil-Komunità u għalhekk din il-kumpannija m’għandhiex tiġi eskluża mid-definizzjoni tal-produzzjoni komunitarja. Fir-rigward ta’ produtturi komunitarji oħra li la pparteċipaw fl-investigazzjoni u lanqas ipprovdew xi informazzjoni, ma kien hemm l-ebda indikazzjoni biex jiġi konkluż li kwalunkwe minn dawn il-produtturi m’għandhomx jiġu esklużi mill-produzzjoni komunitarja.

(111) Esportatur Tork wieħed afferma li produttur komunitarju kwerelant għandu jiġi eskluż mill-produzzjoni komunitarja, peress li ttrasferixxa l-maġġor parti tal-produzzjoni tiegħu ta’ televiżuri bil-kulur barra l-Komunità, fi kliem ieħor għall-fabbriki tiegħu fil-Polonja u fl-Ungerija. L-ewwel nett għandu jiġi nnotat li r-Regolament bażiku jikkonsenta unikament l-esklużjoni tal-produtturi komunitarji li huma relatati ma’ l-esportaturi kkonċernati jew li huma nfushom importaturi tal-prodott li hu allegatament oġġett ta’ dumping. Madankollu, dan mhux il-każ hawnhekk, peress li l-produttur komunitarju kwerelant in kwistjoni jipproduċi l-prodott ikkonċernat fil-Komunità u xorta jżomm l-attivitajiet tiegħu ta’ bażi (fi kliem ieħor l-elettronika ta’ konsum, impjanti ta’ produzzjoni, kwartieri ġenerali u R&Ż) fil-Komunità u għandu għalhekk ma jiġix eskluż mid-definizzjoni tal-produzzjoni komunitarja.

(112) Hu għalhekk ikkunsidrat li l-operaturi kollha msemmija hawn fuq huma produtturi komunitarji u jikkostitwixxu b’konsegwenza l-produzzjoni komunitarja fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

2. Definizzjoni ta’ l-industrija komunitarja

(113) Il-ħames produtturi komunitarji li kkoperaw, fi kliem ieħor Industrie Formenti, Grundig, Philips Consumer Electronics, Seleco Formenti u Technimagen, jaderixxu mal-ħtiġiet ta’ l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku, peress li jirrappreżentaw 30 % mill-produzzjoni komunitarja totali tat-televiżuri bil-kulur. Huma għalhekk meqjusa li jikkostitwixxu l-industrija komunitarja fis-sens ta’ l-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku u se jissejjħu bħala l-"industrija komunitarja".

G. ANALIŻI TAS-SITWAZZJONI TAS-SUQ KOMUNITARJU TAL-PRODOTT

1. Rimarka preliminarja

(114) Għandu jkun innotat li Seleco Formenti ġiet iddikjarata falluta f’April 1997 u nxtrat mill-Industrie Formenti f’Marzu 1998. Il-kumpannija l-ġdida reġgħet bdiet bil-produzzjoni tat-televiżuri tal-kulur f’Ottubru 1998. Għalhekk, minħabba raġunijiet ta’ komparabilità tat-tendenzi relattivi mas-sitwazzjoni ta’ l-industrija komunitarja, id-data fornita minn Seleco Formenti ġiet eskluża mit-total ta’ l-industrija komunitarja.

(115) Kif diġà msemmi fil-premessa 18, l-analiżi tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni ta’ inġjurja kopriet il-perijodu mill-1995 sat-30 ta’ Ġunju 2000 (perijodu kkunsidrat). F’dan ir-rigward għandu jiġi enfasizzat li l-PI ta’ reviżjoni jikkorrespondi mas-sena 1999.

2. Konsum komunitarju apparenti

(116) Il-kalkolu tal-konsum apparenti kien ibbażat fuq is-somma tal-volum ta’ bejgħ fuq is-suq komunitarju mill-industrija komunitarja u minn produtturi oħra komunitarji li kkoperaw kif irrapportat fir-risposti tagħhom tal-kwistjonarji, tal-volum ta’ bejgħ ta’ ċerti produtturi oħra komunitarji kif ippreżentat minnhom, tal-volum stimat ta’ bejgħ minn produtturi oħra komunitarji li ma kkoperawx kif irrapportat fit-talba għal reviżjoni u kif ukoll ta’ l-informazzjoni fuq il-volum ta’ l-importazzjoni totali kif irrapportat minn Eurostat, liema ġew ikkontrollati bir-reqqa fejn possibli b’referenza għall-informazzjoni pprovduta mill-esportaturi li kkoperaw.

(117) Il-konsum tat-televiżuri bil-kulur hu nfluwenzat minn avvenimenti importanti sportivi bħall-kampjonati mondjali u Ewropej tal-futbol u l-logħob Olimpiku, meta ġeneralment ikun hemm żjieda fil-bejgħ tat-televiżuri bil-kulur.

(118) Matul il-perijodu kkunsidrat il-konsum tat-televiżuri bil-kulur fil-Komunità żdied b’31 % minn 24.7 miljun fl-1995 għal 24.5 miljun fl-1996, għal 27.7 miljun fl-1997, għal 31 miljun fl-1998, għal 30.7 miljun fl-1999 u għal 32.4 miljun matul il-PI.

3. Importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati

(119) Fid-dawl tal-konklużjonijiet t’hawn fuq li jikkonċernaw l-oriġini, b’mod partikolari n-nuqqas ta’ importazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fit-Tajlandja, il-valutazzjoni ta’ l-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati se tkun limitata għal importazzjoni li toriġina fiċ-Ċina, fil-Korea, fil-Malasja u fis-Singapor.

(a) Volum ta’ l-importazzjoni kkonċernata u l-kwota tas-suq

(120) Il-volum ta’ l-importazzjoni li toriġina fil-pajjiżi kkonċernati matul il-PI jinkludi wkoll dawk it-televiżuri bil-kulur li nstabu li kienu joriġinaw minn pajjiż ikkonċernat differenti minn dak ta’ l-esportazzjoni kif spjegat hawn fuq. Sabiex ikun hemm tendenzi komparabbli, fil-każ ta’ l-importazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati imma li huma esportati minn pajjiżi oħra, il-proporzjon ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati aċċertata għall-PI kien applikat għas-snin ta’ qabel.

(121) L-importazzjoni totali kkonċernata żdiedet b’73 %, minn 1.4 miljuni fl-1995, għal 1.2 miljuni fl-1996, għal 1.3 miljuni fl-1997, għal 1.8 miljuni fl-1998, għal 2 miljuni fl-1999 u għal 2.5 miljuni fil-PI.

(122) Il-kwota tas-suq komunitarju ta’ l-importazzjoni kkonċernata kellha dan l-andament: minn 5.6 % fl-1995 għal 4.8 % fl-1996, 4.6 % fl-1997, 5.7 % fl-1998, 6.6 % fl-1999 u 7.5 % matul il-PI.

(b) Prezzijiet ta’ l-importazzjoni li hi oġġett ta’ dumping

(i) Andament tal-prezzijiet

(123) Skond id-data pprovduta minn Eurostat u minn esportaturi li kkoperaw, il-medja ppeżata tal-prezzijiet unitarji għall-importazzjoni (dazji mhux imħallsa) fil-PI ammontat għal 101 EUR fil-każ ta’ importazzjoni li toriġina fiċ-Ċina, 123 EUR fil-każ ta’ importazzjoni li toriġina fiċ-Ċina imma esportata lejn it-Turkija, 180 EUR fil-każ ta’ importazzjoni li toriġina fil-Korea, 115 EUR għall-importazzjoni li toriġina fil-Malasja, 82 EUR għall-importazzjoni li toriġina fil-Malasja u esportata mit-Tajlandja u 170 EUR għall-importazzjoni li toriġina fis-Singapor.

(124) Dawn il-prezzijiet huma r-riżultat ta’ mix tal-mudelli u d-dimensjonijiet kollha ta’ l-iskrinijiet. Jekk ikun ikkunsidrat biss is-segment tas-suq ta’ televiżuri bil-kulur bi skrin żgħir (14), li jirrappreżenta madwar 50 % ta’ l-importazzjoni kollha fil-Komunità, il-medja ppeżata tal-prezzijiet unitarji għall-importazzjoni fil-PI ammontat għal 90 EUR għaċ-Ċina, 86 EUR għall-importazzjoni li toriġina fiċ-Ċina u esportata mit-Turkija, 151 EUR għall-Korea, 93 EUR għall-Malasja, 82 EUR għall-importazzjoni li toriġina fil-Malasja u esportata mit-Tajlandja u 147 EUR għas-Singapor.

(ii) Tnaqqis fil-prezzijiet

(125) Sabiex tkun eżaminata l-politika ta’ l-iffissar tal-prezzijiet għall-importazzjoni Ċiniża fis-suq komunitarju, il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni kkonċernata ġew imqabbla ma’ dawk tal-bejgħ magħmul mill-industrija komunitarja fuq is-suq tal-Komunità, netti minn kull skont, fuq l-istess livell ta’ kummerċ. Fil-każ ta’ televiżuri bil-kulur esportati mit-Turkija and li joriġinaw fiċ-Ċina, fil-Korea u fil-Malasja, dan l-eżami sar skond il-bażi tad-data relatata ma’ perijodu ta’ sitt xhur, peress li kif hu msemmi hawn fuq il-perijodu ta’ l-investigazzjoni ta’ żewġ proċeduri kkoinċidiet biss mill-1 ta’ Lulju 1999 sal-31 ta’ Diċembru 1999. Il-prezzijiet għall-importazzjoni kienu fil-livell cif fruntiera komunitarja u kienu aġġustati kif dovut biex jikkunsidraw il-ħlas tad-dazji tad-dwana u tad-dazji anti-dumping, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti wara l-importazzjoni. Il-prezzijiet ta’ l-industrija komunitarja kienu dawk applikati għall-ewwel xerrej mhux relatat f’livell ex works.

(126) Fid-dawl ta’ numru kbir ta’ tipi, it-televiżuri bil-kulur mibjugħa fis-suq tal-Komunità ġew imqassma skond dawk il-karatteristiċi meqjusa li għandhom l-akbar impatt fuq l-ispejjeż tat-televiżuri bil-kulur, notevolment id-dimensjoni ta’ l-iskrin, il-format u t-tip ta’ l-iskrin, il-frekwenza ta’ l-istampa, il-ħoss, it-teletest u s-sistema ta’ televiżjoni. Għal dawk il-pajjiżi li ma nkisbet l-ebda koperazzjoni mill-produtturi esportaturi, it-tqabbil tal-prezzijiet kien imwettaq skond il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, fi kliem ieħor data miksuba minn Eurostat, waqt li jkunu kkunsidrati d-dimensjonijiet ta’ l-iskrin.

(127) Id-divrenzi fil-prezzijiet, meta espressi bħala perċentaġġ tal-prezzijiet ta’ l-industrija komunitarja wrew marġni ta’ tnaqqis fil-prezzijiet li jvarja minn 1.9 % sa’ 34.3 % għall-pajjiżi kollha kkonċernati bl-eċċezzjoni ta’ Singapor, fejn ma nstab l-ebda tnaqqis fil-prezz.

4. Sitwazzjoni ekonomika fis-suq komunitarju

(a) Rimarka preliminarja

(128) Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija komunitarja għandha tiġi kkunsidrata fid-dawl tal-fatt li fl-1997 l-akbar produttur komunitarju għalaq ċerti faċilitajiet ta’ produzzjoni ta’ televuri bil-kulur u reġa’ fetaħhom fil-Polonja, li hi nnifisha hi konsegwenza ta’ sitwazzjoni kritika ta’ l-industrija komunitarja fuq is-suq tal-Komunità.

(b) Produzzjoni, kapaċità u użu

(129) Il-produzzjoni ta’ l-industrija komunitarja rreġistrat l-andament li ġej: minn 6.5 miljuni fl-1995, għal 6.6 miljuni fl-1996, 6 miljuni fl-1997, 6.1 miljuni fl-1998, 5.9 miljuni fl-1999 u 6 miljuni matul il-PI, fi kliem ieħor tnaqqis totali ta’ seba’ punti perċentwali.

(130) Il-kapaċità ta’ produzzjoni ta’ l-industrija komunitarja rreġistrat l-andament li ġej: minn 7.5 miljuni fl-1995 għal 7.7 miljuni fl-1996, għal 7.3 miljuni fl-1997, għal 7 miljuni fl-1998, għal 7.1 miljuni fl-1999 u matul il-PI, b’tnaqqis totali ta’ erba’ punti perċentawli matul il-perijodu kollu.

(131) Ir-rata ta’ l-utilizzazzjoni ta’ l-impjanti ta’ l-industrija komunitarja baqgħet stabbli, minn 87 % fl-1995 għal 85 % fl-1996, 82 % fl-1997, 86 % fl-1998, 83 % fl-1999 u għal 85 % fil-PI.

(ċ) Ħażniet

(132) Il-livell ta’ ħażniet ta’ l-industrija komunitarja għadda minn 500000 fl-1995 għal madwar 400000 fl-1996 u fl-1997, għal madwar 500000 fl-1998 u għal madwar 400000 fl-1999. Bl-eċċezzjoni ta’ l-1998, il-volum ta’ ħażniet baqa’ relattivament stabbli matul il-perijodu kkunsidrat, kemm bħala perċentaġġ tal-volum tal-produzzjoni (7 %) kif ukoll bħala perċentaġġ tal-volum ta’ bejgħ (8 %).

(d) Volum ta’ bejgħ u kwota tas-suq

(133) Il-volum ta’ bejgħ ta’ l-industrija komunitarja lil xerrejja mhux relatati fil-Komunità rreġistra l-andament li ġej: minn 5.9 miljuni fl-1995 u fl-1996, għal 5.4 miljuni fl-1997 u fl-1998, għal 5.3 miljuni fl-1999 u għal 5.5 miljuni matul il-PI.

(134) Il-bejgħ naqas b’7 % bejn l-1995 u l-PI. Dan baqa’ stabbli bejn l-1995 u l-1996 u naqas bi 8 % bejn l-1996 u l-1997. Bejn l-1997 u l-PI, il-bejgħ żdied bi 3 %.

(135) Il-kwota tas-suq tal-Komunità ta’ l-industrija komunitarja niżlet minn 24 % fl-1995 għal 17 % matul il-PI, li jikkorrespondi għal tnaqqis ta’ seba’ punti perċentwali.

(e) Tkabbir

(136) Filwaqt li l-konsum tal-Komunità żdied b’madwar 30 % matul il-perijodu kkunsidrat, il-volum ta’ bejgħ ta’ l-industrija komunitarja naqas b’madwar 7 % u l-volum ta’ l-importazzjoni kkonċernata żdiedet bi 73 %. Minkejja ż-żjieda fil-konsum, l-industrija komunitarja ma żidietx il-kwota tagħha tas-suq tal-Komunità, li niżel minn 24 % fl-1995 għal 17 % fil-PI. Għalhekk, l-industrija komunitarja ma setgħetx tieħu benefiċċju totali mit-tkabbir tas-suq.

(f) Prezzijiet tal-bejgħ u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet tal-Komunità

(137) It-televiżuri bil-kulur qiegħdin isiru gradwalment prodotti maturi, li jirreġistraw tnaqqis kostanti tal-prezzijiet. Dan it-tnaqqis fil-prezzijiet hu aktar evidenti fid-dimensjonijiet ta’ skrinijiet żgħar, b’numru limitat ta’ karatteristiċi u li jintużaw ġeneralment bħala t-tieni jew it-tielet sett fid-djar.

(138) L-element ta’ spiża prinċipali għal televiżuri bil-kulur hu l-prezz tat-tubu vakwu, li sikwit jirrappreżenta bejn 40 % u 60 % tal-prezz tat-televiżur. F’dan ir-rigward, ċerti produtturi komunitarji ndikaw l-eżistenza ta’ nuqqas ta’ tubi vakwi fis-suq tal-Komunità matul il-perijodu kkunsidrat, speċjalment fl-1999 u fil-PI. Barra dan, diversi produtturi komunitarji ndikaw ukoll li minħabba li parti mit-tubi vakwi inkorporati fit-televiżuri bil-kulur fabbrikati fil-Komunità hi mixtrija f’dollari Amerikani, l-ispiża medja tat-tubi vakwi żdiedet fl-1999 u matul il-PI għall-proċeduri tal-Komunità minħabba l-iżvilupp tar-rati tal-kambju.

(139) Il-medja ppeżata tal-prezzijiet unitarji ta’ l-industrija komunitarja applikati għal xerrejja mhux relatati rreġistrat l-andament li ġej: minn 300 EUR fl-1995 għal 302 EUR fl-1996, 306 EUR fl-1997, 320 EUR fl-1998, 309 EUR fl-1999 u 319 EUR matul il-PI. Il-prezzijiet medji għall-bejgħ ma jurux tnaqqis fil-prezz, minħabba li hu r-riżultat ta’ mix tal-prodott tat-tipi mibjugħa.

(140) Madankollu, it-tnaqqis fil-prezziet hu evidenti jekk jiġu eżaminati l-prezzijiet medji tal-prodott skond id-dimensjoni ta’ l-iskrin. Per eżempju, il-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-bejgħ użati fl-industrija komunitarja għat-televiżuri bil-kulur bi skrin b’daqs ta’ 14” niżlet minn 105 EUR fl-1999 għal 102 EUR matul il-PI. Il-prezz tat-televiżuri bil-kulur bi skrin b’daqs ta’ 21” niżel minn 172 EUR għal 168 EUR filwaqt li dak tat-televiżuri bil-kulur bi skin b’daqs ta’ 28” niżel minn 380 EUR għal 350 EUR.

(141) B’konklużjoni, iż-żjieda fil-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-industrija komunitarja hi r-riżultat ta’ tibdil fil-mix tal-prodott lejn dawk it-tipi li għandhom valur miżjud għola.

(g) Impjieg

(142) Matul il-perijodu eżaminat, l-impjieg fil-Komunità naqas b’20 %, waqt li rreġistra l-andament li ġej: minn 6500 impjegat fl-1995, għal 6000 impjegat fl-1996, għal 5600 impjegat fl-1997, għal 5000 impjegat fl-1998, għal 5100 impjegat fl-1999 u għal 5200 impjegat matul il-PI.

(h) Produttività

(143) Il-produttività fl-industrija komunitarja żdiedet minn 1000 unità għal kull impjegat fl-1995 għal 1100 fl-1996 u fl-1997, 1200 fl-1998 u 1150 fl-1999 u fil-PI, bi tkabbir totali ta’ 16 %.

(i) Pagi

(144) Il-pagi ta’ l-industrija komunitarja għal kull impjegat baqgħu stabbli fl-1995 u fl-1996, żdiedu bi 2 % fl-1997, b’1 % fl-1998 u b’żjieda oħra ta’ 7 % fl-1999.

(j) Investimenti

(145) L-investimenti mill-industrija komunitarja relatati ma’ televiżuri bil-kulur żdiedu minn 48 miljun EUR fl-1995, għal 52 miljun EUR matul il-PI, fi kliem ieħor żjieda ta’ 10 %. L-investimenti jirrappreżentaw madwar 2 % tal-profitt. Bl-eċċezzjoni ta’ l-1996 u ta’ l-1997, il-livell ta’ investimenti mill-industrija komunitarja baqa’ relattivament stabbli matul il-perijodu kkunsidrat. L-investimenti magħmula mill-industrija komunitarja fil-PI kienu jikkonsistu prinċiparjament fl-istabbiliment ta’ faċilitajiet ta’ ħażna awtomatiċi.

(k) Profitt

(146) Id-dħul fuq il-bejgħ nett magħmul mill-industrija komunitarja fuq is-suq tal-Komunità, qabel it-taxxi, evolva minn -2.7 % fl-1995 għal + 1.3 % matul il-PI. Wara sforzi ta’ ristrutturar, il-punt tal-bilanċ intlaħaq fl-1996. Il-profitt ta’ l-industrija komunitarja ttejjeb fl-1997, b’koinċidenza ma’ aktar strutturar permezz ta’ rilokazzjoni lejn il-Polonja ta’ parti mill-produzzjoni tal-produtur prinċipali. Fl-1998, il-profitt baqa’ fuq l-istess livell, minħabba żjieda fil-prezzijiet tal-bejgħ, li kkoinċidiet ma’ avvenimenti sportivi importanti bħall-kampjonati mondjali tal-futboll. Bejn l-1998 u l-1999 il-profitt mar għall-agħar, minħabba tnaqqis fil-prezzijiet għall-bejgħ. Bejn l-1999 u l-PI il-profitt ittejjeb, minħabba żjieda fil-prezzijiet tal-bejgħ, li kienet riżultat fit-tibdil fil-mix tal-prodott, għalkemm baqa’ f’livell baxx.

(l) Fluss tal-flus, dħul fuq l-investimenti u kapaċità li jinkiseb kapital

(147) Il-fluss tal-flus ta’ l-industrija komunitarja kkalkolat bħala l-profitt qabel it-taxxi inkluż oġġetti mhux f’kontanti, wara li ġie rreġistrat irkupru fl-1997, naqas b’mod progressiv sal-PI.

(148) Fir-rigward tal-profitt fuq l-invstimenti, dan kien madwar 15 % fl-1995, negattiv fl-1996, b’mod ċar pożittiv fl-1997 u fl-1998, kemm kemm pożittiv fl-1999 u matul il-PI.

(149) L-ebda waħda mill-kumpanniji li jikkostitwixxu l-industrija komunitarja ma indikat xi diffikultajiet partikolari biex tikseb il-kapital.

(m) L-importanza tal-marġni ta’ dumping u rkupri mill-effetti ta’ prattika preċedenti ta’ dumping

(150) Fir-rigward ta’ l-impatt fuq l-industrija komunitarja ta’ l-importanza tal-marġni attwali ta’ dumping, minħabba l-volum u l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati, dan l-impatt ma jistax ikun meqjus bħala negliġibbli. Is-sitwazzjoni ta’ l-industrija komunitarja ttejbet fil-perijodu kkunsidrat. Madankollu, ma rkupratx totalment mill-prattika preċedenti ta’ dumping u qed tkompli tkun dgħajfa.

5. Konklużjoni

(151) Wara l-istabbiliment tal-miżuri fl-1995, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija komunitarja ttejjbet, u sa’ l-1997, is-sena meta seħħ ristrutturar sinjifikanti, il-profitt tagħha laħaq livell sodisfaċenti.

(152) Madankollu, wara l-1998, is-sitwazzjoni ta’ l-industrija komunitarja ħżienet, partikolarment fit-termini tal-profitt li naqas għal 1.3 % fil-PI. Il-profitt baxx fl-1999 kien dovut għal tnaqqis fil-prezzijiet għall-bejgħ, li ma kienux biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż dejjem jiżdiedu ta’ l-industrija komunitarja. Fil-PI, minkejja żjieda fil-prezzijiet, l-ispejjeż żdiedu aktar mill-prezzijiet, l-aktar minħabba żjieda fil-prezzijiet tat-tubu vakwu, il-fattur prinċipali fil-produzzjoni tat-televiżuri bil-kulur, u minħabba l-pressjoni eżerċitata fuq il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni, liema kienet ta’ tfixkil għall-profitt ta’ l-industrija komunitarja biex jittejjbu għal-livelli ta’ l-1997 u ta’ l-1998.

(153) Barra dan, minkejja żjieda fil-konsum komunitarju (31 % matul il-perijodu kkunsidrat), l-industrija komunitarja ma bbenefikatx minn dan it-tkabbir tas-suq u tilfet il-kwota tas-suq, li niżlet minn 24 % fl-1995 għal 17 % fil-PI.

(154) Fid-dawl tal-preċedenti ġie konkluż li s-sitwazzjoni ta’ l-industrija komunitarja ttejjbet mill-1995 iżda għadha dgħajfa.

6. Impatt ta’ l-importazzjoni kkonċernata

(155) L-investigazzjoni wriet li, minkejja l-eżistenza ta’ miżuri anti-dumping, l-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati żdiedet bi 73 % matul il-perijodu kkunsidrat, filwaqt li l-konsum żdied biss b’31 %. L-akbar żjieda seħħet bejn l-1997 u l-1998, meta l-importazzjoni żdiedet bi 42 %, li kienet tikkoinċidi ma’ l-akbar żjieda fil-konsum (+ 12 %). Il-kwota tas-suq tal-Komunità miżmuma mill-importazzjoni kkonċernata żdiedet minn 5.7 % fl-1995 għal 7.5 % fil-PI.

(156) Id-diveri pajjiżi kkonċernati rreġistraw riżultati differenti bejniethom fir-rigward ta’ l-esportazzjoni. L-importazzjoni li toriġina f’Singapor naqset matul il-perijodu kkunsidrat, bi kwota tas-suq tal-Komunità qrib iż-0 % fil-PI. L-importazzjoni li toriġina fiċ-Ċina żdiedet sostanzjalment, iż-żjieda hi attribwita għall-importazzjoni tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fiċ-Ċina esportati mit-Turkija. Il-kwota tas-suq Ċiniż telgħet minn 1.2 % fl-1995 għal 3.9 % matul il-PI. L-importazzjoni li toriġina fil-Korea żdiedet sostanzjalment bejn l-1998 u l-1999 u l-kwota tas-suq tagħha telgħet minn 0.4 % fl-1995 għal 2 % matul il-PI. L-importazzjoni li toriġina fil-Malasja naqset. Il-kwota tas-suq tagħha naqset minn 3.9 % għal 1.6 %.

(157) Fir-rigward tal-prezzijiet ta’ l-importazzjoni kkonċernata, bl-eċċezzjoni ta’ dik li toriġina fis-Singapor, dawn kienu inferjuri għal dawk prattikati fl-industrija komunitarja matul il-PI. Barra dan, l-importazzjoni kkonċernata eżerċitat pressjoni fuq il-prezzijiet ta’ l-industrija komunitarja, liema pressjoni fixxklet milli dawn il-prezzijiet jkunu jistgħu jirriflettu ż-żjieda fl-ispejjeż sostnuta mill-industrija komunitarja, speċjalment fl-1999 u fil-PI. Għalhekk, il-pressjoni fuq il-prezzijiet eżerċitata mill-pajjiżi kkonċernati kkontribwit għal deterjorament tal-profitt ta’ l-industrija komunitarja.

7. Volumi u prezzijiet ta’ l-importazzjoni li ġejja minn pajjiż terzi oħra

(158) L-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra ġiet stabbilita skond il-bażi tad-data ta’ l-Eurostat u tinkludi wkoll televiżuri bil-kulur esportati mit-Turkija imma li joriġinaw f’wieħed minn dawn il-pajjiżi terzi, skond il-konklużjonijiet dwar l-oriġini għall-PI. Għandu jkun osservat li l-figuri pprovduti mill-Eurostat, li kienu l-unika informazzjoni disponibbli, jistgħu ma jirriflettux l-oriġini attwali tat-televiżuri bil-kulur importati fil-Komunità minn pajjiżi terzi oħra.

(159) Il-volum ta’ televiżuri bil-kulur importati minn pajjiżi terzi oħra żdied b’aktar minn 800 % matul il-perijodu kkunsidrat, minn miljun unità fl-1995 għal 8.9 miljuni fil-PI. L-esportazzjoni prinċipali oriġinat fil-Polonja (minn 401000 fl-1995 għal 5.3 miljuni matul il-PI), fl-Ungerija (minn 115000 għal 1.6 miljuni) fil-Lituwanja (minn 114000 għal 920000) u fir-Repubblika Ċeka (minn 2000 għal 660000).

(160) Fir-rigward tal-kwota tas-suq tal-Komunità, din telgħet minn 4.2 % fl-1995 għal 27.3 % matul il-PI, fejn il-Polonja iżżomm 16.4 %, l-Ungerija żżomm 4.8 %, il-Lituwanja żżomm 2.8 %, ir-Repubblika Ċeka żżomm 2 % u esportaturi oħra jżommu 1.3 %.

(161) Fir-rigward tal-prezzijiet ta’ din l-importazzjoni, dawk ta’ l-importazzjoni li toriġina fil-Polonja u fil-Lituwanja huma inferjuri għal dawk ta’ l-industrija komunitarja u xi ftit jew wisq allinjati ma’ dawk ta’ xi wħud mill-pajjiżi kkonċernati. Ma jistax għalhekk ikun eskluż li din l-importazzjoni kkontribwit għal staġnar tal-bejgħ u tal-kwota tas-suq mill-industrija komunitarja u għal tnaqqis fil-prezzijiet u tnaqqis fil-profitt fil-PI.

(162) F’konklużjoni, l-importazzjoni minn pajjiżi terzi oħra żdiedet b’mod sinjifikanti matul il-perijodu kkunsidrat, b’miżura superjuri ħafna għaż-żjieda fil-konsum apparenti u kif ukoll għaż-żjieda fil-volum ta’ l-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati.

H. PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIPETIZZJONI TA’ L-INĠURJA

1. Analiżi tas-sitwazzjoni tal-produtturi esportaturi mill-pajjiżi kkonċernati

(a) Ċina

(163) Fil-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ ripetizzjoni ta’ inġurja, ittieħdu f’konsiderazzjoni t-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fiċ-Ċina kemm jekk esportati miċ-Ċina jew jekk esportati minn pajjiżi oħra, bħat-Turkija.

(i) Volum probabbli ta’ esportazzjoni

(164) L-importazzjoni fil-Komunità ta’ televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Ċiniża żdiedet b’413 % matul il-perijodu kkunsidrat. L-esportazzjoni miċ-Ċina naqset bejn l-1995 u l-1996 u baqgħet madwar l-istess livell bejn l-1996 u l-PI. L-esportazzjoni mit-Turkija żdiedet b’mod kontinwu minn madwar 190000 sett fl-1995 għal madwar 1.2 miljun sett fil-PI. ’Il fuq minn 95 % ta’ l-importazzjoni li toriġina fiċ-Ċina fil-PI ikkorrispondiet għal televiżuri bil-kulur bi skrin ta’ dimensjoni żgħira (14”).

(165) L-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal reviżjoni wriet li fiċ-Ċina jeżistu kapaċitajiet sinjifikattivi ta’ produzzjoni, għal madwar 40 miljun sett. Barra dan, ġiet ipprovduta wkoll informazzjoni li turi li l-livell ta’ produzzjoni kien ta’ madwar 31 miljun sett u l-konsum domestiku kien ta’ madwar 23 miljun sett, li ħalla ammont sostanzjali ta’ televiżuri bil-kulur disponibbli għall-esportazzjoni.

(166) Il-produtturi esportaturi Ċiniżi min-naħa tagħhom sostnew li waqt li l-produzzjoni u l-kapaċità attwalment qed jabqżu d-domanda, id-domanda interna Ċiniża għal televiżuri bil-kulur x’aktarx se tiżdied fil-futur qrib, u dan ma jħalli l-ebda kapaċità ta’ produzzjoni disponibbli għall-esportazzjoni. Madankollu, l-ebda evidenza ma ġiet ipprovduta biex issostni din l-affermazzjoni.

(167) L-investigazzjoni wriet li l-konsum intern Ċiniż żdied b’mod kontinwu, waqt li tela’ minn stima ta’ 17-il miljun sett fl-1996 għal stima ta’ madwar 23 sett fl-2000. Madankollu, anke il-produzzjoni żdiedet matul l-istess perijodu, għal livell superjuri għall-konsum intern b’figura bejn 7 u 10 miljuni ta’ settijiet.

(168) Instab ukoll li l-esportazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Ċiniża lejn l-Istati Uniti kif irrapportat fl-istatistiċi ta’ l-Eurostat żdiedet b’mod sostanzjali minn madwar 220000 sett fl-1996 għal madwar 900000 sett fl-2000, bi prezzijiet li kienu inferjuri b’mod sostanzjali għal dawk ta’ l-esportazzjoni Ċiniża fil-Komunità. L-esportazzjoni tat-televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Ċiniża lejn il-Ġappun żdiedet minn madwar 1.3 miljun sett fl-1996 għal madwar 2.3 miljun sett fl-2000. L-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal reviżjoni ndikat li din kienet esportazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur fabbrikati minn sussidjarji tal-produtturi Ġappuniżi fiċ-Ċina u mibjugħa fil-Ġappun permezz tas-sistemi kumplessi proprji tagħhom ta’ distribuzzjoni.

(169) Fid-dawl tal-preċedenti, ġie konkluż li minkejja żjieda fil-konsum intern fiċ-Ċina, fil-pajjiż ġew irreġistrati produzzjoni u kapaċità żejda għall-esportazzjoni. Minn din il-konklużjoni jirriżulta li hu probabbli li l-volum ta’ esportazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw miċ-Ċina lejn il-Komunità se jiżdied jekk jitħassru l-miżuri anti-dumping.

(ii) Prezzijiet probabbli għall-esportazzjoni

(170) Paragun tal-prezzijiet ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw miċ-Ċina kif irrapportat minn Eurostat u mill-produtturi esportaturi Torok li kkoperaw ma’ dawk ta’ l-industrija komunitarja fil-PI juri li l-prezzijiet tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fiċ-Ċina kienu inferjuri b’mod sostanzjali minn dawk ta’ l-industrija komunitarja, bejn 18.9 % u 34.3 %. L-informazzjoni pprovduta minn partijiet ikkonċernati turi li l-maġġor parti ta’ l-esportazzjoni Ċiniża fil-Komunità hi rrappreżentata minn televiżuri bi skrin b’dimensjoni żgħira (14”) b’numru ġeneralment inferjuri ta’ karatteristiċi u fejn il-marġni għal divrenzali tal-prezzijiet bejn il-mudelli hu aktar imnaqqas. Għalhekk, hu kkunsidrat li l-kalkolu tat-tnaqqis fil-prezzijiet skond din il-bażi jirrifletti b’mod adegwat id-divrenzali tal-prezzijiet bejn televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Ċiniża u dawk tal-produzzjoni komunitarja.

(171) Il-prezzijiet għall-esportazzjoni Ċiniża medji ppeżati tal-prodott mibjugħ fl-Istati Uniti, mingħajr distinzjoni fid-dimensjoni ta’ l-iskrin, maqluba għal prezz ikkostruwit cif f’livell fruntiera komunitarja, kienu wkoll inferjuri b’mod sinjifikanti mill-prezzijiet ta’ l-industrija komunitarja.

(172) Mill-preċedenti jista’ jiġi konkluż li hu probabbli li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni miċ-Ċina lejn il-Komunità jistgħu jkunu inferjuri minn dawk użati fl-industrija komunitarja, jekk il-miżuri jitħallew. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li teżisti l-probabbiltà ta’ ripetizzjoni ta’ inġurja.

(b) Korea

(173) Fl-1998, ir-Regolament dwar televiżuri bil-kulur ġie emendat fir-rigward l-importazzjoni li toriġina, fost oħrajn, fil-Korea. Il-marġni ta’ dumping misjub għal żewġ produtturi esportaturi Koreani, LG Electronics u Samsung Electronics, kien de minimus u għalhekk l-ebda dazju anti-dumping ma ġie impost fuq dawn iż-żewġ produtturi esportaturi.

(174) Fil-valutazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew tar-ripetizzjoni ta’ l-inġurja ittieħdu f’konsiderazzjoni televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Koreani esportati mill-Korea u wkoll minn pajjiżi oħra kkonċernati, bħat-Tajlandja u t-Turkija.

(i) Volum probabbli ta’ esportazzjoni

(175) L-esportazzjoni tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Korea naqset minn madwar 98000 sett fl-1995 għal madwar 80000 fl-1997. Fl-1998 il-volum ta’ l-importazzjoni żdied għal madwar 200000 sett. L-inportazzjoni baqgħet tiżdied għal madwar 500000 sett fl-1999 u għal madwar 650000 sett fil-PI. L-akbar żjieda fil-volum ta’ l-importazzjoni seħħet fi skrinijiet b’dimensjoni medja/kbira. Il-kwota ta’ suq tal-Komunità miżmuma mill-importazzjoni koreana fil-PI kienet tgħodd għal 2 %.

(176) L-importazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Korea fl-Istati Uniti kienu soġġetti għal miżuri anti-dumping mill-1984. Madankollu, f’Novembru ta’ l-1998 l-Istati Uniti ħalliet jiskadu dawn il-miżuri minħabba n-nuqqas ta’ risposta mill-industrija nazzjonali ta’ l-Istati Uniti għall-avviż ta’ bidu minħabba skadenza. Il-volum ta’ l-importazzjoni tal-prodott fl-Istati Uniti, skond il-bażi ta’ l-istatiċi ta’ l-Eurostat, żdied b’mod kontinwu minn madwar 150000 sett fl-1996 għal madwar 600000 sett fl-1999 u fl-2000. Iż-żjieda sinjifikanti fil-volum ta’ l-esportazzjoni lejn l-Istati Uniti fl-1999 ikkoinċidiet mar-revoka tad-dazji anti-dumping fis-seħħ fl-Istati Uniti fuq l-importazzjoni li toriġina fil-Korea.

(177) L-esportazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Korea għall-Ġappun naqset minn madwar miljun sett fl-1996 għal madwar 700000 fl-1999 u kellha aktar tnaqqis b’mod sinjifikanti għal madwar 380000 fl-2000.

(178) Skond l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni, fil-Korea hemm kapaċitajiet konsiderevoli ta’ produzzjoni u li l-konsum intern jassorbi inqas minn 15 % tal-produzzjoni interna, liema jħalli marġni sostanzjali għal żjieda fl-esportazzjoni. Hemm ukoll kapaċitajiet konsiderevoli ta’ produzzjoni għal tubi vakwi fil-Korea.

(179) Mill-preċedenti jista’ jiġi konkluż li teżisti probabbiltà li l-volum ta’ importazzjoni se jkompli jiżdied jekk jitħallew jiskadu l-miżuri anti-dumping.

(ii) Prezzijiet probabbli għall-esportazzjoni

(180) Paragun tal-prezzijiet ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Korea kif irrapportat minn Eurostat u mill-produtturi esportaturi Torok u dawk Tajlandiżi ma’ dawk ta’ l-industrija komunitarja fil-PI ta’ reviżjoni - paragun effettwat għal kull mudell differenti skond id-dimensjoni ta’ l-iskrin - juri li l-prezzijiet tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Korea kienu inferjuri b’mod sostanzjali minn dawk ta’ l-industrija komunitarja, bejn 11 % u 36 % fil-Korea.

(181) Il-prezzijiet għall-esportazzjoni Koreana medji ppeżati tal-prodott mibjugħ fl-Istati Uniti fil-PI, mingħajr distinzjoni fid-dimensjoni ta’ l-iskrin, maqluba għal prezz ikkostruwit cif f’livell fruntiera komunitarja, kienu wkoll inferjuri mill-prezzijiet ta’ l-industrija komunitarja.

(182) Mill-preċedenti jista’ jiġi konkluż li hu probabbli li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mill-Korea lejn il-Komunità jistgħu jkunu inferjuri minn dawk użati fl-industrija komunitarja, jekk il-miżuri jitħallew. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li teżisti l-probabbiltà ta’ ripetizzjoni ta’ inġurja.

(ċ) Il-Malasja

(183) Fil-valutazzjoni tal-probabbiltà tal-kontinwazzjoni jew tar-ripetizzjoni ta’ l-inġurja ittieħdu f’konsiderazzjoni televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Malasja, kemm jekk esportati mill-Malasja kif ukoll jekk esportati minn pajjiżi oħra, bħat-Tajlandja u t-Turkija.

(i) Volum probabbli ta’ esportazzjoni

(184) L-esportazzjoni tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Malasja naqset minn madwar 970000 sett fl-1995 għal madwar 530000 fil-PI u l-kwota tagħhom tas-suq tal-Komunità naqset minn 3.9 % fl-1995 għal 1.6 % fil-PI. Madwar 90 % ta’ din l-esportazzjoni saret mit-Tajlandja.

(185) Il-volum ta’ l-importazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Malasja fl-Istati Uniti, skond il-bażi ta’ l-istatiċi ta’ l-Eurostat, żdied minn madwar 3 miljun sett fl-1996 u fl-1997 għal 3.6 miljuni fl-1998, għal 5.4 miljun fl-1999 u għal 7 miljun sett fl-2000.

(186) Il-volum ta’ l-importazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Malasja fil-Ġappun żdied minn 2.5 miljun sett bejn l-1996 u l-1998 għal 3 miljun sett fl-1999 u mbagħad għal 4 miljun sett fl-2000.

(187) L-informazzjoni pprovduta mill-applikant fit-talba għal reviżjoni turi li l-produtturi tal-Malasja qed jużaw bi sħiħ il-kapaċità tagħhom u madwar 5 % biss tal-produzzjoni interna hi ddestinata għas-suq intern, il-bqija hi ddestinata bażikament għall-Ġappun, għall-Istati Uniti u għas-suq tal-Komunità.

(188) Hu għalhekk konkluż li tista’ sseħħ ċerta żjieda fil-volum ta’ l-importazzjoni tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Malasja jekk jitħassru l-miżuri anti-dumping.

(ii) Prezzijiet probabbli għall-esportazzjoni

(189) Paragun tal-prezzijiet ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Malasja kif irrapportat minn Eurostat u mill-produtturi esportaturi Torok u dawk Tajlandiżi ma’ dawk ta’ l-industrija komunitarja fil-PI ta’ reviżjoni - paragun effettwat għal kull mudell differenti skond id-dimensjoni ta’ l-iskrin - juri li l-prezzijiet tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Malasja kienu inferjuri b’mod sostanzjali minn dawk ta’ l-industrija komunitarja, bejn 17 % u 21 % fil-Korea.

(190) Il-prezzijiet għall-esportazzjoni tal-Malasja medji ppeżati tal-prodott mibjugħ fl-Istati Uniti fil-PI, mingħajr distinzjoni fid-dimensjoni ta’ l-iskrin, maqluba għal prezz ikkostruwit cif f’livell fruntiera komunitarja, kienu inferjuri mill-prezzijiet ta’ l-industrija komunitarja. Minħabba l-livell ta’ fissazzjoni tal-prezzijiet ipprattikat mill-esportaturi tal-Malasja tal-prodott fl-Istati Uniti, pajjiż terz li jirrappreżenta suq importanti, ma jistax jiġi eskluż li, jekk jitħassru l-miżuri anti-dumping, kwantitajiet sinjifikattivi ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Malasja jistgħu jiġu esportati lejn il-Komunità bi prezzijiet ta’ dumping, li joħolqu għalhekk inġurja lill-industrija komunitarja.

(191) Mill-preċedenti jista’ jiġi konkluż li hu probabbli li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mill-Malasja lejn il-Komunità jistgħu jkunu inferjuri minn dawk użati fl-industrija komunitarja, jekk il-miżuri jitħallew. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li teżisti l-probabbiltà ta’ ripetizzjoni ta’ inġurja.

(d) Singapor

(192) Peress li ma nkisbet l-ebda koperazzjoni minn kwalunkwe produttur esportatur f’dan il-pajjiż, l-analiżi tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ ripetizzjoni ta’ inġurja kienet ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

(i) Volum probabbli għall-esportazzjoni

(193) Kif diġà msemmi fil-premessa 103, hu improbabbli li l-abrogazzjoni tal-miżuri anti-dumping se tirriżulta f’żjieda fil-volum ta’ l-esportazzjoni li ġejja minn Singapor fil-Komunità. Din il-konklużjoni ntlaħqet fid-dawl tal-fatt li l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni f’Singapor naqsu minħabba d-diskontinwazzjoni tal-produzzjoni minn diversi produtturi lokali, il-fatt li l-volum ta’ l-importazzjoni ma żdiedx matul il-perijodu kkunsidrat minkejja dazju anti-dumping ta’ 0 % applikabbli għal żewġ produtturi esportaturi u l-livell baxx ta’ esportazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw f’Singapor lejn swieq terzi.

(ii) Prezzijiet probabbli għall-esportazzjoni

(194) Paragun tal-prezzijiet tat-televiżuri bil-kulur esportati minn Singapor ma’ dawk ta’ l-industrija komunitarja juri li l-prezzijiet tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw f’Singapor ma kienux inferjuri għal dawk ta’ l-industrija komunitarja.

(195) Il-prezzijiet medji ta’ l-esportazzjoni minn Singapor lejn l-Istati Uniti, mingħajr distinzjoni fid-dimensjonijiet ta’ l-iskrin, kienu superjuri minn dawk għall-esportazzjoni lejn il-Komunità fl-1997, fl-1998 u fl-2000, bl-eċċezzjoni ta’ l-1999.

(196) Mill-preċedenti jista’ jiġi konkluż li hu improbabbli li fin-nuqqas tal-miżuri anti-dumping importazzjoni bħal din se ssir bi prezzijiet li jistgħu jikkontribwixxu għad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija komunitarja. Ġie għalhekk konkluż li ripetizzjoni ta’ inġurja kkawżata mill-importazzjoni li toriġina f’Singapor hi improbabbli.

(e) Tajlandja

(197) Skond l-informazzjoni li tinsab fit-talba għal reviżjoni numru ta’ produtturi ta’ televiżuri bil-kulur jeżistu fit-Tajlanda, għalkemm wieħed biss minnhom ikkopera matul l-investigazzjonijiet. Madankollu, dan il-produttur esportatur instab li esporta lejn il-Komunità televiżuri bil-kulur li joriġinaw f’pajjiżi kkonċernati għajr it-Tajlandja. Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, il-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ ripetizzjoni ta’ dumping inġurjuż saret skond il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli.

(i) Volum probabbli ta’ l-esportazzjoni

(198) Skond l-informazzjoni mogħtija mill-applikant fit-talba għal reviżjoni, fit-Tajlandja hemm reġistrati kapaċitajiet sinjifikattivi ta’ produzzjoni ta’ televiżuri bil-kulur, li żdiedet minn madwar 4.5 miljun unità fl-1996 għal madwar 5.3 miljuni fl-2000.

(199) Matul l-istess perijodu nstab li l-konsum domestiku fit-Tajlandja naqas minn madwar 1.2 miljun unità fl-1996 għal madwar 840000 fl-2000, li ħalla għalhekk kwantitajiet sinjifikattivi disponibbli għall-esportazzjoni.

(200) Skond il-bażi ta’ l-informazzjoni pprovduta mill-Eurostat, il-volum ta’ l-importazzjoni tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fit-Tajlandja fil-Ġappun naqas minn 1.5 miljun unità fl-1996 għal 1.3 miljuni fl-2000. Għall-kuntrarju, il-volum ta’ l-importazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Tajlandiżi fl-Istati Uniti żdied minn 1.2 miljun unità fl-1996 għal 4.7 miljuni fl-2000. Ġie għalhekk konkluż li l-konsum intern, li sostna kontrazzjoni matul il-perijodu eżaminat, hu kapaċi jassorbi biss parti marġinali tal-produzzjoni totali Tajlandiża ta’ televiżuri bil-kulur.

(201) Barra dan, skond l-informazzjoni disponibbli għas-servizzi tal-Kummissjoni, fit-Tajlandja jirreġistraw kapaċitajiet konsiderevoli ta’ produzzjoni ta’ tubi vakwi, kapaċità li żdiedet minn madwar 6.6 miljuni fl-1997 għal madwar 7.7 miljuni fl-2000.

(202) Mill-preċedenti jista’ jiġi konkluż li żjieda fil-volum ta’ l-importazzjoni tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fit-Tajlandja tista’ sseħħ jekk jitħassru l-miżuri anti-dumping.

(ii) Prezzijiet probabbli għall-esportazzjoni

(203) Il-prezzijiet medji ppeżati għall-esportazzjoni Tajlandiża lejn l-Istati Uniti u lejn il-Ġappun fil-PI, mingħajr distinzjoni fid-dimensjonijiet ta’ l-iskrin, maqluba għal prezz ikkostruwit cif f’livell fruntiera komunitarja, kienu inferjuri mill-prezzijiet ta’ l-industrija komunitarja u allinjati ma’ dawk li joriġinaw fil-Malasja, fi kliem ieħor importazzjoni għal liema ġie konkluż li teżisti probabbiltà ta’ ripetizzjoni ta’ dumping inġurjuż.

(204) Minħabba l-livell ta’ fissazzjoni tal-prezzijiet minn esportaturi Tajlandiżi fuq swieq prinċipali oħra tal-pajjiżi terzi, prinċipalment l-Istati Uniti ta’ l-Amerika (4.7 miljun sett) u l-Ġappun (1.4 miljun sett) fl-2000, ma jistax jiġi eskluż li, jekk jitħallew jiskadu l-miżuri anti-dumping, kwantitajiet sinjifikanti ta’ televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Tajlandiża jistgħu jiġu esportati lejn il-Komunità bi prezzijiet ta’ dumping, u għalhekk tinħoloq inġurja lill-industrija komunitarja.

(205) Ġie għalhekk konkluż li hemm probabbiltà ta’ ripetizzjoni ta’ dumping inġurjuż li tirriżulta mill-importazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur ta’ oriġini Tajlandiża jekk jitħassru l-miżuri attwali ta’ anti-dumping.

2. Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta’ ripetizzjoni ta’ inġurja għall-industrija komunitarja

(206) Skond il-bażi tal-preċedenti hemm probabbiltà li l-abrogazzjoni tal-miżuri anti-dumping fuq l-importazzjoni tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fiċ-Ċina, fil-Korea, fil-Malasja u fit-Tajlandja tista’ tirriżulta f’żjieda fuq il-volum ta’ l-importazzjoni li toriġina f’dawn il-pajjiżi fil-Komunità, liema tnaqqas mill-kwota tas-suq tal-Komunità miżmuma mill-industrija komunitarja.

(207) Minħabba l-konklużjonijiet fir-rigward tal-politika ta’ fissazzjoni tal-prezzijiet ta’ din l-importazzjoni fil-Komunità u, fejn kienet disponibbli l-informazzjoni, f’pajjiżi terzi oħra, hemm probabbiltà li żjieda fil-volum ta’ l-importazzjoni bi prezz baxx se teżerċita pressjoni fuq il-prezzijiet ta’ l-industrija komunitarja. Dan imbagħad iwassal għal deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija finanzjarja. Għalhekk, ġie konkluż li hemm probabbiltà ta’ ripetizzjoni ta’ inġurja kkawżata mill-importazzjoni li hi l-oġġett ta’ dumping li toriġina fil-pajjiżi kkonċernati.

(208) Min-naħa l-oħra, minħabba l-konklużjonijiet fir-rigward ta’ l-importazzjoni tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw f’Singapor, hu improbabbli li din l-importazzjoni se tikkontribwixxi għad-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija komunitarja. Konsegwentament, mhux meqjus li hemm probabbiltà ta’ ripetizzjoni ta’ inġurja jekk jitħassru l-miżuri kontra l-importazzjoni minn Singapor.

I. INTERESS TAL-KOMUNITÀ

(209) Skond l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk il-manteniment tal-miżuri anti-dumping hux se jkun fl-interess ġenerali tal-Komunità.

(210) Hu mfakkar li l-miżuri anti-dumping ilhom fis-seħħ fuq l-importazzjoni tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Korea mill-1990, għal dik li toriġina fiċ-Ċina mill-1991 u għal dik li toriġina fil-Malasja, f’Singapor u fit-Tajlandja mill-1995.

1. Interess ta’ l-industrija komunitarja

(a) Tibdil fis-sitwazzjoni ta’ l-industrija komunitarja

(211) Fl-investigazzjoni preżenti, l-industrija komunitarja hi magħmula minn ħames produtturi mil-liema wieħed hu kumpannija kbira multinazzjonali li, fost l-attivitajiet tagħha, taħdem fuq is-suq mondjali tat-televiżuri bil-kulur, wieħed hu kumpannija medja b’żewġ impjanti ta’ produzzjoni fil-Komunità u t-tlieta l-oħra huma kumpanniji żgħar b’impjanti ta’ produzzjoni fl-Italja u fi Spanja.

(212) L-investigazzjoni wriet li l-industrija komunitarja ħadet benefiċċju mill-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Fl-aħħar snin, għamlet sforzi konsiderevoli biex tirristruttura u ttejjeb il-produttività tagħha permezz ta’ razzjonalizzazzjoni. Mill-imposizzjoni tal-miżuri anti-dumping inizjali fl-1990 ċerti produtturi tal-Komunità għalqu l-faċilitajiet tagħhom; oħrajn irristrutturaw b’mod konsiderevoli billi kkonċentraw fuq impjanti determinati ta’ produzzjoni u oħrajn irrilokaw parti mill-faċilitajiet tagħhom ta’ produzzjoni lejn pajjiżi terzi oħra. Partikolarment, mill-imposizzjoni tal-miżuri anti-dumping fl-1995, l-akbar produttur komunitarju rriloka parti mill-faċilitajiet tiegħu ta’ produzzjoni lejn il-Polonja.

(b) Impatt tal-kontinwazzjoni tal-miżuri

(213) Għalkemm matul il-perijodu kkunsidrat is-sitwazzjoni ta’ l-industrija komunitarja ttejjbet, ċerti indikaturi ekonomiċi wrew andament imnaqqas. It-tnaqqis ta’ l-industrija komunitarja fil-produzzjoni, fil-bejgħ u fil-kwota tas-suq bejn l-1995 u l997 hu prinċipalment spjegat mill-għeluq ta’ ċerti faċilitajiet ta’ produzzjoni fl-Unjoni Ewropea mill-akbar produttur komunitarju tat-televiżuri bil-kulur. Bejn l-1997 u l-PI l-industrija komunitarja reġgħet kisbet il-produzzjoni u l-bejgħ imma l-kwota tas-suq tal-Komunità naqset, peress li ż-żjieda fil-konsum matul dak il-perijodu kien biss għall-benefiċċju ta’ televiżuri bil-kulur importati.

(214) Fir-rigward tal-profitt, il-profitt fuq il-bejgħ miksub mill-industrija komunitarja ttejjeb b’mod sinjifikanti minn –2.7 % fl-1995 għal 5.3 % fl-1998, iżda ddeterjora għal 0.8 % fl-1999 u mbagħad laħaq 1.3 % fil-PI. Id-deterjorament nett fil-profitt fl-1999 jista’ jkun attribwit għal tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija komunitarja determinat mill-pressjoni tal-prezzijiet baxxi ta’ l-importazzjoni kkonċernata, flimkien ma’ żjieda fl-ispejjeż tagħha. It-titjib baxx fil-profitt ta’ l-industrija komunitarja fil-PI seħħ minħabba żjieda moderata fil-prezzijiet tal-bejgħ.

(215) Għalhekk, minkejja titjib totali tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija komunitarja matul il-perijodu kkunsidrat, is-sitwazzjoni tagħha għadha tidher diffiċli, notevolment fit-termini ta’ profitt. F’dan il-kuntest, kwalunkwe tibdil fl-ambjent kummerċjali tal-prodott ikkonċernat jista’ jkollu effett avvers sinjifikanti fuq is-sitwazzjoni ta’ l-industrija komunitarja tat-televiżuri bil-kulur.

(216) Fid-dawl tal-preċedenti, hu kkunsidrat li l-kontinwazzjoni tal-miżuri jippermettu lill-industrija komunitarja kemm biex iżżomm il-kwota tagħha tas-suq tal-Komunità kif ukoll biex terġa’ tikseb il-profitt. Il-kontinwazzjoni tal-miżuri għalhekk tkun fl-interess ta’ l-industrija komunitarja.

(ċ) Impatt ta’ l-iskadenza tal-miżuri

(217) Jekk il-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu, hu probabbli li l-volum ta’ l-importazzjoni minn pajjiżi kkonċernati se jiżdied, liema jnaqqar mill-kwota tas-suq ta’ l-industrija komunitarja. Barra dan, il-prezzijiet ta’ din l-importazzjoni probabbilment se jeżerċitaw pressjoni għal tnaqqis tal-prezzijiet ta’ l-industrija komunitarja li se twassal għal deterjorazzjoni fil-profitt tagħha.

2. Interess ta’ l-importaturi/kummerċjanti

(218) Fil-fażi inizjali ta’ l-investigazzjoni ntbagħtu kwistjonarji lil 33 importatur/kummerċjant. Ma ġiet riċevuta l-ebda risposta fir-rigward ta’ l-investigazzjonijiet ta’ reviżjoni fuq il-miżuri fis-seħħ fuq l-importazzjoni li toriġina fiċ-Ċina, fil-Korea, fil-Malasja, fis-Singapor, u fit-Tajlandja. Madankollu, ġew riċevuti risposti minn tliet importaturi/kummerċjanti fl-investigazzjoni fir-rigward ta’ l-importazzjoni mit-Turkija, li jirrappreżentaw madwar 9 % ta’ l-importazzjoni li toriġina fil-pajjiżi kkonċernati u f’pajjiżi terzi oħra fil-Komunità matul il-PI.

(219) L-argumenti mqajjma minn dawn l-importaturi jirrelataw l-aktar mad-disponibbiltà limitata fil-Komunità ta’ televiżuri bil-kulur bi skrin ta’ dimensjoni żgħira b’numru limitat ta’ karatteristiċi. Affermaw li l-maġġoranza tal-produzzjoni komunitarja hi magħmula minn televiżuri bil-kulur tal-marka b’numru għoli ta’ karatteristiċi li għalhekk huma bi prezzijiet ogħla, peress li televiżur bil-kulur mingħajr marka b’karatteristiċi limitati huma mportati l-aktar minn pajjiżi terzi. Għalhekk, huma sostnew li l-kontinwazzjoni tal-miżuri se tillimita l-aċċess ta’ l-importaturi u dik tax-xerrejja għal dawn it-televiżuri bil-kulur.

(220) Mill-investigazzjoni ħareġ li għalkemm parti kbira tal-produzzjoni komunitarja hi ta’ televiżuri bil-kulur bil-marka b’numru kbir ta’ karatteristiċi, teżisti wkoll produzzjoni ta’ televiżuri bil-kulur mingħajr marka ffabbrikati kemm mill-industrija komunitarja kif ukoll minn produtturi komunitarji. Barra dan, parti sostanzjali ta’ l-importazzjoni ta’ televiżuri bil-kulur, inkluż televiżuri bil-kulur mingħajr marka, fil-Komunità mhiex koperta mill-miżuri anti-dumping u għalhekk il-kontinwazzjoni tal-miżuri fuq l-importazzjoni tat-televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-pajjiżi kkonċernati mhux se tillimita b’mod sinjifikanti d-disponibbiltà ta’ televiżuri bil-kulur mingħajr marka b’numru limitat ta’ karatteristiċi. Fl-aħħar, bejn l-istess produtturi komunitarji teżisti kompetizzjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet.

(221) Fid-dawl tal-preċedenti, mhux possibli li jkun sostnut li l-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ se tillimita b’mod sinjifikanti l-aċċess ta’ l-importaturi/kummerċjanti tal-Komunità għall-ċerti tipi ta’ televiżuri bil-kulur.

3. Interess tal-konsumaturi

(222) Fil-bidu ta’ l-investigazzjoni, is-servizzi tal-Kummissjoni nformaw lill-Uffiċċju Ewropew ta’ l-Għaqda tal-Konsumaturi (BEUC) dwar il-ftuħ ta’ l-investigazzjoni u stiednuh biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-effetti probabbli tal-kontinwazzjoni jew ta’ l-abrogazzjoni tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Ma ġiet riċevuta l-ebda risposta mingħand il-BEUC jew mingħand kwalunkwe organizzazzjoni oħra tal-konsumatur. Għalhekk, il-valutazzjoni ta’ l-interess tal-konsumaturi fl-investigazzjoni preżenti ġiet imwettqa skond il-bażi tal-fatti disponibbli.

(223) Matul l-investigazzjonijiet preċedenti fuq it-televiżuri bil-kulur instab li l-impatt fuq il-konsumaturi mill-eżistenza tal-miżuri anti-dumping kien limitat peress li l-miżuri anti-dumping fis-seħħ ma rrestrinġewx il-varjetà ta’ prodotti disponibbli lill-konsumaturi, in-numru kbir ta’ operaturi preżenti fis-suq tal-Komunità u l-varjetà kbira ta’ prodotti li joffru. Barra dan, instab li n-numru kbir ta’ operaturi żguraw livell għoli ta’ kompetizzjoni tal-prezzijiet bejn il-marki.

(224) L-investigazzjoni preżenti ma wrietx fatturi jew argumenti ġodda li jinvalidaw il-konklużjonijiet hawn fuq imsemmija. Fil-fatt, numru kbir ta’ operaturi komplew ikunu attivi fis-suq tat-televiżuri tal-kulur u għalhekk il-varjetà ta’ prodotti disponibbli għall-konsumatur hi kbira ħafna. Barra dan, teżisti kompetizzjoni sostanzjali fuq il-prezzijiet bejn il-marki differenti. Din il-kompetizzjoni fuq il-prezzijiet hi evidenti fit-tnaqqir tal-prezzijiet sofruta mill-aktar mudelli sempliċi tat-televiżuri bil-kulur (televiżuri bil-kulur ta’ 14”) fejn il-kompetizzjoni hi aktar b’saħħitha.

(225) Ġie għalhekk konkluż li l-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ m’hiex kontra l-interessi tal-konsumaturi.

4. Konklużjonijiet dwar l-interess komunitarju

(226) Skond il-bażi tal-preċedenti ġie konkluż li l-interess tal-Komunità ma jopponix l-kontinwazzjoni tal-miżuri anti-dumping.

J. DETERMINAZZJONI FIR-RIGWARD TA’ SINGAPOR

(227) Fid-dawl tal-konklużjonijiet fil-premessi 192 sa’ 196, il-miżuri anti-dumping fis-seħħ fir-rigward ta’ l-importazzjoni li toriġina f’Singapor għandhom jitħallew jiskadu.

K. MIŻURI ANTI-DUMPING

(228) Fi-dawl tal-konklużjonijiet kif deskritti hawn fuq u sabiex ikun rifless b’mod adegwat l-andamenti partikolari fil-politika ta’ fissazzjoni tal-prezzijiet ta’ l-esportaturi hu meqjus xieraq li jinżamm l-istess livell ta’ dazji anti-dumping għaċ-Ċina u għat-Tajlandja, u sabiex ikun emendat il-livell tad-dazji anti-dumping applikabbli għal Korea u għall-Malasja.

(229) Għall-iskop tad-determinazzjoni tal-livell ta’ eliminazzjoni ta’ inġjurja, hu meqjus xieraq li dan ikun ibbażat fuq ammont suffiċjenti biex tkun eliminata l-inġurja misjuba. Fir-Regolament (KE) Nru. 710/95 d-dazju kien ibbażat fuq it-tnaqqis tal-prezzijiet, waqt li jittieħed f’konsiderazzjoni l-fatt li fatturi oħrajn, għajr l-importazzjoni li hi l-oġġett ta’ dumping, jidhru li taw kontribut għall-inġurja lill-industrija komunitarja u li fuq bażi mondjali, għal numru ta’ snin, din l-industrija kellha marġni ta’ profitti ineżistenti jew baxx ħafna.

(230) L-industrija komunitarja affermat li l-eliminazzjoni tat-tnaqqis fil-prezz ma kinietx biżżejjed biex terġa’ totalment tqajjem is-sitwazzjoni ta’ l-industrija komunitarja u biex tħalliha tintroduċi prodotti ġodda. Talbet li għandha tintuża rata ta’ profitt minima ta’ 10 % biex jiġi kkalkolat il-livell ta’ eliminazzjoni ta’ inġurja, bl-istess mod bħal dik użata fir-Regolament (KE) Nru. 2584/98.

(231) Għandu jiġi nnotat li l-marġni ta’ profitt li għandu jintuża meta jiġi kkalkolat il-livell ta’ eliminazzjoni ta’ inġurja għandu jkun dak li l-industrija komunitarja tista’ raġonevolment tilħaq fin-nuqqas ta’ dumping. Għalhekk mhux konsistenti mal-prattika ta’ l-istituzzjonijiet tal-Komunità li jintuża marġni ta’ profitt li l-industrija komunitarja ma kinietx tilħaq kieku ma kienx hemm dumping. Din il-valutazzjoni għandha tiġi bbażata fuq l-informazzjoni li tirrelata mal-perijodu ta’ investigazzjoni rilevanti u għalhekk tista’ tkun differenti minn dik użata fi proċeduri preċedenti li jkopru l-istess prodott imma li jirrelataw ma’ perijodu ta’ investigazzjoni differenti, bħalma hu l-każ bir-Regolament (KE) Nru. 2584/98.

(232) Informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni u relatata mal-PI wriet numru ta’ fatturi li wasslu għall-konklużjoni li kien xieraq fil-kuntest ta’ l-investigazzjonijiet attwali li l-eliminazzjoni ta’ inġurja tkun ibbażata fuq il-livell ta’ tnaqqis fil-prezz. L-ewwel nett, kif muri fil-premessa 137, televiżuri bil-kulur huma prodott matur li l-prezzijiet tagħhom qiegħdin dejjem jorħsu, u dan iwassal għal livell relativament baxx ta’ profitt. It-tieni nett, kif muri fil-premessa 161, matul il-PI l-importazzjoni minn pajjiżi terzi, għal liema m’hemm attribwit l-ebda dumping, żdiedet sostanzjalment, bi prezzijiet li setgħu taw kontribut għal-livell baxx ta’ profitt fl-industrija komunitarja. Fl-aħħar, il-livelli ta’ profitt ta’ produtturi oħra ta’ televiżuri bil-kulur fuq livell globali huma allinjati ma’ dawk ta’ l-industrija komunitarja.

(233) Fid-dawl tal-preċedenti, hu meqjus xieraq li l-livell ta’ eliminazzjoni ta’ inġurja jkompli jkun ibbażat fuq l-ammont li hu biżżejjed biex jelimina t-tnaqqis fil-prezz. Fil-każ ta’ Thomson Television Thailand, minħabba n-nuqqas tagħha ta’ esportazzjoni lejn il-Komunità ta’ televiżuri bil-kulur li joriġinaw fit-Tajlandja matul il-PI, hu meqjus xieraq li tibqa’ miżmuma r-rata ta’ dazju anti-dumping kif imposta bir-Regolament (KE) Nru. 710/95. Ir-rata tad-dazji, ibbażata fuq il-marġni ta’ dumping jew fuq il-marġni ta’ tnaqqis fejn dan ta’ l-aħħar instab li kien inqas mill-marġni ta’ dumping, se tkun kif ġej:

Ċina

Vestel Elektronik Sanayi ve Ticaret AS | 24.5 % (Televiżuri bil-kulur immontati fit-Turkija) |

L-esportaturi kollha l-oħra | 44.6 % |

Korea

Beko Elektronik AS | 12.3 % (Televiżuri bil-kulur immontati fit-Turkija) 0 % |

Thomson Television (Thailand) Co. Ltd | (Televiżuri bil-kulur immontati fit-Tajlandja) |

L-esportaturi kollha l-oħra | 15.0 % |

Il-Malasja

Beko Elektronik AS | 18.2 % (Televiżuri bil-kulur immontati fit-Turkija) 0 % |

Thomson Television (Thailand) Co. Ltd | (Televiżuri bil-kulur immontati fit-Tajlandja) |

L-esportaturi kollha l-oħra | 25.1 % |

Tajlandja

Thomson Television (Thailand) Co. Ltd | 3 % |

L-esportaturi kollha l-oħra | 29.8 %. |

(234) Ir-rati tad-dazju anti-dumping applikabbli għal kumpannija individwali speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti skond il-bażi tal-konklużjonijiet ta’ l-investigazzjoni preżenti. Għalhekk, dawn jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul dik l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpanniji. Dawn ir-rati ta’ dazju (kontrarji għad-dazju uniku nazzjonali applikabbli għall-"kumpanniji l-oħra kollha") huma għalhekk applikabbli esklussivament għall-importazzjoni ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u fabbrikati mill-kumpanniji u għalhekk mill-entitajiet speċifiki ġuridiċi msemmija. Prodotti importati fabbrikati minn kwalunkwe kumpannija oħra mhux speċifikament imsemmija fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u bl-indirizz tagħha, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk speċifikament imsemmija, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu bla ħsara għar-rata ta’ dazju applikabbli għall-"kumpanniji kollha l-oħra".

(235) Kwalunkwe talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati individwali ta’ dazju anti-dumping (eż. wara bidla fl-isem ta’ l-entità jew wara ħolqien ta’ entitajiet ġodda ta’ bejgħ jew ta’ produzzjoni) għandha tiġi minnufih indirizzata lill-Kummissjoni [15] bl-informazzjoni kollha rilevanti, b’mod partikolari kwalunwe emenda fl-attivitajiet tal-kumpannija relatati mal-produzzjoni, il-bejgħ fuq is-suq intern u l-bejgħ għall-esportazzjoni, assoċjati ma’ per eż. dik il-bidla fl-isem jew dik il-bidla fl-entitajiet ta’ bejgħ u ta’ produzzjoni. Il-Kummissjoni, jekk xieraq, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, se jemenda lir-Regolament skond il-każ billi jaġġorna l-lista tal-kumpanniji li jibbenefikaw mir-rati individwali ta’ dazju.

L. IMPENNJI

(236) Seba’ kumpanniji Ċiniżi offrew impenn konġunt flimkien mal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCCME) fis-sens ta’ l-Artikolu 8(1) tar-Regolament bażiku. L-offerta ta’ l-impenn kienet sostnuta mill-awtoritajiet Ċiniżi. L-eliminazzjoni ta’ l-effett inġurjuż ta’ dumping hi miksuba permezz ta’ żewġ metodi: l-ewwel, b’impenn fuq il-prezzijiet sakemm jinkiseb l-limitu miftiehem ta’ volum ta’ importazzjoni, u it-tieni b’dazju ad valorem impost fuq l-importazzjoni effettwata ’l fuq minn dak il-limitu. Is-CCCME se tipprovdi wkoll lill-Kummissjoni b’informazzjoni regolari u dettalljata dwar l-esportazzjoni lejn il-Komunità tal-kumpanniji li ppreżentaw l-impenn konġunt, jiġifieri li l-impenn jista’ jkun osservat b’mod effiċjenti mill-Kummissjoni B’addizzjoni, is-sostenn mogħti mill-awtoritajiet Ċiniżi hu tali li jitnaqqas ir-riskju ta’ tidwir ta’ l-impenn.

(237) Fid-dawl ta’ dan, l-impenn konġunt offrut hu għalhekk ikkunsidrat aċċettabbli u l-kumpanniji kkonċernati u s-CCCME ġew informati bil-fatti essenzali, bil-konsiderazzjonijiet u bl-obbligi fuq liema hi bbażata l-aċċettazzjoni.

(238) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tikkontrolla b’mod effiċjenti l-konformità tal-kumpanniji ma’ l-impenn konġunt tagħhom, meta t-talba għal rilaxx għal ċirkolazzjoni ħielsa hi ppreżentata lill-awtorità doganali rilevanti, l-eżenzjoni mid-dazju anti-dumping għandha tkun b’kondizzjoni li tiġi ppreżentatal-fattura kummerċjali li fiha minn ta’ l-inqas l-elementi mniżżla fl-Anness I, u ċertifikat maħruġ mill-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCCME) li jkun fih l-elementi ta’ l-Anness II. Dan il-livell ta’ informazzjoni hu neċessarju wkoll sabiex l-awtoritajiet doganali jkunu jistgħu jaċċertaw b’preċiżjoni suffiċjenti li t-tagħbijat jikkorrespondu mad-dokumenti kummerċjali. Meta ma tkunx ippreżentata fattura bħal din, jew meta ma tikkorrespondix mal-prodott ippreżentat lid-dwana għandha minflok titħallas ir-rata approprijata ta’ dazju anti-dumping.

(239) Għandu jkun osservat li ksur jew irtirar ta’ l-impenn jew ksur suspettat minn kwalunkwe kumpannija kkonċernata jew mis-CCCME se jkunu meqjusa bħala ksur ta’ l-impenn mill-firmatorji kollha, u jista’ jkun impost dazju anti-dumping, skond l-Artikolu 8(9) u (10) tar-Regolament bażiku.

M. DISPOSIZZJONIJIET OĦRA

(240) Sabiex ikun żgurat ġbir kollettiv tad-dazju u waqt li jittieħdu f’konsiderazzjoni l-konklużjonijiet ta’ l-investigazzjoni li f’ħafna mill-każijiet l-oriġini tat-televiżuri bil-kulur hi l-istess bħall-oriġini tat-tubu vawku, l-importaturi se jiġu mitluba li jiddikjaraw l-oriġini tat-tubu vakwu. Jekk it-tubu vakwu joriġina fil-Malasja, fit-Tajlandja, fir-Repubblika Popolari Ċiniża jew fir-Repubblika tal-Korea u t-televiżur bil-kulur joriġina f’pajjiż differenti mill-pajjiż ta’ oriġini tat-tubu vawku, l-importatur għandu jkun mitlub li jissottometti dikjarazzjoni separata ta’ l-oriġini maħruġa mill-produttur finali.

(241) L-importaturi għandhom jiġu nformati dwar il-konsegwenzi ta’ nuqqas ta’ koperazzjoni jew ta’ nuqqas li tiġi sottomessa informazzjoni korretta meta l-awtoritajiet doganali jiddeterminaw l-oriġini tat-televiżuri bil-kulur, fi kliem ieħor l-użu ta’ l-aħjar fatti disponibbli mal-konsegwenza li r-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli kieku kkoperaw. L-importaturi għandhom jiġu nformati fil-każ li l-informazzjoni sottomessa m’hiex aċċettata u għandhom jingħataw opportunità biex jipprovdu aktar spjegazzjonijiet,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Hu hawnhekk impost dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjoni ta’ riċevituri għal televiżur bil-kulur, bid-dijagonali ta’ l-iskrin superjuri għal 15.5 ċm, anke li jinkorporaw riċevitur għal xandir bir-radju u/jew arloġġ, li huma differenti minn dawk li jinkorporaw modem u sistema operattiva għal kompjuter (televiżuri bil-kulur) u li jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex85281252 (kodiċi TARIC: 85281252*11), ex85281254, ex85281256, ex85281258, ex85281262 (kodiċi TARIC: 85281254*10, 85281256*10, 85281258*10, 85281262*11 u 85281262*92 u ex85281266 (kodiċi TARIC: 85281266*10), u li joriġinaw fil-Malasja, fit-Tajlandja, fir-Repubblika Popolari Ċiniża u fir-Repubblika tal-Korea.

2. Ir-rata tad-dazju applikabbli għall-prezz nett, ħieles mill-fruntiera komunitarja, qabel id-dazju, għandha tkun kif ġej:

Pajjiż | Dazju (%) | Kodiċi addizzjonali TARIC |

Il-Malasja | 25.1 | 8900 |

Tajlandja | 29.8 | 8900 |

Repubblika Popolari Ċiniża | 44.6 | 8900 |

Repubblika tal-Korea | 15.0 | 8900 |

bl-eċċezzjoni ta’ l-importazzjoni li hi ffabbrikata mill-kumpanniji li ġejjin, li għandhom ikunu suġġetti għar-rata li ġejja ta’ dazju:

| Dazju (%) | kodiċi addizzjonali TARIC |

(a)Televiżuri bil-kulur li joriġinaw fil-Malasja fabbrikati minn:

Thomson Television (Thailand) Co. Ltd Pathumthani, Tajlandja | 0 | 8815 |

Beko Elektronik AS, Beylikduzu Mevkii, 34901 B. Cekmece Istanbul, Turkija u l-kumpannija relatata tagħha ta’ bejgħ għall-esportazzjoni Ram Dis Ticaret, Buyukdere Caddesi 101, Meci-diyekoy, Istanbul, Turkija | 18.2 | A281 |

(b)Televiżuri bil-kulur li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea fabbrikati minn:

Thomson Television (Thailand) Co. Ltd Pathumthani, Tajlandja | 0 | 8815 |

Beko Elektronik AS, Beylikduzu Mevkii, 34901 B. Cekmece Istanbul, Turkija u l-kumpannija relatata tagħha ta’ bejgħ għall-esportazzjoni Ram Dis Ticaret, Buyukdere Caddesi 101, Meci-diyekoy, Istanbul, Turkija | 12.3 | A281 |

(ċ)Televiżuri bil-kulur li joriġinaw fir-Repubblika Popolari Ċiniża fabbrikati minn:

Vestel Elektronik Sanayi ve Ticaret AS, Ambarli Petrol Ofisi Dolum Tesisleri Yolu Avcilar, Istanbul, Turkija u l-kumpannija relatata tagħha ta’ bejgħ għall-esportazzjoni: i)Vestel Dis Ticaret AS, Ambarli Petrol Ofisi Dolum Tesisleri Yolu Avcilar, Istanbul, Turkijaii)Vestel Dis Ticaret AS Ege Serbest Bolge SB, Akcay Cad Gunduz Sokak 144/1, Gaziemir, Izmir, Turkijaiii)Vestel Bilisim Teknolojileri Sanayi ve Ticaret AS, Ambarli Petrol Ofisi Dolum Tesisleri Yolu Avcilar, Istanbul, Turkijaiv)Vestel Komunikasyon Sanayi ve Ticaret AS, Sehit Fethibey Cad. 116/301 Kat: 3 20157 Pasaport, Izmir, Turkija. | 24.5 | A282 |

(d)Televiżuri bil-kulur li joriġinaw fit-Tajlandja fabbrikati minn:

Thomson Television (Thailand) Co. Ltd Pathumthani, Tajlandja | 3.0 | 8815 |

3. Sakemm mhux speċifikat mod ieħor għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji tad-dwana.

Artikolu 2

1. Mal-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri tad-dikjarazzjoni tad-dwana għar-rilaxx f’ċirkulazzjoni ħielsa, l-importatur għandu jiddikjara l-oriġini tat-tubu vakwu nkorporat fit-televiżur bil-kulur. F’każijiet fejn it-tubu vakwu joriġina fil-Malasja, fit-Tajlandja, fir-Repubblika Popolari Ċiniża jew fir-Repubblika tal-Korea u t-televiżur bil-kulur joriġina f’pajjiż differenti mill-pajjiż ta’ oriġini tat-tubu vakwu, l-importatur għandu jissottometti wkoll dikjarazzjoni ta’ oriġini maħruġa mill-produttur finali tat-televiżur tal-kulur b’konformità mal-ħtiġiet fl-Anness III.

2. Jekk investigazzjoni sussegwenti mill-awtorità doganali ta’ Stat Membru jew mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej turi li kwalunkwe dikjarazzjoni ta’ oriġini fid-dikjarazzjoni tad-dwana għal rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa fil-Komunità ma kinietx korretta jew jekk parti nvoluta fid-determinazzjoni ta’ l-oriġini tirrifjuta aċċess għall-informazzjoni jew għad-dokumentazzjoni neċessarji għad-determinazzjoni ta’ l-oriġini mhux preferenzali tat-televiżur bil-kulur, jew ma tipprovdix din l-informazzjoni, l-oriġini tal-prodotti tista’ tkun determinata mill-awtoritajiet kompetenti skond il-bażi ta’ l-aħjar fatti disponibbli. Fejn jinstab li kwalunkwe parti kkonċernata forniet informazzjoni falza jew qarrieqa, din l-informazzjoni ma tittieħedx f’konsiderazzjoni u jsir użu mill-fatti disponibbli. Il-partijiet ikkonċernati għandhom ikunu konxji tal-konsegwenzi f’każ ta’ nuqqas ta’ koperazzjoni.

3. Fejn l-informazzjoni mogħtija minn parti kkonċernata fil-kuntest ta’ dan l-Artikolu mhiex l-ideali fir-rispetti kollha m’għandhiex tiġi traskurata, sakemm kwalunkwe nuqqas ma jkunx tali li jikkawża diffikultà eċċessiva fl-elaborazzjoni tal-konklużjonijiet preċiżi biżżejjed u li l-informazzjoni hi mogħtija b’mod xieraq f’ħin tajjeb u hi verifikabbli, u li l-parti aġixxiet bl-aħjar ta’ l-abbiltà tagħha.

4. Jekk evidenza jew informazzjoni mhiex aċċettata, il-parti li tfornihom għandha tiġi nformata immedjatament bir-raġunijiet ta’ dan u għandha tingħata opportunità biex tipprovdi aktar spjegazzjonijiet fil-limitu ta’ żmien speċifikat. Jekk l-ispjegazzjonijiet huma kkunsidrati mhux sodisfaċenti, ir-raġunijiet għar-rifjut ta’ evidenza jew informazzjoni bħal din għandha tiġi żvelata lill-partijiet ikkonċernati qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni finali. Id-deċiżjoni finali għandha tikkonsisti fir-raġunijiet tar-rifjut.

5. Jekk determinazzjoni ta’ l-oriġini hi bbażata fuq il-fatti disponibbli, din għandha, fejn prattikabbli u waqt li jkun ikkunsidrat kif dovut il-limitu ta’ żmien ta’ l-investigazzjoni, tkun ikkontrollata b’referenza għal informazzjoni minn sorsi indipendenti oħra li jistgħu jkunu disponibbli jew għal informazzjoni miksuba minn partijiet ikkonċernati oħra matul l-investigazzjoni.

6. Jekk parti kkonċernata ma tikkoperax, jew tikkopera biss parzjalment, sabiex l-informazzjoni rilevanti hi minħabba f’hekk miżmuma, ir-riżultat jista’ jkun anqas favorevoli għall-parti milli kieku kkoperat.

Artikolu 3

1. L-importazzjoni tal-prodott li għandu waħda mill-kodiċi addizzjonali TARIC li ġejjin, li hu prodott u esportat direttament (fi kliem ieħor mibgħuta u fatturati) minn kumpannija msemmija hawn taħt lil kumpannija fil-Komunità li taġixxi bħala importatur għandha tkun eżenti mid-dazju anti-dumping impost bl-Artikolu 1 fejn hi importata skond il-paragrafu 2.

Il-pajjiż ta’ l-oriġini | Kumpannija | Kodiċi Addizzjonali TARIC |

Repubblika Popolari Ċiniża | Haier Electrical Appliances Corporation Ltd, Haier Road 1, Haier Industrial Park, Qingdao, Ċina | A291 |

Repubblika Popolari Ċiniża | Hisense Import & Esportazzjoni Co., Ltd, 11 Jiangsi Road, Qingdao 266071, Ċina | A292 |

Repubblika Popolari Ċiniża | Konka Group Co., Ltd,- Overseas Chinese Town, Shenzhen Guangdong Province, Ċina | A293 |

Repubblika Popolari Ċiniża | Sichuan Changhong Electric Co. Ltd, 35 East Mianxing Road, High Tech Park, Mianyang, Sichuan, Ċina | A294 |

Repubblika Popolari Ċiniża | Skyworth Multimedia International (Shenzhen) Co., Ltd, — 4F,425 Ba Gua Ling Ind. District, Shenzhen, Ċina | A295 |

Repubblika Popolari Ċiniża | TCL King Electrical Appliances (HuiZhou) Co., Ltd — 19#, ZhongKai Development Zone Huizhou, Guangdong, Ċina | A296 |

Repubblika Popolari Ċiniża | Xiamen Overseas Chinese Electronic Co, Ltd, 22 Huli Dadao, Xiamen SEZ, Xiamen, 361006, Ċina | A297 |

2. L-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun eżenti mid-dazju fuq kondizzjoni li:

(a) fattura kummerċjali li fiha minn ta’ l-inqas l-elementi mniżżla fl-Anness I, kif ukoll ċertifikat maħruġ mill-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta’ Makkinarju u Prodotti Elettroniċi (CCCME) li fih minn ta’ l-inqas l-elementi mniżżla fl-Anness II għandhom jiġu ppreżentati lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri fuq preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni għal rilaxx f’ċirkolazzjoni ħielsa; u

(b) il-merkanzija ddikjarata u ppreżentata lid-dwana tikkorrespondi eżattament mad-deskrizzjoni fuq il-fattura kummerċjali u fuq iċ-ċertifikat.

Artikolu 4

Il-proċeduri relatati ma’ l-importazzjoni tal-prodotti deskritti fl-Artikolu 1(1) u li joriġinaw f’Singapor huma hawnhekk mitmuma.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Awissu 2002.

Għall-Kunsill

Il-President

P. S. Møller

[1] ĠU L 56, tas-06.03.96, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru. 2238/2000 (ĠU L 257, tal-11.10.00, p. 2).

[2] ĠU L 107, tas-27.4.1990, p. 56. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru. 2900/91, (ĠU L 275, tat-2.10.1991, p. 24).

[3] ĠU L 195, tat-18.07.91, p. 1.

[4] ĠU L 73, ta’ l-01.04.95, p. 84.

[5] ĠU L 73, ta’ l-01.04.95, p. 33.

[6] ĠU L 324, tat-02.12.98, p. 1.

[7] ĠU C 278, ta’ l-01.10.99, p. 2.

[8] ĠU C 94, ta’ l-01.04.00, p. 2.

[9] ĠU C 202, tal-15.07.00, p. 4.

[10] ĠU L 272, tat-13.10.01, p. 37.

[11] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru. 2700/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 311, tat-12.12.2000, p. 17).

[12] ĠU L 35, tat-13.02.96, p. 1.

[13] ĠU L 253, tal-11.10.93, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru. 444/2002 (ĠU L 68, tat-12.03.02, p. 11).

[14] ĠU L 272, tat-13.10.01, p. 37.

[15] Kummissjoni EwropeaDirettorat Ġenerali tal-Kummerċ,Direttorat B,B - 1049 Brussel.

--------------------------------------------------

ANNESS I

Informazzjoni neċessarja għal fatturi kummerċjali li jakkumpanja bejgħ soġġettat għal impenn

1. L-intestatura "FATTURA KUMMERĊJALI LI TAKKUMPANJA L-MERKANZIJA SOĠĠETTA GĦAL IMPENN."

2. L-isem tal-kumpannija msemmija fl-Artikolu 2.1 li toħroġ il-fattura kummerċjali.

3. In-numru tal-fattura kummerċjali.

4. In-nurmu taċ-Ċertifikat ta' Impenn rilevanti.

5. Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali.

6. Il-kodiċi addizzjonali TARIC b'liema l-merkanzija li tidher fuq il-fattura se jkunu żdoganati fil-fruntiera komunitarja.

7. Id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija, inkluż:

- in-numru tal-kodiċi tal-prodotti,

- l-ispeċifikazzjoni teknika tal-merkanzija (inkluż id-dimensjoni f'ċm, il-format ta' l-iskrin, l-eżistenza ta' l-għażla teletest u/jew stereo),

- in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpannija (fejn applikabbli),

- kodiċi NM,

- kwantità (għandha tingħata f'unitajiet).

8. Id-deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet ta' bejgħ, inkluż:

- prezz għal kull unità,

- it-termini applikabbli ta' ħlas,

- it-termini applikabbli ta' kunsinna,

- pajjiż ta' destinazzjoni u port ta' dħul fl-UE,

- skontijiet u tnaqqis totali,

- pajjiż ta' oriġini.

9. L-isem tal-kumpannija li taġixxi bħala importatur li għaliha l-kumpannija toħroġ direttament din il-fattura.

10. L-isem ta' l-uffiċjal tal-kumpannija li ħarġet il-fattura u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja: "Jien, li hawn taħt niffirma, niċċertifika li l-bejgħ għall-esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-merkanzija koperta b'din il-fattura qed isir skond l-iskop u taħt it-termini ta' l-impenn offrut mill-(kumpannija), u aċċettata mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2002/683/KE [1]. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'din il-fattura hi kompleta u preċiża."

[1] Ara paġna 42 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS II

Informazzjoni neċessarja għaċ-ċertifikat ta' CCCME li jakkumpanja l-bejgħ soġġettat għal impenn

1. L-isem, l-indirizz, in-numri tal-fax u tat-telefon tal-Kamra tal-Kummerċ Ċiniża għall-Importazzjoni u l-Esportazzjoni ta' Makkinarju u ta' Prodotti Elettroniċi (CCCME).

2. L-isem tal-kumpannija msemmija fl-Artikolu 3.1 li ħarġet il-fattura kummerċjali.

3. In-numru tal-fattura kummerċjali.

4. Id-data tal-ħruġ tal-fattura kummerċjali.

5. Il-kodiċi addizzjonali TARIC b'liema l-merkanzija li tidher fuq il-fattura se tkun żdoganata fil-fruntiera komunitarja.

6. Id-deskrizzjoni eżatta tal-merkanzija, inkluż:

- il-kodiċi ta' rappurtaġġ tal-prodott,

- l-ispeċifikazzjoni teknika tal-merkanzija (inkluż id-dimensjoni f'ċm, il-format ta' l-iskrin, l-eżistenza ta' l-għażla teletest u/jew stereo),

- in-numru tal-kodiċi tal-prodott tal-kumpannija (fejn applikabbli),

- Kodiċi NM.

7. Il-kwantità preċiża ta' l-unitajiet esportati.

8. In-numru taċ-ċertifikat.

9. L-isem ta' l-uffiċjal ta' CCCME li ħareġ iċ-ċertifikat u d-dikjarazzjoni ffirmata li ġejja:

"Jien, li hawn taħt niffirma, niċċertifika li din il-liċenza hi mogħtija għal esportazzjoni diretta lejn il-Komunità Ewropea tal-merkanzija koperta mill-fattura kummerċjali li takkumpanja l-bejgħ li hu soġġett għal impenn u li l-liċenza hi maħruġa fl-iskop u skond it-termini ta' l-impenn offrut mill-(kumpannija) u aċċettat mill-Kummissjoni Ewropea permezz tad-Deċiżjoni 2002/683/KE. Jien niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f'dan iċ-ċertifikat hi korretta u li l-kwantità koperta b'dan iċ-ċertifikat ma taqbiżx il-limitu ta' l-impenn."

10. Data.

11. Is-siġill ta' CCCME.

--------------------------------------------------

ANNESS III

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top