EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32000R2448

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2448/2000 tas-7 ta' Novembru 2000 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti awtonomi tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti tas-sajd

ĠU L 282, 8.11.2000, p. 1–2 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2000/2448/oj

32000R2448



Official Journal L 282 , 08/11/2000 P. 0001 - 0002


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2448/2000

tas-7 ta' Novembru 2000

li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni tal-kwoti awtonomi tat-tariffi tal-Komunità għal ċerti prodotti tas-sajd

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u speċjalment l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Il-provvisti Komunitarji ta' ċerti prodotti tas-sajd bħalissa jiddipendu fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Huwa fl-interess tal-Komunità li tissospendi għal xi żmien id-dazji tad-dwana fl-intier tagħhom jew f'parti minnhom fuq il-prodotti fil-kwistjoni, ġewwa l-kwoti tat-tariffa Komunitarja ta' volum xieraq. Sabiex ma tipperikolax il-prospetti ta' l-iżvilupp ta' din il-produzzjoni fil-Komunità u sabiex tiżgura provvista xierqa li tissodisfa l-industriji ta' dawk li jużawhom, huwa tal-parir illi dawn il-kwoti jinfetħu, billi jiġu applikati dazji tad-dwana varjati kif ikun jixraq lis-sensitività tal-prodotti differenti fis-suq tal-Komunità.

(2) Jinħtieġ, b'mod partikolari, illi jiġi żgurat għall-impurtaturi kollha Komunitarji aċċess egwali u mingħajr waqfien tar-rati stabiliti għall-kwoti l-importazzjonijiet kollha ġewwa l-Istati Membri kollha tal-prodotti interessati sakemm il-kwoti jkunu ġew użati kollha.

(3) Id-deċiżjoni għall-ftuħ tal-kwoti awtonomi tat-tariffa għandha tittieħed mill-Komunità. Għalbiex tiġi żgurata l-effiċjenza fl-amminstrazzjoni komuni għal dawn il-kwoti, ma jeżisti l-ebda xkiel raġjonevoli li jżomm milli l-Istati Membri jiġu awtorizzati sabiex jieħdu mill-volumi tal-kwoti l-kwantitajiet meħtieġa li jikkorrispondu ma' l-importazzjonijiet attwali. Madankollu, dan il-metodu ta' amministrazzjoni jeħtieġ kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni u din ta' l-aħħar trid b'mod partikolari tkun tista' timmonitorja r-rata li biha l-kwoti jintużaw u tgħarraf lill-Istati Membri kif jixraq.

(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2594/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jistabilixxi d-dispożizzjonijiet sabiex jiġi implimentat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità [1], ikkodifikat ir-regoli tal-maniġġjar tal-kwoti tat-tariffa mfassla għalbiex jintużaw skond l-ordni kronoloġika tad-dati tad-dikjarazzjonijiet tad-dwana.

(5) Eżami tas-sitwazzjoni rigward il-provvisti tal-gambli tropikali u l-gambli kbar tropikali mill-Amerika tan-Nofsinhar u Ċentrali (gambli u gambli kbar ta' l-ispeċji Penaeus, għajr l-ispeċi Penaeus monodonu Penaeus japonicus) lis-suq tal-Komunità wera li, l-aktar minħabba s-"sindromu tat-tebgħa l-bajda" li taffettwa l-ispeċi, l-industriji li jużawhom ma għadhomx jirċievu provvisti biżżejjed temporanjament. Għandha għalhekk tinfetaħ kwota awtonoma tat-tariffa għal kwantità limitata u għal żmien limitat,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Id-dazji ta' l-importazzjoni fuq l-oġġetti elenkati fl-Anness għandhom jiġu sospiżi skond ir-rata indikata tad-dazju għall-perjodi taż-żmien ikkonsidrati u fl-ammonti indikati fih (l-Anness).

2. L-importazzjonijiet tal-prodotti fil-kwistjoni ma għandhomx jiġu koperti bil-kwoti riferiti fil-paragrafu 1 għajr jekk il-prezz ta' fuq il-fruntiera, li jiġi stabilit mill-Istati Membri skond l-Artikolu 22 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3759/92 tas-17 ta' Diċembru 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-sajd u l-prodotti ta' l-akwakultura [2], ikun għallanqas egwali għall-prezz tar-referenza ffissat, jew li jrid jiġi ffissat, mill-Komunità għall-prodotti meqjusa tal-kategoriji tal-prodotti interessati.

L-Artikolu 2

Il-kwoti tat-tariffa riferiti fl-Artikolu 1 għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni skond l-Artikoli 308a sa 308ċ tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

L-Artikolu 3

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib għalbiex jiżguraw illi dan ir-Regolament jiġi mħares.

L-Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu jibda japplika mill-1 ta' Novembru 2000

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-7 ta' Novembru 2000.

Għall-Kunsill

Il-President

D. Voynet

[1] ĠU L 253, tal-11.10.1993, p. 1.Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1602/2000 (ĠU L 188, tas-26.7.2000, p. 25).

[2] ĠU L 388, tal-31.12.1992, p. 1.Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 3318/94 (ĠU L 350, tal-31.12.1994, p. 15).

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Nru ta' l-Ordni | Kodiċi NM | Kodiċi TARIC | Deskrizzjoni | Ammont tal-kwota (f'tunnellati) | Dazju tal-Kwota (%) | Żmien tal-Kwota |

09.2990 | ex03061350 | 20 | Gambli u gambli kbar ta' l-ispeċji Penaeus, minbarra l-ispeċ ji Penaeus monodonu Penaeus japonicus; fil-qoxra, iffriżati, għall-ipproċessar | 10000 | 3,6 | 1.11.2000- 31.3.2001 |

--------------------------------------------------

Top