EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999L0095

Id-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet fejn għandhom x'jaqsmu s-sigħat tax-xogħol tal-baħħara abbord vapuri li jidħlu f'portijiet Komunitarji

ĠU L 14, 20.1.2000, p. 29–35 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1999/95/oj

31999L0095



Official Journal L 014 , 20/01/2000 P. 0029 - 0035


Id-Direttiva 1999/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

tat-13 ta' Diċembru 1999

li tikkonċerna l-applikazzjoni ta' dispożizzjonijiet fejn għandhom x'jaqsmu s-sigħat tax-xogħol tal-baħħara abbord vapuri li jidħlu f'portijiet Komunitarji

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali [2],

Waqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat [3],

Billi:

(1) L-azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika soċjali timmira, inter alia, li ttejjeb is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fl-ambjent tax-xogħol tagħhom;

(2) L-azzjoni Komunitarja fil-qasam tat-trasport marittimu timmira, inter alia, li ttejjeb il-kondizzjonijiet ta' l-għixien u tax-xogħol tal-baħħara abbord, is-sigurtà fuq il-baħar u l-prevenzjoni kontra t-tniġġis ikkawżat minn inċidenti marittimi;

(3) Matul l-erbgħa u tmenin sessjoni tagħha tat-8 sat-22 ta' Ottubru 1996 il-Konferenza ta' l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (OIX) addottat il-Konvenzjoni OIX Nru 180 li tikkonċerna s-Sigħat tax-Xogħol u l-Ekwipaġġ tal-Vapuri, 1996 (hawnhekk iżjed 'il quddiem "il-Konvenzjoni OIX Nru 180" u l-Protokoll għall-Konvenzjoni dwar it-Trasport bil-Baħar tal-Bastimenti Merkantili (Standards Minimi), 1976 (hawnhekk iżjed 'il quddiem "il-Protokoll għall-Konvenzjoni OIX Nru 147");

(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 99/63/KE tal-21 ta' Ġunju 1999 li tikkonċerna l-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Vapuri tal-Komunità Ewropea (ASKE) u l-Federazzjoni ta' l-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport fl-Unjoni Ewropea (FST) [4] adottati taħt l-Artikolu 139(2) tat-Trattat, timmira li ġġib fis-seħħ il-Ftehim imsemmi konkluż fit-30 ta' Settembru 1998 (hawnhekk iżjed ‘il quddiem "il-Ftehim"); il-kontenut tal-Ftehim jirrifletti ċerti dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni OIX Nru 180; il-Ftehim japplika għall-baħħara abbord kull vapur fuq il-baħar, kemm jekk proprjetà pubblika jew privata, li hu rreġistrat fit-territorju ta' kull Stat Membru u ordinarjament ingaġġat f'operazzjonijiet marittimi kummerċjali;

(5) L-iskop ta' din id-Direttiva hu li japplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 1999/63/KE li jirriflettu d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni OIX Nru 180, għal kull vapur li jidħol f'port Komunitarju, irrispettivament mill-bandiera li jtella' sabiex tiġi identifikata u rrimedjata kull sitwazzjoni li hi evidentement ta' sogru għas-sigurtà jew għas-saħħa tal-baħħara; madanakollu, id-Direttiva 1999/63/KE tinkludi ħtiġiet li ma jinsabux fil-Konvenzjoni OIX Nru 180 u li għalhekk m'għandhomx jiġu applikati abbord vapuri li ma jtellgħux il-bandiera ta' Stat Membru;

(6) Id-Direttiva 1999/63/KE tapplika għal baħħara abbord kull vapur fuq il-baħar irreġistrat fit-territorju ta' Stat Membru; l-Istati Membri għandhom jagħmlu monitoraġġ ta' konformità mad-dispożizzjonijiet kollha tad-Direttiva msemmija minn vapuri rreġistrati fit-territorju tagħhom;

(7) Sabiex ikun hemm protezzjoni tas-sigurtà u jiġu evitati distorzjonijiet ta' kompetizzjoni, l-Istati Membri għandhom jitħallew jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 1999/63/KE mill-bastimenti kollha fuq il-baħar li jidħlu fil-portijiet tagħhom, irrispettivament mill-Istat li fih huma rreġistrati;

(8) B'mod partikolari, il-vapuri li jtellgħu il-bandiera ta' Stat li ma jagħmilx parti mill-Konvenzjoni OIX Nru 180 jew mill-Protokoll għall-Konvenzjoni OIX Nru 147 m'għandhomx jirċievu trattament iktar favorevoli minn dawk li jtellgħu l-bandiera ta' Stat li ma jagħmilx parti minn jew il-Konvenzjoni jew il-Protokoll jew mit-tnejn li huma;

(9) Għall-kontroll ta' l-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva 1999/63/KE, huwa neċessarju li l-Istati Membri jwettqu ispezzjonijiet abbord vapuri, l-iktar wara li jkunu rċevew ilment mill-kaptan, minn membru ta' l-ekwipaġġ, jew minn xi persuna jew organizzazzjoni b'interess leġittimu fl-operazzjoni sikura tal-vapur, ta' l-għixien abbord il-vapur u tal-kondizzjonijiet tax-xogħol jew tal-prevenzjoni kontra t-tniġġiż;

(10) Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva l-Istati Membri, fuq l-inizjattiva proprja tagħhom, jistgħu jaħtru, kif approprjat, spetturi għall-Kontroll tas-Sitwazzjoni fil-Port biex iwettqu ispezzjonijiet abbord bastimenti li jidħlu f'portijiet Komunitarji;

(11) Xhieda li vapur ma jikkonformax mal-ħtiġiet tad-Direttiva 1999/63/KE tista' tinkiseb wara verifika ta' l-arranġamenti tax-xogħol abbord il-vapur u tar-reġistri tal-baħħara tas-sigħat ta' xogħol jew tas-sigħat ta' mistrieħ, jew meta l-ispettur ikollu raġun jemmen li l-baħħara huma mħaddma żżejjed;

(12) Sabiex tiġi rettifikata kull kondizzjoni abbord vapur li hija żgur ta' sogru għas-sigurtà jew għas-saħħa, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru li fil-port tiegħu jkun daħal il-vapur tista' żżommu milli jitlaq mill-port sakemm id-defiċjenzi li jinstabu jkunu ġew irrettifikati jew l-ekwipaġġ ikun straħ biżżejjed;

(13) Ladarba d-Direttiva 1999/63/KE tirrifletti d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni OIX Nru 180, il-verifika ta konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva minn vapuri rreġistrati fit-territorju ta' Stat terz tista' sseħħ biss meta din il-Konvenzjoni tkun daħlet fis-seħħ,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

L-iskop u l-kamp ta' applikazzjoni

1. L-iskop ta' din id-Direttiva hu li tipprovdi mekkaniżmu għall-verifika u l-applikazzjoni ta' konformità minn vapuri li jidħlu fil-portijiet ta' l-Istati Membri mad-Direttiva 1999/63/KE sabiex jitjiebu is-sigurtà marittima, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u s-saħħa u s-sigurtà tal-baħħara abbord.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri approprjati biex jiżguraw li l-vapuri li mhumiex irreġistrati fit-territorju tagħhom jew li ma jtellgħux il-bandiera tagħhom jikkonformaw mal-klawżoli 1 sa 12 tal-Ftehim anness mad-Direttiva 1999/63/KE.

L-Artikolu 2

It-Tifsiriet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva,

(a) "vapur" ifisser kull bastiment fuq il-baħar, kemm jekk proprjetà pubblika jew privata, li hu ordinarjament ingaġġat f'operazzjonijiet kummerċjali marittimi. Bastimenti tas-sajd mhumiex inklużi f'din it-tifsira,

(b) "awtorità kompetenti" tfisser l-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri biex iwettqu funzjonijiet taħt din id-Direttiva,

(ċ) "spettur" ifisser impjegat jew persuna oħra fis-settur pubbliku, awtorizzati kif dovut mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru biex jispezzjonaw il-kondizzjonijiet tax-xogħol abbord, u responsabbli lejn dik l-awtorità kompetenti,

(d) "ilment" ifisser kull informazzjoni jew rapport sottomess minn membru ta' l-ekwipaġġ, korp professjonali, assoċjazzjoni, trade union jew, ġeneralment, kull persuna b'interess fis-sigurtà tal-vapur, inkluż interess fis-sogri għas-sigurtà u s-saħħa ta' l-ekwipaġġ tiegħu.

L-Artikolu 3

Il-preparazzjoni tar-rapporti

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(2), jekk Stat Membru li jidħol vapur fil-port tiegħu fil-kors normali tax-xogħol kummerċjali tiegħu jew għal raġunijiet marbuta ma' l-operazzjoni tiegħu jirċievi lment li ma jikkunsidrax manifestament infondat jew jottjeni xhieda li l-vapur ma jikkonformax ma' l-istandards msemmija fid-Direttiva 1999/63/KE, għandu jipprepara rapport indirizzat lill-gvern tal-pajjiż fejn il-vapur hu rreġistrat u, meta titwettaq spezzjoni skond l-Artikolu 4 li tipprovdi xhieda rilevanti, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li dawk il-kondizzjionijiet abbord li huma żgur ta' sogru għas-sigurtà jew għas-saħħa ta' l-ekwipaġġ jiġu rrettifikati.

L-identità tal-persuna li talloġġa r-rapport jew l-ilment m'għandhiex tiġi rrivelata lill-kaptan jew lis-sid tal-vapur ikkonċernat.

L-Artikolu 4

L-ispezzjoni u l-ispezzjoni iktar iddettaljata

1. Waqt spezzjoni, sabiex tinkiseb xhieda li vapur ma jikkonformax mal-ħtiġiet tad-Direttiva 1999/63/KE, l-ispettur għandu jiddetermina jekk:

- ġietx elaborata tabella bl-arranġamenti ta' xogħol abbord il-vapur fil-lingwa jew fil-lingwi tax-xogħol tal-vapur u bl-Ingliż skond il-format mudell riprodott fl-Anness I, jew f'format alternattiv ekwivalenti, u jekk ġietx imwaħħla abbord f'post faċilment aċċessibbli;

- ġewx stabbiliti reġistri tas-sigħat ta' xogħol jew tas-sigħat ta' mistrieħ tal-baħħara fil-lingwa jew fil-lingwi tax-xogħol tal-vapur u bl-Ingliż skond il-format mudell riprodott fl-Anness II, jew f'format alternattiv ekwivalenti, u jekk humiex miżmuma abbord u hemmx xhieda li r-reġistri ġew kontrofirmati mill-awtorità kompetenti ta' l-Istat fejn il-vapur hu rreġistrat.

2. Jekk jasal ilment jew l-ispettur mill-osservazzjonijiet proprji tiegħu abbord jemmen li l-baħħara jistgħu ikunu mħaddma żżejjed, l-ispettur għandu jikkonduċi spezzjoni iktar iddettaljata, skond il-paragrafu 1, biex jistabbilixxi jekk is-sigħat ta' xogħol jew il-perijodi ta' mistrieħ irreġistrati jikkonformawx ma' l-istandards stabbiliti fid-Direttiva 1999/63/KE u jekk ġewx osservati kif dovut, b'kont meħud ta' reġistri oħrajn li għandhom x'jaqsmu ma' l-operazzjoni tal-vapur.

L-Artikolu 5

Ir-rettifikazzjoni tad-defiċjenzi

1. Jekk l-ispezzjoni jew l-ispezzjoni iktar iddettaljata turi li l-vapur ma jikkonformax mal-ħtiġiet tad-Direttiva 1999/63/KE, l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li kull kondizzjoni abbord li hi żgur ta' sogru għas-sigurtà jew għas-saħħa tal-baħħara tiġi rrettifikata. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu l-impediment ta' tluq mill-port sakemm id-defiċjenzi jkunu ġew irrettifikati jew il-baħħara jkunu strieħu biżżejjed.

2. Jekk hemm xhieda ċara li l-persunal ta' l-għassa fl-ewwel turn jew dak sussegwenti ikun għajjien iżżejjed, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-vapur m'għandux iħalli l-port sakemm id-defiċjenzi misjuba jkunu ġew irrettifikati jew il-baħħara inkwistjoni jkunu strieħu biżżejjed.

L-Artikolu 6

Il-proċeduri ta' follow-up

1. Fil-każ li vapur hu pprojbit milli jħalli l-port skond l-Artikolu 5, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru għandha tinforma lis-sid, lill-proprjetarju jew lill-operatur, lill-amministrazzjoni ta' l-Istat tal-bandiera jew ta' l-Istat fejn il-vapur hu rreġistrat jew lill-Konslu, jew fl-assenza tiegħu l-eqreb rappreżentant diplomatiku ta' l-Istat, bir-riżultati ta' l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4, b'kull deċiżjoni meħuda mill-ispettur u bl-azzjonijiet korrettivi meħtieġa, jekk neċessarju.

2. Waqt ispezzjoni taħt din id-Direttiva, l-isforzi kollha possibbli għandhom isiru biex jiġi evitat li vapur jittardja eċċessivament. Jekk vapur jittardja eċċessivament, il-kaptan jew l-operatur għandu jkun intitolat għal kumpens għal kull telf jew ħsara pprovokata. Meta jiġi allegat każ ta' kaġun ta' ritard eċċessiv huwa l-kaptan jew l-operatur tal-vapur li jridu jagħmlu prova ta' dan.

L-Artikolu 7

Id-Dritt ta' l-appell

1. Il-kaptan jew l-operatur tal-vapur jew ir-rappreżentant tiegħu fl-Istat Membru għandu jkollhom id-dritt ta' appell kontra deċiżjoni ta' dewmien meħuda mill-awtorità kompetenti. L-Appell ma jissospendix id-detenzjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu u jmantnu proċeduri approprjati għal dan l-iskop skond il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.

3. L-awtorità kompetenti għandha tinforma kif suppost lill-kaptan tal-vapur imsemmi fl-ewwel paragrafu bid-dritt ta' l-appell.

L-Artikolu 8

Il-kooperazzjoni amministrattiva

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi neċessarja biex jipprovdu, f'kondizzjonijiet kompatibbli ma' dawk stabbiliti fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/21/KE tad-19 ta' Ġunju 1995 li jikkonċerna l-applikazzjoni, fejn għandu x'jaqsam it-trasport bil-vapur bl-użu ta' portijiet Komunitarji u t-tbaħħir fl-ibħra taħt il-ġurisdizzjoni ta' l-Istati Membri, l-istandards internazzjonali għas-sigurtà tal-vapur, għall-prevenzjoni kontra t-tniġġiż u għall-kondizzjonijiet ta' l-għixien u tax-xogħol abbord il-vapur (il-kontroll tal-portijiet mill-Istat) [5], għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta' l-Istati Membri l-oħrajn sabiex tkun assigurata applikazzjoni effettiva ta' din id-Direttiva u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet magħmula.

2. L-Informazzjoni dwar il-miżuri meħuda skond l-Artikoli 4 u 5 għandha tiġi ppubblikata skond proċeduri bħal dawk stabbiliti fl-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 15 tad-Direttiva 95/21/KE.

L-Artikolu 9

Il-kalwżola dwar it-trattament "mhux iktar favorevoli"

Waqt l-ispezzjoni ta' vapur irreġistrat fit-territorju ta' Stat jew li jtella' l-bandiera ta' Stat li ma ffirmax il-Konvenzjoni ILO Nru 180 jew il-Protokoll għall-Konvenzjoni ILO Nru 147, l-Istati Membri għandhom, ladarba l-Konvenzjoni u l-Protokoll huma fis-seħħ, jiżguraw li t-trattament mogħti lil dawn il-vapuri u lill-ekwipaġġ tagħhom mhuwiex iktar favorevoli minn dak mogħti lill-vapur li jtella' l-bandiera ta' Stat li huwa parti mill-Konvenzjoni ILO Nru 180 jew mill-Protokoll għall-Konvenzjoni ILO Nru 147 jew mit-tnejn.

L-Artikolu 10

Id-dispożizzjonijiet finali

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2002.

2. Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza meta tiġi ppubblikata uffiċjalment. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

3. L-Istati Membri għandhom immedjatament jinnotifikaw lill-Kummissjoni bid-dispożizzjonijiet kollha tal-liġi domestika li jadottaw fis-settur kopert minn din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħrajn bihom.

L-Artikolu 11

Vapuri minn Stati terzi

Din id-Direttiva għandha tapplika għal vapuri li mhumiex irreġistrati fit-territorju ta' Stat Membru, jew li ma jtellgħux il-bandiera ta' Stat Membru biss fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni ILO Nru 180 u fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għall-Konvenzjoni ILO Nru 147.

L-Artikolu 12

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropei.

L-Artikolu 13

L-Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1999.

Il-Parlament Ewropew

Il-President

N. Fontaine

Għall-Kunsill

Il-President

S. Hassi

[1] ĠU C 43, tas-17.2.1999, p. 16.

[2] ĠU C 138, tat-18.5.1999, p. 33.

[3] L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-14 ta' April 1999 (ĠU C 219, tat-30.7.1999, p. 240), il-pozizzjoni komuni tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 1999 (ĠU C 249, ta' l-1.9.1999, p. 7) u d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-4 ta' Novembru 1999 (għadħa mhux ippubblikata fil-Gurnal Ufficjali).

[4] ĠU L 167, tat-2.7.1999, p. 37.

[5] ĠU L 157, tas-7.7.1995, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 98/42/KE (ĠU L 184, 27.6.1998, p. 40).

--------------------------------------------------

L-ANNESS I

+++++ TIFF +++++

TESTI MAGĦŻULA MILL-KONVENZJONI OIX Nru 180 U L-KONVENZJONIJIET STCW

Il-Konvenzjoni OIX Nru 180

L-Artikolu 5

1. Il-limiti fuq sigħat ta' xogħol jew mistrieħ għandhom ikunu kif ġej: (a) is-sigħat massimi ta' xogħol m'għandhomx jaqbżu: (i) l-14-il siegħa f'kull perijodu ta' 24 siegħa; u(ii) it-72 siegħa f'kull perijodu ta' sebat ijiem, jew(b) is-sigħat minimi ta' mistrieħ m'għandhomx ikunu inqas minn: (i) 10 sigħat f'kull perijodu ta' 24 siegħa, u(ii) 77 siegħa f'kull perijodu ta' sebat ijiem.

2. Is-sigħat ta' mistrieħ jistgħu jinqasmu f'mhux iktar minn żewġ perijodi, li wieħed minnhom għandu jkun mill-inqas sitt sigħat fit-tul, u l-intervall bejn il-perijodi konsekuttivi ta' mistrieħ m'għandhomx jaqbżu l-14-il siegħa.

6. Xejn fil-paragrafi 1 u 2 m'għandu jżomm il-Membru milli jkollu liġijiet jew regolamenti nazzjonali jew proċedura biex l-awtorità kompetenti tawtorizza jew tirreġistra ftehim kollettiv li jippermetti eċċezzjonijiet għal-limiti stabbiliti. Dawn l-eċċezzjonijiet għandhom, sa fejn hu possibbli, jsegwu l-istandards stabbiliti imma jistgħu jieħdu kont ta' perijodi ta' leave iktar frekwenti jew itwal jew ta' l-għoti ta' leave kompensatorju għall-baħħara għassiesa jew għall-baħħara li jaħdmu abbord vapuri fuq vjaġġi qosra.

L-Artikolu 7

1. Xejn f'din il-Konvenzjoni m'għandu jitqies bħala li jfixkel id-dritt tal-kaptan tal-vapur li jeħtieġ baħħar biex jaħdem dawk is-sigħat ta' xogħol neċessarji għas-sigurtà immedjata tal-vapur, tal-persuni abbord jew tal-merkanzija, jew għall-iskop li jagħti assistenza lil vapuri jew persuni oħrajn fi bżonn ta' għajnuna fuq il-baħar.

3. Malli jkun prattiku wara li tkun reġgħet lura s-sitwazzjoni normali, il-kaptan għandu jiżgura li kull baħħar li wettaq xogħol f'perijodu skedat għall-mistrieħ jingħata perijodu adegwat ta' mistrieħ.

Il-Konvenzjoni STCW

It-Taqsima A-VIII/1 tal-Kodiċi STCW (Mandatorja)

1. Il-persuni kollha li jingħataw id-dmir bħala uffiċjali inkarigati bl-għassa jew baħħara għassiesa għandhom jingħataw mimimu ta' 10 sigħat mistrieħ f'kull perijodu ta' 24 siegħa.

2. Is-sigħat ta' mistrieħ jistgħu jinqasmu f'mhux iktar minn żewġ perijodi, li minnhom wieħed għandu jkun twil mill-inqas sitt sigħat.

3. Il-ħtiġiet għall-perijodi ta' mistrieħ stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx ikunu mantnuti fil-każ ta' emerġenza jew waqt prova jew f''kondizzjonijiet operazzjonali oħrajn mingħajr kontroll fuqhom.

4. Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-perijodu minimu ta' 10 sigħat jista' jitnaqqas sa mhux inqas minn 6 sigħat konsekuttivi sakemm dan it-tnaqqis ma jestendix lil hinn minn jumejn u, m'għandhomx jingħataw inqas minn 70 siegħa ta' mistrieħ f'kull perijodu ta' sebat ijiem.

5. L-Amministrazzjonijiet għandhom jesiġu li jiġu mwaħħla skedi ta' l-għassa fejn ikunu faċilment aċċessibbli.

It-Taqsima B-VIII/1 tal-Kodiċi STCW (Gwida)

3. Fl-applikazzjoni tar-Regolament VIII/1, għandu jittieħed kont ta' dan li ġej:

1. id-dispożizzjonijiet magħmula biex jipprevjenu l-għejja għandhom jiżguraw li ma jinħadmux sigħat tax-xogħol komplessivament eċċessivi jew mhux raġjonevoli. B'mod partikolari, il-perijodi minimi ta' mistrieħ speċifikati fit-Taqsima A-VIII/1 m'għandhomx ikunu interpretati bħala: li jimplikaw li s-sigħat l-oħrajn kollha jistgħu jingħataw għall-għassa jew għal dmirijiet oħrajn;

2. li l-frekwenza u t-tul tal-perijodi tal-leave, u l-għoti ta' leave kompensatorju, huma fatturi materjali fil-prevenzjoni kontra li tinġema' l-għeja tul perijodu ta' żmien;

3. li d-dispożizzjoni tista' tvarja għall-vapuri fuq vjaġġi qosra bil-baħar, sakemm jiġu stabbiliti arranġamenti speċjali ta' sigurtà.

--------------------------------------------------

L-ANNESS II

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

Top