EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0848

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar l-applikazzjoni sħiħa ta' l-acquis ta' Schengen fil-Greċja

ĠU L 327, 21.12.1999, p. 58–58 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/848/oj

31999D0848



Official Journal L 327 , 21/12/1999 P. 0058 - 0058


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-13 ta' Diċembru 1999

dwar l-applikazzjoni sħiħa ta' l-acquis ta' Schengen fil-Greċja

(1999/848/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Artikolu 2(2) tal-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Settembru 1998 li twaqqaf Kumitat Permanenti dwar l-implimentazzjoni ta' Schengen,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni addottata mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti tat-30 ta' Ġunju 1999 li jwaqqaf Kumitat Ad Hoc għall-Greċja,

Waqt li jingħata kont tad-Deċiżjonijiet tal-Kumitat Eżekuttiv Schengen tas-7 ta' Ottubru 1997 (SCH/Com-ex(97)29 rev 2) u tas-16 ta' Diċembru 1998 (SCH/Com-ex(98)49 rev 3),

(1) Billi saru visti biex jiġi verifikat jekk il-ħtiġiet li jirrelataw mal-livelli ta' manpower u riżorsi materjali, it-taħriġ tal-kontroll tal-fruntiera u s-servizzi ta' sorveljanza u kordinazzjoni bejn id-dipartimenti konċernati ġew imwettqa;

(2) Billi l-kondizzjonijiet għat-tneħħija ta' kontrolli fuq persuni fil-fruntieri interni mal-Greċja mill-1 ta' Jannar 2000 ġew imħarsa,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-kontrolli ta' persuni fil-fruntieri interni bejn il-Greċja u l-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen kollu kemm hu għandhom jitneħħew fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2000 sas-26 ta' Marzu 2000. Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Jannar 2000 għat-traffiku marittimu intern fil-portijiet.

Fir-rigward ta' kontrolli fil-fruntieri għal titjiriet interni lejn u mill-Greċja, id-data għall-abolizzjoni tagħhom għandha tiġi miftiehma bejn il-Greċja u xi Stati Membri oħra konċernati mill-1 ta' Jannar 2000 f'dawk l-ajruporti fejn dan huwa teknikament possibbli. Il-kontrolli għandhom f'kull każ jiġu mneħħija mis-26 ta' Marzu 2000 sa l-aktar tard. L-Istati Membri konċernati għandhom javżaw lill-Kunsill u lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' April 2000 bil-miżuri li jkunu ħadu biex jimplimentaw din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Fl-2000 il-Grupp tax-Xogħol ta' Evalwazzjoni Schengen għandu jeżamina l-applikazzjoni sħiħa ta' l-acquis ta' Schengen għall-Greċja u għandu jistudja l-miżuri li jirriżultaw meħtieġa.

Artikolu 3

1. Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' l-addozzjoni tagħha.

2. Għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1999.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Hassi

--------------------------------------------------

Top