EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0591

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 1998 dwar il-konklużjoni ta' ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika

ĠU L 284, 22.10.1998, p. 35–36 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/591/oj

Related international agreement

31998D0591



Official Journal L 284 , 22/10/1998 P. 0035 - 0036


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-13 ta' Ottubru 1998

dwar il-konklużjoni ta' ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika

(98/591/KE)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 130m flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta' l-Artikolu 228(2) u l-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 228(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra il-proposta tal-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2];

Billi l-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika qed isegwu programmi speċifiċi RTD f'oqsma ta' interess komuni;

Billi, fuq il-bażi ta' esperjenza mgħoddija ż-żewġ naħat esprimew ix-xewqa li jwaqqfu qafas usa’ u aktar fil-fond għat-tmexxija ta' kollaborazzjoni fix-xjenza u teknoloġija;

Billi l-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika jifforma parti mill-kooperazzjoni globali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika kif rifless, b'mod partikolari, fl-Aġenda Ġdida Transatlantika, adottata miż-żewġ naħat f'Diċembru 1995;

Billi, bid-Deċiżjoni tiegħu tal-25 ta' Ġunju 1996, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika;

Billi, bid-Deċiżjoni tiegħu ta' l-1 ta' Diċembru 1997, il-Kunsill iddeċieda li l-Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika jkun iffirmat f'isem il-Komunità Ewropea;

Billi l-imsemmi Ftehim kien iffirmat fil-5 ta' Diċembru 1997;

Billi l-Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim għall-koperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Bis-saħħa ta' l-Artikolu 12 tal-ftehim, il-President tal-Kunsill għandu jinnotifika li l-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tlestew min-naħa tal-Komunità.

Magħmula l-Lussemburgu, fit-13 ta' Ottubru 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

C. Einem

[1] ĠU C 162, tat-28.5.1998, p. 10.

[2] Opinjoni mogħtija fis-7 ta' Ġunju 1998 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

--------------------------------------------------

Top