EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31998D0147

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Frar 1998 li tistabilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-Sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fil-BangladeshTest b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 46, 17.2.1998, p. 13–17 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/04/2007; Imħassar b' 32006R1664

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1998/147/oj

31998D0147



Official Journal L 046 , 17/02/1998 P. 0013 - 0017


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-13 ta’ Frar 1998

li tistabilixxi kondizzjonijiet speċjali għall-importazzjoni ta’ prodotti tas-Sajd u ta’ l-akwakultura li joriġinaw fil-Bangladesh

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(98/147/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/493/KEE tat-22 ta’ Lulju 1991 li tistabilixxi l-kondizzjonijiet tas-saħħa għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-prodotti tas-sajd [1], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/71/KE [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tistabilixxi l-prinċipji relattivi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq prodotti deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi [3], kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 96/43/KE [4], u b’ mod partikolari l-Artikolu 19(7) tagħha,

Billi grupp ta’ l-esperti tal-Kummissjoni għamlet żjara ta’ spezzjoni lejn Bangaladesh sabiex tiivverifika l-kundizzjonijet li taħthom prodotti tas-sajd jiġu prodotti, mħażżna u trasmessi lill-Komunità;

Billi d-disposizzjonijiet tal-leġislazzjoni ta’ Bangladesh dwar l-ispezzjoni u l-kontroll tas-saħħa ta’ prodotti tas-sajd jistgħu jkunu kkonsidrati ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva 91/493/KEE;

Billi, fil-Bangladesh id-Dipartiment tas-Sajd - Spezzjoni tal-Ħut u Kontroll tal-Kwalità (DF-FIQC) tal-Ministeru tas-Sajd u l-Bhejjem huwa kapaċi li jivverifika b’mod effettiv l-applikazzjoni tal-liġijiet fis-seħħ;

Billi l-proċedura biex wieħed jikseb iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 11(4)(a) tad-Direttiva 91/493/KEE għandha tkopri ukoll d-definizzjoni ta’ ċertifikat mudell, il-ħtiġijiet minimi dwar il-lingwa(i) li fiha(om) għandu jiġi abbozzat u l-grad tal-persuna li tista’ tiffirmah;

Billi, skond l-Artikolu 11(4)(b) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titwaħħal marka mal-pakketti tal-prodotti tas-sajd li tkun tindika l-isem tal-pajjiż terz u n-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment;

Billi, skond l-Artikolu 11(4)(c) tad-Direttiva 91/493/KEE, għandha titlesta lista ta’ stabbilimenti approvati; billi dik il-lista għandha titlesta fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mid-DF-FIQC lill-Kummissjoni; billi hija għalhekk id-DF-FIQC li għandha taċċerta l-osservanza tad-disposizzjonijiet stabbiliti għal dak il-għan fl-Artikolu 11(4) tad-Direttiva 91/493/KEE;

Billi d-DF-FIQC pprovda, fil-31 ta’ Diċembru 1997, garanziji uffiċjali dwar l-osservanza tar-regoli stabbiliti f’Kapitolu V ta’ l-Anness għad-Direttiva 91/493/KEE u dwar it-twettiq ta’ ħtiġijiet ekwivalenti għal dawk stipulati minn dik id-Direttiva għall-approvazzjojni ta’ stabbilimenti;

Billi huwa neċessarju li tiġi revokata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/513/KE ta’ l-1 t’Awwissu 1997 dwar ċerti miżuri protettivi fir-rigward ta’ ċerti prodotti tas-sajd li joriġinaw fil-Bangladesh [5];

Billi l-miżuri provduti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Dipartiment tas-Sajd – Spezzjoni tal-Ħut u Kontroll tal-Kwalità (DF-FIQC) tal-Ministeru tas-Sajd u l-Bhejjem għandu jkun l-awtorità kompetenti f’Bangladesh sabiex jivverifika u jiċċertifika l-ħarsien tal-ħtiġijiet tad-Direttiva 91/4793/KEE mill-prodotti tas-sajd u l-akwakultura.

Artikolu 2

Prodotti tas-sajd u l-akwakultura li joriġinaw f’Bangladesh, għandhom ikunu skond il-kondizzjonijiet li ġejjin:

1. kull konsenja għandha tkun akkompanjata minn ċertifikat tas-saħħa oriġinali nnumerat, debitament komplut, iffirmat, datat u li jkun fih ukoll karta unika skond il-mudell fl-Anness A hawn taħt;

2. il-prodotti għandhom jiġu minn stabbilimenti approvati msemmija fl-Anness B hawn taħt;

3. ħlief fil-każ ta’ prodotti tas-sajd iffriżati sfużi u intenzjonati għall-manifattura ta’ ikel ippreservat, il-pakketti kollha għandhom jkollhom fuqhom il-kliem "BANGLADESH" u n-numru ta’ l-approvazzjoni ta’ l-istabbiliment ta’ l-oriġini b’ittri ċari;

4. prodotti tas-sajd għandhom ikunu ġew ippreparati u ppakkjati wara l-31 ta’ Diċembru 1997.

Artikolu 3

1. Iċ-ċertifikati kif imsemmija fl-Artikolu 2(1) għandhom isiru f’mill-inqas lingwa uffiċjali waħda ta’ l-Istati Membri fejn il-kontrolli jiġu esegwiti.

2. Iċ-ċertifikati għandu jkollhom l-isem, il-kapaċità u l-firma tar-rappreżentant tad-DF-FIQC u t-timbru uffiċjali tad-DF-FIQC b’kulur differenti minn dak ta’ kitba oħra.

Artikolu 4

Id-Deċiżjoni 97/513/KE hija mħassra.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-13 ta’ Frar 1998.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kumissjoni

[1] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, p. 15.

[2] ĠU L 332, tat-30.12.1995, p. 40.

[3] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1.

[4] ĠU L 162, ta’ l-1.7.1996, p. 1.

[5] ĠU L 214, tas-6.8.1997, p. 46.

--------------------------------------------------

ANNESS A

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

ANNESS B

LISTA TA’ STABBILIMENTI APPROVATI

Numru | Isem | Indirizz | Approvat sa |

CTG-35 | Apex Foods Ltd | Sagarika Road, Chittagong | tat- 28.2.1999 |

CTG-31 | SAR & Co. Ltd | Sagarika Road, Chittagong | tat- 28.2.1999 |

CTG-33 | Meenhar Sea Foods Ltd | Kulurghat, Chittagong | tat- 28.2.1999 |

KLN-18 | Lockpur Fish Processing Co. Ltd | Rupsha, Khulna | tat- 28.2.1999 |

KLN-08 | Asian Sea Food Ltd | Shipyard Road, Khulna | tat- 28.2.1999 |

KLN-01 | Sigma Sea Foods Ltd | Rupsha, Khulna | tat- 28.2.1999 |

--------------------------------------------------

Top