EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31993L0060

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/60/KEE tat-30 ta’ Ġunju 1993 li temenda d-Direttiva 88/407/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni tas-semen deep-frozen ta’ l-annimali domestiċi ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat u li testendiha biex tkopri semen frisk ta’ l-ifrat

ĠU L 186, 28.7.1993, p. 28–31 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32016R0429

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1993/60/oj

31993L0060



Official Journal L 186 , 28/07/1993 P. 0028 - 0031
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0071
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 51 P. 0071


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/60/KEE

tat-30 ta’ Ġunju 1993

li temenda d-Direttiva 88/407/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli għal kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni tas-semen deep-frozen ta’ l-annimali domestiċi ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat u li testendiha biex tkopri semen frisk ta’ l-ifrat

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi d-Direttiva 88/407/KEE [4] tistabbilixxi ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali applikabbli fil-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ semen deep-frozen ta’ l-annimali domestiċi ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat;

Billi l-Artikolu 4 ta’ l-imsemmija Direttiva ddefinixxa l-miżuri proviżjonali għall-kummerċ fis-semen mill-barrin li huma seropożittivi għal infettiva ta’ l-ifrat (IBR - RIF); billi dawn il-ħtiġiet għandhom ikunu rriveduti, fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni; billi dan ir-rapport jindika li huwa meħtieġ sabiex ikunu mnaqqsa għal kollox b’ċerta fażi l-barrin li huma seropożittivi jew ta’ status mhux magħruf qabel it-tilqim fiċ-ċentru sa l-1998 u li tinżamm il-possibbiltà li tilqim f’ċentru fil-futur; billi huwa meħtieġ li ssir emenda fl-imsemmi l-Artikolu 4 f’dan ir-rigward;

Billi t-tilqim b’rutina tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer kien ġie mwaqqaf fil-Komunità sa minn Awissu 1991; billi, għalhekk, huwa meħtieġ li jkunu emendati d-disposizzjonijiet tad-Direttiva 88/407/KEE sabiex jittieħed rendikont ta’ din il-bidla fl-istrateġija; billi din il-bidla tippermetti wkoll kummerċ fis-semen frisk ta’ l-ifrat li jseħħ taħt regoli armonizzati;

Billi huwa opportun li jsiru aktar emendi għal din id-Direttiva sabiex jiġu ċċarati ċerti kwistjonijiet u li jittieħed rendikont tal-progress tekniku, partikolarment fir-rigward tat-trattament tal-barrin kontra leptospirosi, u li jiġu alinejati r-regoli fir-rigward tal-bruċellosi, it-tuberkulosi u l-lewkosi fuq dawk stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE [5];

Billi huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal emendi għall-Annessi permezz ta’ proċedura li tistabbilixxi kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 88/407/KEE hija b’dan emendata kif ġej:

1. Fit-titolu u fl-Artikolu 1, il-kliem ‘iffriżat ħafna’ għandhom jiġu mħassra.

2. L-Artikolu 4(1) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. Mingħajr preġudizzju għal paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul ta’ semen minn barrin li jagħtu reazzjoni negattiva għan-newtralizzazzjoni tas-serum jew it-test Elisa għal ta’ l-ifrat infettiva/vulvo-vaginitis pustulari infettiva jew li juru riżultat pożittiv wara t-tilqim bi qbil ma’ din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu, sal-31 ta’ Diċembru 1998, jawtorizzaw id-dħul ta’ semen tal-barrin li jagħtu reazzjoni pożittiva għat-test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum jew it-test Elisa għal ta’ l-ifrat infettiva/vulvo-vaginitis pustulari infettiva u li ma kinux ġew imlaqqma bi qbil ma’ din id-Direttiva.

F’dak il-każ, kull konsenja trid tgħaddi minn eżami ta’ injezzjoni f’annimal ħaj u/jew test ta’ l-iżolazzjoni tal-virus.

Il-ħtieġa m’għandhiex tapplika fir-rigward ta’ semen ta’ l-annimali li, qabel l-ewwel tilqima ta’ rutina fiċ-ċentru ta’ l-inseminazzjoni, ikollhom reazzjoni negattivament għat-testijiet li hemm referenza dwarhom fl-ewwel subparagrafu. B’dankollu, is-semen ta’ l-annimali mogħtija tilqim ta’ emergenza wara kull feġġ ta’ RIF għandhom jgħaddu test ta’ l-iżolament tal-virus.

Dawn l-eżamijiet jistgħu, bi ftehem bilaterali, isiu jew fil-pajjiz tal-ġbir jew fil-pajjiz tad-destinazzjoni.

F’dak il-każ, ta’ l-anqas 10 % ta’ kull ġbir ta’ semen (b’minimu ta’ ħames tubi) għandhom ikunu ttrattati.

Il-protokolli għat-tests li għandhom jintuzaw bi qbil ma’ dan l-Artikolu għandhom ikunu stabbiliti bi qbil mal-proċedura fl-Artikolu 18".

3. L-Artikolu 4(3) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"3. L-Istati Membri m’għandhomx jopponu d-dħul ta’ semen minn barrin imlaqqma kontra l-mard ta’ l-ilsien u d-dwiefer. B’dankollu, meta s-semen ikun ġie akkwistat minn barri li kien imlaqqam kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer matul l-aħħar perjodu ta’ tnax-il xahar qabel il-ġbir, 5 % tas-semen minn kull ġbir (b’minimu ta’ ħames tubi) intenzjonati biex jintbagħtu lejn Stat Membru ieħor għandhom ikunu suġġetti għal, f’laboratorju ta’ l-Istat Membru tad-destinazzjoni jew f’laboratorju maħtur minnha, għat-test ta’ l-iżolament tal-virus għal marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, b’riżultati negattivi.".

4. L-Artikolu 12 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"Artikolu 12

Ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 ta’ Diċembru 1990 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ l-ivverifikar veterinarju fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjizi terzi [*] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bir-Regolament (KEE) Nru 1601/92 (ĠU L 173, tas-27.6.1992, p. 13. għandhom japplikaw b’mod partikolari għall-organizzazzjoni u l-verifiki sussegwenti li għandhom jitwettqu mill-Istati Membri u l-miżuri ta’ salvagwardja li għandhom ikunu applikati."

5. L-Artikoli 13 u 14 għandhom jiġu mħassra.

6. Fl-Anness A, il-Kapitolu II, is-segwenti għandhom jiġu miżjuda mal-punt (f) (i):

"Embrijuni ffriżati jistgħu wkoll jiġu maħżuna f’ċentri approvati kemm-il darba li:

- dik il-ħażna tkun awtorizzata mill-awtorità kompetenti,

- l-embrijuni jilħqu l-ħtiġiet tad-Direttiva tal-Kunsill 89/556/KEE tal-25 ta’ Settembru 1989 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju fi u l-importazzjoni minn pajjizi terzi ta’ embrijuni ta’ l-annimali domestiċi ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat [*] ĠU L 302, tad-19.10.1989, p. 1. Id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 224, tas-18.10.1990, pl. 29).

- l-embrijuni jkunu maħżuna f’vażetti tal-ħażna fil-bini approvat għall-ħażna tas-semen."

7. Fl-Anness A, il-Kapitolu II, (f) (vii) għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"(vii) kull doża individwali tas-semen tkun immarkata biċ-ċar b’tali mod li d-data tal-ġbir tas-semen, il-boton u l-identifikazzjoni ta’ l-annimal donatur, l-isem taċ-ċentru u l-istat seroloġiku ta’ l-annimal donatur fir-rigward għal ta’ l-ifrat infettiva u l-vulvo-vaginite pustulari infettiva, possibbilment b’kodiċi, jista’ jkun malajr identifikat; il-karatteristiċi u l-forma ta’ dan l-immarkar għandu jkun stabbilit bi qbil mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 19."

8. Fl-Anness B, Kapitolu I, paragrafu 1 (b) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

"(b) qabel iż-żamma tagħhom fl-akkomodazzjoni iżolata kif deskritta f’(a), kienu jagħmlu parti minn merħla li hija uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi u uffiċjalment ħielsa minn bruċellosi bi qbil mad-Direttiva 64/432/KEE. L-annimali ma setgħux preċedentament kienu ġew miżmuma f’waħda jew aktar mill-merħliet ta’ kull status aktar baxx."

9. Fl-Anness B, il-Kapitolu I, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 (c) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

"li jkunu ġew minn merħla ħielsa ta’ lukosi enżootika ta’ l-ifrat kif iddefinita fid-Direttiva 64/432/KEE, jew li kienu prodotti minn baqar omm li kienu suġġetti, b’riżultati negattivi, għat-test immuno diffusiv ta’ Agar Gel, imwettaq b’mod bi qbil ma’ l-Anness G tad-Direttiva 64/432/KEE, wara t-tneħħija ta’ l-annimali mill-baqar omm tagħhom. Fil-kaz ta’ annimali li jiġu minn trasferiment ta’ l-embrijuni, ‘omm’ tfisser ir-riċipjent ta’ l-embrijuni."

10. Fl-Anness B, il-Kapitolu I, il-paragrafu 1 (d) (ii) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

"(ii) test ta’ agglutinazzjoni tas-serum imwettaq bi qbil mal-proċedura deskritta fl-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE u li juru għadd tal-bruċella ta’ anqas minn 30 IU ta’ agglutinazzjoni kull millilitru, jew kull test ta’ fissazzjoni kumplimentari li turi għadd ta’ bruċella ta’ anqas minn 20 KEE unità kull millilitru (20 unità ICFT)."

11. Fl-Anness B, il-Kapitolu I, il-paragrafu 1 (e) (i) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

"(i) test ta’ agglutinazzjoni tas-serum li jkun konformi mal-proċedura deskritta fl-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE u li juru għadd tal-bruċella ta’ anqas minn 30 IU ta’ agglutinazzjoni kull millilitru, jew kull test ta’ fissazzjoni kumplimentari li juri għadd ta’ bruċella ta’ anqas minn 20 KEE unità kull millilitru (20 unità ICFT)."

12. Fl-Anness B, il-Kapitolu I, fl-aħħar sentenza tal-paragrafu 1 (e), il-kliem ‘u jkollhom trattament kontra leptospirosi li jkun jinkludi fih żewġ injezzjonijiet ta’ streptomycin f’intervall ta’ 14-il jum (25 mg kull kilogramm ta’ korpi ħajjin bil-piż)’ għandhom ikunu mħassra.

13. Is-segwenti paragrafu għandu jkun miżjud ma’ l-Anness B, il-Kapitolu I:

"6. B’dankollu, sa l-1 ta’ Lulju 1995 l-Istati Membri jistgħu jaċċettaw li japprovaw għaċ-ċentri tal-ġbir tas-semen approvati għall-annimali ta’ l-ispeċi ta’ l-ifrat li joriġinaw minn merħliet li huma ħielsa mill-bruċċellosi. F’dak il-kaz, l-annimali għandhom, matul il-perjodu diġà msemmi, jiġu suġġetti għat-test ta’ fissazzjoni komplimentari li juru għadd tal-bruċella anqas minn 20 unità KEE kull millilitru (20 unità ICFT) kif hemm provvediment dwar dan f’(d) (ii) u (e) (i)."

14. Fl-Anness B, il-Kapitolu II, il-paragrafu 1 (ii) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

"(ii) test ta’ agglutinazzjoni tas-serum għall-bruċċellosi, imwettaq bi qbil mal-proċedura deskritta fl-Anness Ċ tad-Direttiva 64/432/KEE, li juru għadd tal-bruċella anqas minn 30 IU ta’ agglutinazzjoni kull millilitru, jew test ta’ fissazzjoni kumplimentari li juri għadd ta’ bruċella ta’ anqas minn 20 KEE unità kull millilitru (20 unità ICFT)."

15. Fl-Anness B, il-Kapitolu II, il-paragrafu 1 (iii) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

"(iii) test ta’ għarbiel għal-lukosi enżootika ta’ l-ifrat, imwettaq bi qbil mal-proċedura deskritta fl-Anness G tad-Direttiva 64/432/KEE, b’riżultat negattiv;"

16. Fl-Anness B, il-Kapitolu II, il-paragrafu 1 (iv) il-kliem ‘sal-31 ta’ Diċembru 1992’ għandu jiġi mħassar.

17. Fl-Anness B, il-Kapitolu II, il-paragrafu 3, it-tielet subparagrafu għandu jkun mibdul bis-segwenti subparagrafi:

"Dawn id-disposizzjonijiet m’għandhomx japplikaw għal barrin seropożittivi li, qabel l-ewwel tilqima bi qbil ma’ din id-Direttiva fiċ-ċentru ta’ l-inseminazzjoni, ikunu taw reazzjoni negattiva għat-test ta’ newtralizzazzjoni tas-serum jew it-test ELISA għal infettiva ta’ l-ifrat jew il-vulvo-vaginite postulari infettiva.

Barrin seropożittivi li saret referenza dwarhom fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1) għandhom jiġu iżolati ladarba s-semen jista’ jkun suġġett għall-kummerċ intra-Komunitarju bi qbil mad-disposizzjonijiet għall-kummerċ fis-semen minn barrin bħal dawn."

18. Fl-Anness, il-paragrafu 1 (b) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

"(b) (i) ma kinux ġew imlaqqma kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer matul l-aħħar 12-il xahar qabel il-ġbir, jew

(ii) ikunu ġew imlaqqma kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer matul l-aħħar 12-il xahar qabel il-ġbir, f’liema każ 5 % (b’minimu ta’ ħames tubi) għal kull ġabra għandhom jiġu mogħtija għat-test ta’ l-iżolament tal-virus għal marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer b’riżultati negattivi;"

19. Fl-Anness Ċ, il-paragrafu 1 (d) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

"(d) kienu ġew miżmuma f’ċentru tal-ġbir tas-semen approvat għal perjodu kontinwu ta’ l-anqas 30 jum minnufih wara l-ġbir tas-semen fil-kaz ta’ ġbir ta’ semen frisk;"

20. Fl-Anness Ċ, il-paragrafu 1 (f) u (g) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

"(f) huma miżmuma f’ċentri ta’ ġbir tas-semen li kienu ħielsa mill-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer għal ta’ l-anqas tliet xhur qabel il-ġbir tas-semen u 30 jum wara l-ġabra jew, fil-kaz ta’ semen frisk, sa dik id-data tad-dispaċċ u huma allokati fiċ-ċentru ta’ kull żona ta’ radda ta’ 10 kilometri li fihom għal ta’ l-anqas fi 30 jum ma kienx hemm il-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer;

(g) baqgħu miżmuma f’ċentri tal-ġbir tas-semen li, matul il-perjodu li beda 30 jum qabel il-ġbir u li spiċċa 30 jum wara l-ġbir tas-semen jew, fil-kaz ta’ semen frisk, sad-data tad-dispaċċ, kienu ħielsa minn dawk il-mard ta’ l-ifrat li huma obbligatorjament notifikabbli bi qbil ma’ l-Anness E tad-Direttiva 64/432/KEE;"

21. Fl-Anness Ċ, il-paragrafu 3 (i) għandu jiġi mibdul bis-segwenti:

"(i) ikunu maħżuna f’kondizzjonijiet approvati għal perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-dispaċċ. Din il-ħtieġa m’għandhiex tapplika għas-semen frisk;"

22. Fl-Anness D (IV), il-paragrafu 4 (iii), il-kliem ‘konsenja’ għandha tiġi mibdula bil-kelma ‘ġbir’.

23. Fl-Anness D (IV), il-paragrafu 5 għandu jiġi mibdul bi:

"5. is-semen deskritt hawn fuq ġie miġbur minn barrin:

(i) li ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer matul l-aħħar 12-il xahar qabel il-ġbir (1); jew

(ii) li ġew imlaqqma kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fi żmien 12-il xahar qabel il-ġbir, f’liema każ is-semen li jiġi mill-ġbir li fih 5 % ta’ kull ġabra intiż għall-kummerċ (b’minimu ta’ 5 tubi) ikunu ġew suġġetti, b’riżultati negattivi, għal test ta’ l-iżolament għall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-…laboratorju (2);"

24. Fl-Anness D, IV is-segwenti għandu jiġi miżjud:

"6. is-semen ġie maħżun f’kondizzjonijiet approvati għal kull perjodu minimu ta’ 30 jum qabel id-dispaċċ (3)."

25. Fl-Anness D, fin-nota f’qiegħ il-paġna 2, il-kliem ‘it-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 4(1)’ għandu jiġi mibdul bi ‘l-Artikolu 4’.

26. Fl-Anness D, is-segwenti għandhom jiġu miżjuda bħala nota ta’ qiegħ il-paġna 3:

"(3) Jista’ jkun imħassar għas-semen frisk."

L-Artikolu 2

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lejn il-Kunsill, qabel l-1 ta’ Jannar 1998, rapport dwar din id-Direttiva, billi tieħu akkont ta’ l-esperjenza miksuba u l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, partikolarment tal-ġlieda kontra, u l-eradikazzjoni ta’, mard, flimkien ma’ kull proposta xierqa. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq dawk il-proposti sat-30 ta’ Ġunju 1998.

Artikolu 3

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa l-1 ta’ Lulju 1994. Għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandhom ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandha tkun adottata mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lejn il-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet essenzjali tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, fit-30 ta’ Ġunju 1993.

Għall-Kunsill

Il-President

S. Bergstein

[1] ĠU Ċ 324, ta’ l- 10.12.1992, p. 13.

[2] ĠU L 72, tal-15.3.1993, p. 153.

[3] ĠU Ċ 108, tad- 19.4.1993, p. 12.

[4] ĠU L 194, tat-22.7.1998, p. 10. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 224, tat-18.8.1990, pl. 29).

[5] Id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa ta’ l-annimali li jaffettwaw in-negozju intra-Komunitarju f’annimali ta’ l-ifrat u majjali (ĠU L 121, tad-29.7.1964, p. 1977/64.). Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 92/102/KEE (ĠU L 355, tal-5.12.1992, p. 32).

--------------------------------------------------

Top