EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0067

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 67/2007 tad- 29 ta’ Ġunju 2007 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

ĠU L 304, 22.11.2007, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/67(2)/oj

22.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 304/51


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 67/2007

tad-29 ta’ Ġunju 2007

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f'oqsma speċifiċi barra l-erba' libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem imsejjaħ bħala “l-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 74/2006 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża sabiex tinkludi d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi l-programm ta’ qafas għall-kompetittività u l-kompetizzjoni (2007-2013) (2).

(3)

Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din l-estensjoni tal-kooperazzjoni tkun tista' sseħħ b'effett mill-1 ta’ Jannar 2007,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fl-Artikolu 7(5) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim:

“—

32006 D 1639: Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007-2013) (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15)”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Magħmula fi Brussell, 29 ta’ Ġunju 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)  ĠU L 245, 7.9.2006, p. 45

(2)  ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15.

(*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


Top