EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21997A0618(06)

Skambju ta' ittri li jirreġistra l-ftehim komuni dwar il-priniċipji ta' koperazzjoni internazzjonali dwar attivitajiet ta' riċerka u żvilupp fil-qasam ta' sistemi intelliġenti ta' fabbrikazzjoni (SIF) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, l-Awstralja, il-Kanada u l-pajjiżi ta' l-EAKĦ tan-Norveġja u l-Isvizzera

ĠU L 161, 18.6.1997, p. 41–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 08/04/2007

ELI: http://data.europa.eu/eli/exch_let/1997/378(6)/oj

Related Council decision

21997A0618(06)

Official Journal L 161 , 18/06/1997 P. 0041 - 0045

Skambju ta' ittri

li jirreġistra l-ftehim komuni dwar il-priniċipji ta' koperazzjoni internazzjonali dwar attivitajiet ta' riċerka u żvilupp fil-qasam ta' sistemi intelliġenti ta' fabbrikazzjoni (SIF) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, l-Awstralja, il-Kanada u l-pajjiżi ta' l-EAKĦ tan-Norveġja u l-Isvizzera

A. Ittra mill-Komunità

Brussel, 19 ta' Marzu 1997.

Sinjur,

Nirreferi għad-diskuzzjonijiet li seħħew li jirrigwardaw koperazzjoni internazzjonali dwar attivitajiet ta' riċerka u żvilupp fil-qasam ta' sistemi intelliġenti ta' fabbrikazzjoni (SIF) bejn il-parteċipanti, jiġifieri l-Komunità Ewropea, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, l-Awstralja, il-Kanada, u l-pajjiżi ta' l-EAKĦ tan-Norveġja u l-Isvizzera.

L-għan ta' din l-ittra huwa li jiġi reġistrat il-ftehim komuni li ntlaħaq dwar il-prinċipji ta' koperazzjoni tas-SIF. L-ittra tikkumplimenta t-Termini ta' Referenza (TtR) żviluppati mill-Kumitat ta' Tmexxija Internazzjonali fit-tmiem ta' l-istudju ta' possibiltà tas-SIF fl-1994 u timmodifika l-Artikolu VIII tat-TtR u l-Artikolu 1.13 ta' l-Appendiċi 2 tat-TtR kif indikati hawn taħt. It-TtR, u l-Appendiċijiet mat-TtR, huma annessi ma’ din l-ittra.

1. Għan

Parteċipanti jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw koperazzjoni bejn entitajiet, stabbiliti fit-territorji tagħhom (fit-territorji ta' l-Istati Membri tiegħu fil-każ tal-Komunità Ewropea), fil-qasam tas-sistemi intelliġenti ta' fabbrikazzjoni. Koperazzjoni bħal din għandha tiżgura bilanċ ta' benefiċċji u kontribuzzjonijiet, tkun ta' rilevanza industrijali u tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' interess u ftehim bejn xulxin.

2. Temi tekniċi għal koperazzjoni tas-SIF

Il-koperazzjoni se tkopri inizjalment il-ħames temi tekniċi li ġejjin:

(a) kwistjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja totali tal-prodott;

(b) kwistjonijiet ta' proċessar;

(ċ) għodda ta' strateġija/ppjanar/disinn;

(d) kwistjonijiet umani/organizzattivi/soċjali, u;

(e) kwistjonijiet ta' intrapriżi virtwali u estiżi.

Temi oħra fl-iskop tas-SIF jistgħu jiġu maħsuba, madankollu, għandu jiġi żgurat li temi tekniċi ġodda huma konsistenti mal-politika tal-gvern u projoritajiet industrijali tar-reġjuni parteċipanti.

3. Forom u mezzi ta' koperazzjoni

Koperazzjoni tinvolvi parteċipazzjoni fi proġetti minn entitajiet, bi qbil ma’ proċeduri adottati li huma komuni għall-ħolqien u l-operat ta' consortia internazzjonali u tista’ tinkludi visti, taħriġ u bdil ta' xjentisti, inġiniera u personal xieraq ieħor għal għanijiet relevanti għall-implimentazzjoni u t-tlestija b’ suċċess tal-proġetti.

4. Disseminazzjoni u utilizzazzjoni tat-tagħrif

Drittijiet ta' propjeta intellettwali (DPI) li jirrisultaw minn proġetti mwettqa mas-SIF ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-SIF/DPI mogħtija fl-Appendiċi 2 tat-TtR. Dan l-Appendiċi jiġi emendat fl-Artikolu 1.13 sabiex jirrifletti li l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja huma membri ta' l-Unjoni Ewropea.

5. Finanzjament

Finanzjament ta' attivajiet koperattivi jkunu suġġetti għad-disponibbilta ta' fondi u għall-liġijiet u regolamenti, politika u programmi applikabbli tar-reġjuni parteċipani.

Kull parteċipant jkopri l-parteċipazzjoni tiegħu.

Kull parteċipant jikkontribwixxi, f’ fondi jew f’ oġġetti, b’ manjiera ġusta għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet u l-ispejjeż tas-segretarjat interreġjonali.

6. Implimentazzjoni tas-SIF

Rappreżentanti tal-parteċipanti maħtura għall-Kumitat ta' Tmexxija Internazzjonali (KTI) jaġixxu bħala l-kuntatt bejn il-KTI u l-amministrazzjonijiet/gvernijiet pubbliċi rispettivi tagħhom. Ir-rappreżentattivi tal-parteċipanti se jimmonitorjaw l-implimentazzjoni rigward l-iskop, il-prinċipji u l-istruttura tal-programm tas-SIF u jkollhom rwol ta' tħaffif. B’ żieda ma’ dan ikollhom il-funzjonijiet li ġejjin:

- jiffaċilitaw koperazzjoni ġdida bejn is-segretarjati reġjonali,

- bdil ta' tagħrif dwar prattika lokali, liġijiet, regolamenti u programmi rilevanti għall-koperazzjoni,

- jiffaċilitaw parteċipazzjoni ta' intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (IŻM) direttament u indirettament fil-programm tas-SIF. B’ mod partikolari dan ikun jinkludi aċċess għal faċilita elettronika ta' tfittxija ta' sieħeb u reġistru elettroniku ta' espressjonijiet ta' interess, u,

- jippreżentaw għad-deċiżjoni lil amministrazzjonijiet tal-gvern/pubbliċi r-rakkomandazzjonijiet tal-KTI għad-dħul ta' parteċipanti ġodda.

Il-parteċipanti jorganizzaw, imexxu jew jinnominaw is-segretarjati reġjonali rispettivi tagħhom. B’ mod partikolari, is-segretarjati reġjonali jinkludu r-responsabbilitajiet li ġejjin:

- jiffaċilitaw l-għażla f’ waqtha ta' proġetti fil-livell reġjonali, skond ir-regoli u l-proċeduri fis-seħħ fir-reġjun tal-parteċipant.

- jassistu fil-formazzjoni ta' consortium ġo u matul reġjunijiet rispettivi, u,

- jaħdmu ma’ gruppi ta' infrastruttura reġjonali biex jiffaċilitaw SIF.

7. Dewmien

Il-programm tas-SIF ikollu dewmien ta' 10 snin, kull parteċipazzjoni jkun jista’ jirtira f’ kull waqt bla ħsara għal avviż ta' 12-il xahar. Il-parteċipanti jistgħu jirrevedu l-prinċipji tal-koperazzjoni tagħhom ħames snin wara l-ftuħ tagħhom sabiex jaraw jekk għandhiex titkompla, tiġi modifikata jew terminata. Dan jibel l-Artikolu VIII tat-TtR.

8. Implimentazzjoni ta' SIF fl-Ewropa

Il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera u n-Norveġja jirriserva l-għażla li jaġixxu flimkien bħala reġjun waħdieni, li jrid jiġi rappreżentat minn delegazzjoni kombinata dwar il-Kumitat ta' Tmexxija Internazzjonali u jiġi appoġġjat minn Segretarjat Ewropew SIF waħdieni.

Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea tipprovdi l-appoġġ meħtieġ għas-segretarjat reġjonali.

Din l-ittra, flimkien ma’ l-aċċettazzjoni tagħha mill-parteċipanti, tikkumplimenta u timmodifika t-TtR u tirreġistra l-ftehim komuni dwar il-prinċipji ta' koperazzjoni tas-SIF. Inkun kuntent jekk nirċievi l-konferma bikrija tiegħek ta' dan il-ftehim.

F'isem il-Komunità Ewropea

+++++ TIFF +++++

B. Ittra mill-Isvizzera

Berne, 9 ta' April 1997.

Sinjur,

Jiena ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek tad-19 ta' Marzu 1997 li tinqara kif ġej:

"Nirreferi għad-diskuzzjonijiet li seħħew li jirrigwardaw koperazzjoni internazzjonali dwar attivitajiet ta' riċerka u żvilupp fil-qasam ta' sistemi intelliġenti ta' fabbrikazzjoni (SIF) bejn il-parteċipanti, jiġifieri l-Komunità Ewropea, u l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, l-Awstralja, il-Kanada, u l-pajjiżi ta' l-EAKĦ tan-Norveġja u l-Isvizzera.

L-għan ta' din l-ittra huwa li jiġi reġistrat il-ftehim komuni li ntlaħaq dwar il-prinċipji ta' koperazzjoni tas-SIF. L-ittra tikkumplimenta t-Termini ta' Referenza (TtR) żviluppati mill-Kumitat ta' Tmexxija Internazzjonali fit-tmiem ta' l-istudju ta' possibiltà tas-SIF fl-1994 u timmodifika l-Artikolu VIII tat-TtR u l-Artikolu 1.13 ta' l-Appendiċi 2 tat-TtR kif indikati hawn taħt. It-TtR, u l-Appendiċijiet mat-TtR, huma annessi ma’ din l-ittra.

1. Għan

Parteċipanti jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw koperazzjoni bejn entitajiet, stabbiliti fit-territorji tagħhom (fit-territorji ta' l-Istati Membri tiegħu fil-każ tal-Komunità Ewropea), fil-qasam tas-sistemi intelliġenti ta' fabbrikazzjoni. Koperazzjoni bħal din għandha tiżgura bilanċ ta' benefiċċji u kontribuzzjonijiet, tkun ta' rilevanza industrijali u tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' interess u ftehim bejn xulxin.

2. Temi tekniċi għal koperazzjoni tas-SIF

Il-koperazzjoni se tkopri inizjalment il-ħames temi tekniċi li ġejjin:

(a) kwistjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja totali tal-prodott;

(b) kwistjonijiet ta' proċessar;

(ċ) għodda ta' strateġija/ppjanar/disinn;

(d) kwistjonijiet umani/organizzattivi/soċjali, u,

(e) kwistjonijiet ta' intrapriżi virtwali u estiżi.

Temi oħra fl-iskop tas-SIF jistgħu jiġu maħsuba, madankollu, għandu jiġi żgurat li temi tekniċi ġodda huma konsistenti mal-politika tal-gvern u projoritajiet industrijali tar-reġjuni parteċipanti.

3. Forom u mezzi ta' koperazzjoni

Koperazzjoni tinvolvi parteċipazzjoni fi proġetti minn entitajiet, bi qbil ma’ proċeduri adottati li huma komuni għall-ħolqien u l-operat ta' consortia internazzjonali u tista’ tinkludi visti, taħriġ u bdil ta' xjentisti, inġiniera u personal xieraq ieħor għal għanijiet relevanti għall-implimentazzjoni u t-tlestija b’ suċċess tal-proġetti.

4. Disseminazzjoni u utilizzazzjoni tat-tagħrif

Drittijiet ta' propjeta intellettwali (DPI) li jirrisultaw minn proġetti mwettqa mas-SIF ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tas-SIF/DPI mogħtija fl-Appendiċi 2 tat-TtR. Dan l-Appendiċi jiġi emendat fl-Artikolu 1.13 sabiex jirrifletti li l-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja huma membri ta' l-Unjoni Ewropea.

5. Finanzjament

Finanzjament ta' attivajiet koperattivi jkunu suġġetti għad-disponibbilta ta' fondi u għall-liġijiet u regolamenti, politika u programmi applikabbli tar-reġjuni parteċipani.

Kull parteċipant jkopri l-parteċipazzjoni tiegħu.

Kull parteċipant jikkontribwixxi, f’ fondi jew f’ oġġetti, b’ manjiera ġusta għall-eżekuzzjoni tal-funzjonijiet u l-ispejjeż tas-segretarjat interreġjonali.

6. Implimentazzjoni tas-SIF

Rappreżentanti tal-parteċipanti maħtura għall-Kumitat ta' Tmexxija Internazzjonali (KTI) jaġixxu bħala l-kuntatt bejn il-KTI u l-amministrazzjonijiet/gvernijiet pubbliċi rispettivi tagħhom. Ir-rappreżentattivi tal-parteċipanti se jimmonitorjaw l-implimentazzjoni rigward l-iskop, il-prinċipji u l-istruttura tal-programm tas-SIF u jkollhom rwol ta' tħaffif. B’ żieda ma’ dan ikollhom il-funzjonijiet li ġejjin:

- jiffaċilitaw koperazzjoni ġdida bejn is-segretarjati reġjonali,

- bdil ta' tagħrif dwar prattika lokali, liġijiet, regolamenti u programmi rilevanti għall-koperazzjoni,

- jiffaċilitaw parteċipazzjoni ta' IŻM direttament u indirettament fil-programm tas-SIF. B’ mod partikolari dan ikun jinkludi aċċess għal faċilita elettronika ta' tfittxija ta' sieħeb u reġistru elettroniku ta' espressjonijiet ta' interess, u,

- jippreżentaw għad-deċiżjoni lil amministrazzjonijiet tal-gvern/pubbliċi r-rakkomandazzjonijiet tal-KTI għad-dħul ta' parteċipanti ġodda.

Il-parteċipanti jorganizzaw, imexxu jew jinnominaw is-segretarjati reġjonali rispettivi tagħhom. B’ mod partikolari, is-segretarjati reġjonali jinkludu r-responsabbilitajiet li ġejjin:

- jiffaċilitaw l-għażla f’ waqtha ta' proġetti fil-livell reġjonali, skond ir-regoli u l-proċeduri fis-seħħ fir-reġjun tal-parteċipant.

- jassistu fil-formazzjoni ta' consortium ġo u matul reġjunijiet rispettivi, u,

- jaħdmu ma’ gruppi ta' infrastruttura reġjonali biex jiffaċilitaw SIF.

7. Dewmien

Il-programm tas-SIF ikollu dewmien ta' 10 snin, kull parteċipazzjoni jkun jista’ jirtira f’ kull waqt bla ħsara għal avviż ta' 12-il xahar. Il-parteċipanti jistgħu jirrevedu l-prinċipji tal-koperazzjoni tagħhom ħames snin wara l-ftuħ tagħhom sabiex jaraw jekk għandhiex titkompla, tiġi modifikata jew terminata. Dan jibel l-Artikolu VIII tat-TtR.

8. Implimentazzjoni ta' SIF fl-Ewropa

Il-Komunità Ewropea u l-Isvizzera u n-Norveġja jirriserva l-għażla li jaġixxu flimkien bħala reġjun waħdieni, li jrid jiġi rappreżentat minn delegazzjoni kombinata dwar il-Kumitat ta' Tmexxija Internazzjonali u jiġi appoġġjat minn Segretarjat Ewropew SIF waħdieni.

Il-Kummissjoni tal-Komunità Ewropea tipprovdi l-appoġġ meħtieġ għas-segretarjat reġjonali.

Din l-ittra, flimkien ma’ l-aċċettazzjoni tagħha mill-parteċipanti, tikkumplimenta u timmodifika t-TtR u tirreġistra l-ftehim komuni dwar il-prinċipji ta' koperazzjoni tas-SIF. Inkun kuntent jekk nirċievi l-konferma bikrija tiegħek ta' dan il-ftehim."

Għandi l-unur nikkonferma li l-Gvern tiegħi jaqbel mal-kontenuti ta' l-ittra tiegħek.

Għall-Gvern tal-Konfederazzjoni Svizzera

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------

L-ANNESS

IT-TERMINI TA' REFERENZA GĦAL PROGRAMM TA' KOPERAZZJONI INTERNAZZJONALI FIL-MANIFATTURA AVVANZATA

(Dan l-anness (u s-sussegwenti appendiċi) huma identiċi għal dawk ippublikati f'paġna 6 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali)

Top