EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21996D0919(06)

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/96 tal-5 ta' Ġunju 1996 li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 237, 19.9.1996, p. 45–45 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1996/36(2)/oj

21996D0919(06)



Official Journal L 237 , 19/09/1996 P. 0045 - 0045


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 36/96

tal-5 ta' Ġunju 1996

li temenda l-Anness XX (Ambjent) għall-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi l-Anness XX għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 75/95 tal-15 ta' Diċembru 1995 [1];

Billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/533/KE ta' l-1 ta' Diċembru 1995 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' tikketta-eko tal-Komunità għal lampi tad-dawl b'tarf wieħed (single-ended) [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim;

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 2ef (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/365/KE) fl-Anness XX għall-Ftehim:

"2eg. 395 D 0533: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/533/KE ta' l-1 ta' Diċembru 1995 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti ta' tikketta-eko tal-Komunità għal lampi tad-dawl b'tarf wieħed (single-ended) (ĠU L 302, tal-15.12.1995, p. 42)."

.

Artikolu 2

It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/533/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-6 ta' Ġunju 1996, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-5 ta' Ġunju 1996.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

P. Benavides

[1] ĠU L 57, tal-7.3.1996, p. 41.

[2] ĠU L 302, tal-15.12.1995, p. 42.

--------------------------------------------------

Top