EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02018R1726-20190611
Regulation (EU) 2018/1726 of the European Parliament and of the Council of 14 November 2018 on the European Union Agency for the Operational Management of Large-Scale IT Systems in the Area of Freedom, Security and Justice (eu-LISA), and amending Regulation (EC) No 1987/2006 and Council Decision 2007/533/JHA and repealing Regulation (EU) No 1077/2011
Consolidated text: Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011
Regolament (UE) 2018/1726 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011
02018R1726 — MT — 11.06.2019 — 001.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT (UE) 2018/1726 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-14 ta’ Novembru 2018 (ĠU L 295 21.11.2018, p. 99) |
Emendat bi:
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
Nru |
Paġna |
Data |
||
REGOLAMENT (UE) 2019/816 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tas-17 ta' April 2019 |
L 135 |
1 |
22.5.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/817 TAL-PARLAMENT EWROPEW tal-20 ta' Mejju 2019 |
L 135 |
27 |
22.5.2019 |
|
REGOLAMENT (UE) 2019/818 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-20 ta' Mejju 2019 |
L 135 |
85 |
22.5.2019 |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT (UE) 2018/1726 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Novembru 2018
dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011
KAPITOLU I
SUĠĠETT U OBJETTIVI
Artikolu 1
Suġġett
1. B’dan hija stabbilita Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (l-Aġenzija).
2. L-Aġenzija, kif stabbilita b’dan ir-Regolament, għandha tissostitwixxi u tissuċċedi lill-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, kif stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011.
3. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II), tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u tal-Eurodac.
4. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għat-tħejjija, l-iżvilupp jew il-ġestjoni operazzjonali tas-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), DubliNet, is-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), l-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS.
5. L-Aġenzija tista’ ssir ukoll responsabbli għat-tħejjija, għall-iżvilupp jew għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja minbarra dawk imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, inklużi s-sistemi eżistenti, unikament jekk dan ikun previst mill-atti legali tal-Unjoni rilevanti li jirregolaw dawk is-sistemi, abbażi tal-Artikoli 67 sa 89 tat-TFUE, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni, fejn xieraq, l-iżviluppi fir-riċerka msemmija fl-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament u r-riżultati tal-proġetti pilota u l-provi tal-kunċett imsemmija fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament.
6. It-tmexxija operattiva għandha tikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa sabiex is-sistemi tal-IT fuq skala kbira jinżammu jiffunzjonaw f’konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għal kull waħda minnhom, inkluża r-responsabbiltà għall-infrastruttura ta’ komunikazzjoni użata minnhom. Dawk is-sistemi tal-IT fuq skala kbira ma għandhomx jiskambjaw data jew jippermettu l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni jew għarfien, sakemm dan ma jkunx stabbilit f’att legali tal-Unjoni speċifiku.
7. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti li ġejjin:
l-iżgurar tal-kwalità tad-data b’ konformità mal-Artikolu 12;
l-iżvilupp tal-azzjonijiet meħtieġa li jippermettu l-interoperabbiltà b’konformità mal-Artikolu 13;
it-twettiq tal-attivitajiet ta’ riċerka b’konformità mal-Artikolu 14;
it-twettiq ta’ proġetti pilota, provi tal-kunċett u attivitajiet ta’ ttestjar b’konformità mal-Artikolu 15, u
l-għoti ta’ appoġġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni b’konformità mal-Artikolu 16.
Artikolu 2
Objettivi
Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri skont l-atti legali tal-Unjoni jirregolaw is-sistemi tal-IT fuq skala kbira, l-Aġenzija għandha tiżgura:
l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira bl-użu ta’ struttura adegwata għat-tmexxija tal-proġetti għall-iżvilupp effiċjenti ta’ tali sistemi;
it-tħaddim effettiv, sigur u kontinwu ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;
it-tmexxija effiċjenti u finanzjarjament responsabbli ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;
kwalità adegwatament għolja tas-servizz għall-utenti ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;
kontinwità u servizz mingħajr interruzzjoni;
livell għoli ta’ protezzjoni tad-data, b’konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull sistema tal-IT fuq skala kbira;
livell xieraq ta’ sigurtà tad-data u fiżika, b’konformità mar-regoli applikabbli, inklużi dispożizzjonijiet speċifiċi għal kull sistema tal-IT fuq skala kbira;
KAPITOLU II
KOMPITI TAL-AĠENZIJA
Artikolu 3
Kompiti relatati mas-SIS II
Fir-rigward tas-SIS II, l-Aġenzija għandha twettaq:
il-kompiti mogħtija lill-Awtorità tat-Tmexxija mir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u d-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI; u
il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tas-SIS II, b’mod partikolari għall-persunal tas-SIRENE (SIRENE – Talba għal Informazzjoni Supplimentari fil-Punti tad-Dħul Nazzjonali), u t-taħriġ ta’ esperti dwar l-aspetti tekniċi tas-SIS II fil-qafas tal-evalwazzjoni ta’ Schengen.
Artikolu 4
Kompiti relatati mal-VIS
Fir-rigward tas-SIS II, l-Aġenzija għandha twettaq:
il-kompiti konferiti lill-Awtorità tat-Tmexxija bir-Regolament (KE) Nru 767/2008 u d-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI; u
il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-VIS u t-taħriġ ta’ esperti dwar l-aspetti tekniċi tal-VIS fil-qafas tal-evalwazzjoni ta’ Schengen.
Artikolu 5
Kompiti relatati mal-Eurodac
Fir-rigward tal-Eurodac, l-Aġenzija għandha twettaq:
il-kompiti konferiti lilha mir-Regolament (UE) Nru 603/2013; u
il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-Eurodac.
Artikolu 6
Kompiti relatati mal-EES
Fir-rigward tal-EES, l-Aġenzija għandha twettaq:
il-kompiti konferiti lilha mir-Regolament (UE) 2017/2226; u
il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-EES u t-taħriġ ta’ esperti dwar l-aspetti tekniċi tal-EES fil-qafas tal-evalwazzjoni ta’ Schengen.
Artikolu 7
Kompiti relatati mal-ETIAS
Fir-rigward tal-ETIAS, l-Aġenzija għandha twettaq:
il-kompiti konferiti lilha mir-Regolament (UE) 2018/1240; u
il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-ETIAS u t-taħriġ ta’ esperti dwar l-aspetti tekniċi tal-ETIAS fil-qafas tal-evalwazzjoni ta’ Schengen.
Artikolu 8
Kompiti relatati mad-DubliNet
Fir-rigward tad-DubliNet, l-Aġenzija għandha twettaq:
it-tmexxija operattiva tad-DubliNet, mezz sigur ta’ trażmissjoni elettronika separat bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, stabbilit skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1560/2003, għall-finijiet tal-Artikoli 31, 32 u 34 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ); u
kompiti relatati ma’ taħriġ dwar l-użu tekniku tad-DubliNet.
Artikolu 8a
Kompiti relatati mal-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS
B'rabta mal-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS, l-Aġenzija għandha twettaq:
il-kompiti mogħtija lilha permezz tar-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku tal-ECRIS-TCN u l-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS.
Artikolu 9
Kompiti relatati mat-tħejjija, l-iżvilupp u t-tmexxija operattiva ta’ sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira
Meta tiġi fdata bit-tħejjija, l-iżvilupp jew it-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira oħra msemmija fl-Artikolu 1(4), l-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti konferiti lilha skont l-att legali tal-Unjoni li jirregola s-sistema rilevanti, kif ukoll il-kompiti relatati mat-taħriġ dwar l-użu tekniku ta’ dawk is-sistemi, kif xieraq.
Artikolu 10
Soluzzjonijiet tekniċi li jirrikjedu kundizzjonijiet speċifiċi qabel l-implimentazzjoni
Fejn l-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw is-sistemi jeħtieġu li l-Aġenzija żżomm dawk is-sistemi jaħdmu 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa u mingħajr preġudizzju għall-atti legali tal-Unjoni, l-Aġenzija għandha timplimenta soluzzjonijiet tekniċi biex tissodisfa dawk ir-rekwiżiti. Fejn dawk is-soluzzjonijiet tekniċi jeħtieġu duplikazzjoni ta’ sistema jew duplikazzjoni ta’ komponenti ta’ sistema, dawn għandhom jiġu implimentati biss meta jkunu twettqu valutazzjoni tal-impatt u analiżi kosti-benefiċċji indipendenti li għandhom jiġu kkummissjonati mill-Aġenzija u wara l-konsultazzjoni mal-Kummissjoni u d-deċiżjoni pożittiva tal-Bord tat-Tmexxija. Il-valutazzjoni tal-impatt għandha teżamina wkoll il-ħtiġijiet eżistenti u dawk futuri f’termini ta’ kapaċità ta’ akkoljenza tas-siti tekniċi eżistenti relatati mal-iżvilupp ta’ tali soluzzjonijiet tekniċi u r-riskji possibbli relatati mal-istruttura operattiva attwali.
Artikolu 11
Kompiti relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni
1. L-Aġenzija għandha twettaq il-kompiti kollha relatati mal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tas-sistemi mogħtija lilha mill-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw is-sistemi, bl-eċċezzjoni ta’ dawk is-sistemi li jagħmlu użu mill-EuroDomain għall-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tagħhom. Fil-każ li dawk is-sistemi li jagħmlu tali użu tal-EuroDomain, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti tal-implimentazzjoni tal-baġit, l-akkwiżizzjoni u t-tiġdid, u l-kwistjonijiet kuntrattwali. Skont l-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw is-sistemi li jużaw l-EuroDomain, il-kompiti li jirrigwardjaw l-infrastruttura tal-komunikazzjoni (inkluża t-tmexxija operattiva u s-sigurtà) huma maqsuma bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni. Sabiex tiġi żgurata l-koerenza bejn l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, l-arranġamenti ta’ ħidma operattivi għandhom jiġu konklużi bejn l-Aġenzija u l-Kummissjoni u riflessi f’memorandum ta’ ftehim.
2. L-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandha tiġi ġestita u kkontrollata b’mod adegwat b’tali mod li tkun protetta mit-theddid, u sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tagħha u dik tas-sistemi, inkluża dik tad-data skambjata permezz tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni.
3. L-Aġenzija għandha tadotta miżuri xierqa, inklużi pjanijiet ta’ sigurtà, fost l-oħrajn, sabiex jiġu prevenuti l-qari, l-ikkopjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ data personali matul it-trasferimenti ta’ data personali jew it-trasport ta’ mezzi tad-data, b’mod partikolari permezz ta’ tekniki ta’ kriptaġġ xierqa. L-informazzjoni operattiva kollha relatata mas-sistema li tiċċirkola fl-infrastruttura tal-komunikazzjoni għandha tiġi kkriptata.
4. Il-kompiti relatati mal-forniment, l-istallazzjoni, il-manutenzjoni u l-monitoraġġ tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni tista’ tiġi fdata lil entitajiet jew korpi esterni fis-settur privat b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046. Tali kompiti għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Aġenzija u taħt is-sorveljanza mill-qrib tagħha.
Meta jwettqu dawk il-kompiti msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-entitajiet jew korpi esterni tas-settur privat kollha, inklużi l-fornituri tan-netwerk, għandhom ikunu marbuta bil-miżuri ta’ sigurtà msemmija fil-paragrafu 3 u ma għandu jkollhom ebda aċċess, bi kwalunkwe mezz, għal kwalunkwe data operattiva maħżuna fis-sistemi jew trasferiti permezz tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni jew lill-iskambju tas-SIRENE relatat tas-SIS II, bi kwalunkwe mezz.
5. Il-ġestjoni tal-kodiċijiet tal-kriptaġġ għandha tibqa’ fil-kompetenza tal-Aġenzija u ma għandha tiġi esternalizzata lil ebda entità esterna tas-settur privat. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-kuntratti eżistenti dwar l-infrastrutturi tal-komunikazzjoni tas-SIS II, il-VIS u l-Eurodac.
Artikolu 12
Il-kwalità tad-data
1. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri fir-rigward tad-data mdaħħla fis-sistemi taħt ir-responsabbiltà operazzjonali tal-Aġenzija, l-Aġenzija, bl-involviment mill-qrib tal-Gruppi Konsultattivi tagħha, għandha tistabbilixxi, għas-sistemi kollha taħt ir-responsabbiltà operazzjonali tagħha, mekkaniżmi u proċeduri awtomatizzati għall-kontroll tal-kwalità tad-data kif ukoll indikaturi komuni tal-kwalità tad-data u standards minimi tal-kwalità għall-ħżin tad-data, skont id-dispożizzjonijiet relevanti tal-istrumenti legali li jirregolaw dawk is-sistemi ta' informazzjoni u tal-Artikolu 37 tar-Regolamenti (UE) 2019/817 ( 3 ) u (UE) 2019/818 ( 4 ) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2. L-Aġenzija għandha tistabbilixxi repożitorju ċentrali li jkun fih biss data anonimizzata għar-rapportar u għall-istatistika f'konformità mal-Artikolu 39 tar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818, suġġetta għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fl-istrumenti legali li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija.
Artikolu 13
Interoperabbiltà
Fejn l-interoperabbiltà ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira tkun ġiet stipulata f’att legali tal-Unjoni rilevanti, l-Aġenzija għandha tiżviluppa wkoll l-azzjonijiet meħtieġa sabiex tippermetti dik l-interoperabbiltà.
Artikolu 14
Monitoraġġ tar-riċerka
1. L-Aġenzija għandha timmonitorja l-iżviluppi fir-riċerka rilevanti għat-tmexxija operattiva tas-SIS II, il-VIS, l-Eurodac, l-EES, l-ETIAS, DubliNet, l-ECRIS-TCN u sistemi oħra tal-IT fuq skala kbira kif imsemmi fl-Artikolu 1(5).
2. L-Aġenzija tista’ tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-partijiet tal-Programm Qafas tal-Unjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li jirrigwardjaw is-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Għal dak il-għan, u fejn il-Kummissjoni tkun iddelegat is-setgħat rilevanti lill-Aġenzija, l-Aġenzija għandu jkollha l-kompiti li ġejjin:
tiġġestixxi xi stadji tal-implimentazzjoni tal-programmi u xi fażijiet tul il-ħajja ta’ proġetti speċifiċi fuq il-bażi tal-programmi ta’ ħidma rilevanti adottati mill-Kummissjoni;
tadotta l-istrumenti tal-eżekuzzjoni tal-baġit għad-dħul u l-infiq u twettaq l-operazzjonijiet kollha meħtieġa għat-tmexxija tal-programm;
tipprovdi appoġġ fl-implimentazzjoni tal-programm.
3. L-Aġenzija għandha, fuq bażi regolari u minn tal-inqas darba fis-sena, iżżomm lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u, f’dak li jirrigwarda l-ipproċessar ta’ data personali, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, infurmati dwar l-iżviluppi msemmija f’dan l-Artikolu mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ rapportar b’rabta mal-implimentazzjoni tal-partijiet tal-Programm Qafas tal-Unjoni Ewropea għar-Riċerka u l-Innovazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.
Artikolu 15
Il-proġetti pilota, il-provi tal-kunċett u l-attivitajiet ta’ ttestjar
1. Fuq it-talba speċifika u preċiża tal-Kummissjoni, li għandha tkun infurmat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mill-inqas tliet xhur bil-quddiem minn meta tagħmel tali talba, u wara deċiżjoni pożittiva mill-Bord tat-Tmexxija, l-Aġenzija tista’, b’konformità mal-punt (u) tal-Artikolu 19(1) ta’ dan ir-Regolament u permezz ta’ ftehim ta’ delega, tiġi fdata bit-twettiq tal-proġetti pilota msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 58(2)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, għall-iżvilupp jew it-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira, skont l-Artikoli 67 sa 89 tat-TFUE, b’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
L-Aġenzija għandha żżomm lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u, f’dak li jirrigwarda l-ipproċessar ta’ data personali, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, infurmati fuq bażi regolari dwar l-evoluzzjoni tal-proġetti pilota mwettqa mill-Aġenzija taħt l-ewwel subparagrafu.
2. L-approprjazzjonijiet finanzjarji għall-proġetti pilota msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 58(2) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, li ntalbu mill-Kummissjoni taħt il-paragrafu 1, għandhom jiddaħħlu fil-baġit għal mhux aktar minn sentejn finanzjarji konsekuttivi.
3. Fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, wara li tkun infurmat lill-Parlament Ewropew, u wara deċiżjoni pożittiva tal-Bord tat-Tmexxija, l-Aġenzija tista’ tiġi fdata, permezz ta’ ftehim ta’ delega, b’kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja għall-provi tal-kunċett iffinanzjati taħt l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 515/2014 b’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
4. Wara deċiżjoni pożittiva mill-Bord tat-Tmexxija, l-Aġenzija tista’ tippjana u timplimenta attivitajiet ta’ ttestjar fuq kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament u minn kwalunkwe att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi.
Artikolu 16
Appoġġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni
1. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jitlob lill-Aġenzija biex tipprovdi pariri dwar il-konnessjoni tas-sistemi nazzjonali tiegħu mas-sistemi ċentrali sistemi tal-IT fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija.
2. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jippreżenta talba għal appoġġ ad-hoc lill-Kummissjoni li, soġġetta għall-valutazzjoni pożittiva tagħha li tali appoġġ huwa meħtieġ minħabba ħtiġijiet straordinarji tas-sigurtà jew tal-migrazzjoni, għandha titrażmettiha, mingħajr dewmien, lill-Aġenzija. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Bord tat-Tmexxija dwar tali talbiet. L-Istat Membru għandu jiġi informat fil-każ li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tkun negattiva.
Il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk l-Aġenzija pprovdietx rispons f’waqtu għat-talba tal-Istat Membru. Ir-rapport ta’ attività annwali għandu jirrapporta fid-dettall dwar l-azzjonijiet li l-Aġenzija wettqet sabiex tipprovdi appoġġ ad hoc lill-Istati Membri u dwar l-ispejjeż imġarrba f’dak ir-rigward.
3. L-Aġenzija tista’ wkoll tintalab tipprovdi pariri jew appoġġ lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet tekniċi relatati ma’ sistemi eżistenti jew ġodda, inkluż permezz ta’ studji u ttestjar. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Bord tat-Tmexxija dwar tali talbiet.
4. Grupp ta’ mill-inqas ħames Stati Membri jista’ jafda lill-Aġenzija bil-kompitu li tiżviluppa, tiġġestixxi jew tospita komponent tal-IT komuni biex jgħinhom jimplimentaw l-aspetti tekniċi tal-obbligi li jirriżultaw mill-liġi tal-Unjoni dwar sistemi deċentralizzati fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Dawk is-soluzzjonijiet tal-IT komuni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri li jagħmlu t-talba skont il-liġi tal-Unjoni applikabbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-arkitettura ta’ dawk is-sistemi.
B’mod partikolari, l-Istati Membri li jagħmlu t-talba jistgħu jafdaw lill-Aġenzija bil-kompitu li tistabbilixxi komponent komuni jew router għal informazzjoni antiċipata dwar il-passiġġieri u data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri bħala għodda ta’ appoġġ tekniku sabiex tkun iffaċilitata l-konnettività mat-trasportaturi tal-ajru biex tassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE ( 5 ) u d-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ). F’każ bħal dan, l-Aġenzijagħandha tiġbor ċentralment id-data mingħand it-trasportaturi bl-ajru u tittrażmetti dik id-data lill-Istati Membri permezz tal-komponent komuni jew router. L-Istati Membri li jagħmlu t-talba għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-trasportaturi bl-ajru jittrasferixxu d-data permezz tal-Aġenzija.
L-Aġenzija għandha tkun fdata bil-kompitu li tiżviluppa, tamministra jew tospita komponent tal-IT komuni biss wara approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni u soġġetta għal deċiżjoni pożittiva tal-Bord tat-Tmexxija.
L-Istati Membri li jagħmlu t-talba għandhom jafdaw lill-Aġenzija bil-kompiti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi permezz ta’ ftehim ta’ delega li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-delega tal-kompiti u l-kalkolu tal-ispejjeż kollha rilevanti u l-metodu tal-fatturazzjoni. L-ispejjeż rilevanti kollha għandhom ikunu koperti mill-Istati Membri parteċipanti. Il-ftehim ta’ delega għandu jkun konformi mal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw is-sistemi ikkonċernati. L-Aġenzija għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ftehim ta’ delega approvat u dwar kwalunkwe modifika għalih.
Stati Membri oħrajn jistgħu jitolbu li jipparteċipaw fis-soluzzjoni tal-IT komuni fejn din il-possibbiltà tkun prevista fil-ftehim ta’ delega li jistabbilixxi b’mod partikolari l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ tali parteċipazzjoni. Il-ftehim ta’ delega għandu jiġi modifikat biex jirrifletti dan wara l-approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni u wara deċiżjoni pożittiva tal-Bord tat-Tmexxija.
KAPITOLU III
STRUTTURA U ORGANIZZAZZJONI
Artikolu 17
Status legali u sede
1. L-Aġenzija għandha tkun korp tal-Unjoni u għandu jkollha personalità ġuridika.
2. L-Aġenzija għandha tgawdi mill-aktar kapaċità legali estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġi nazzjonali, f’kull Stat Membru. Hija tista’, b’mod partikolari, takkwista proprjetà mobbli jew immobbli jew tiddisponi minnha u tkun parti fil-proċedimenti legali.
3. Is-sede tal-Aġenzija għandha tkun f’Tallinn, l-Estonja.
Il-kompiti relatati mal-iżvilupp u t-tmexxija operattiva msemmija fl-Artikolu 1(4) u (5) u fl-Artikoli 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9 u 11 għandhom jitwettqu fis-sit tekniku tal-Aġenzija fi Strasburgu, Franza.
Sit ta’ riżerva li huwa kapaċi li jiżgura t-tħaddim ta’ sistema tal-IT fuq skala kbira f’każ ta’ ħsara f’tali sistema għandu jiġi installat f’Sankt Johann im Pongau, l-Awstrija.
4. Iż-żewġ siti tekniċi jistgħu jintużaw għat-tħaddim simultanju tas-sistemi, bil-kondizzjoni li s-sit ta’ riżerva jibqa’ kapaċi li jiżgura t-tħaddim tagħhom f’każ ta’ ħsara f’waħda jew aktar mis-sistemi.
5. Minħabba n-natura speċifika tas-sistemi, f’każ li jkun neċessarju għall-Aġenzija li tistabbilixxi t-tieni sit tekniku separat, jew fi Strasburgu jew f’Sankt Johann im Pongau, jew fiż-żewġ postijiet, kif meħtieġ, sabiex jiġu ospitati s-sistemi, tali ħtieġa għandha tiġi ġġustifikata fuq il-bażi ta’ valutazzjoni indipendenti tal-impatt u fuq analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u jqis il-fehmiet tagħha qabel ma jinnotifika lill-awtorità baġitarja bl-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett relatat ma’ proprjetà skont l-Artikolu 45(9).
Artikolu 18
Struttura
1. L-istruttura amministrattiva u maniġerjali tal-Aġenzija għandha tinkludi:
Bord tat-Tmexxija;
Direttur Eżekuttiv;
Gruppi Konsultattivi.
2. L-istruttura tal-Aġenzija għandha tinkludi:
uffiċjal għall-protezzjoni tad-data;
uffiċjal tas-sigurtà;
uffiċjal tal-kontabbiltà.
Artikolu 19
Funzjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu:
jipprovdi l-orjentazzjoni ġenerali għall-attivitajiet tal-Aġenzija;
jadotta, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu intitolati għall-vot, il-baġit annwali tal-Aġenzija u jeżerċita funzjonijiet oħrajn fir-rigward tal-baġit tal-Aġenzija skont il-Kapitolu V;
jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u l-Viċi Direttur Eżekuttiv u, fejn ikun rilevanti, jestendi l-mandati rispettivi tagħhom jew itemm il-mandat tagħhom, b’konformità mal-Artikoli 25 u 26 rispettivament;
jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq id-Direttur Eżekuttiv u jissorvelja l-prestazzjoni tiegħu, inkluża l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija, u jeżerċita awtorità dixxiplinarja fuq il-Viċi Direttur Eżekuttiv, bi ftehim mad-Direttur Eżekuttiv;
jieħu d-deċiżjonijiet kollha dwar l-istabbiliment tal-istruttura organizzazzjonali tal-Aġenzija u, fejn meħtieġ, il-modifika tagħha, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet tal-attività tal-Aġenzija kif ukoll il-ġestjoni baġitarja soda;
jadotta l-politika dwar il-persunal tal-Aġenzija;
jistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura tal-Aġenzija;
jadotta strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata mar-riskji ta’ frodi, filwaqt li jqis l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;
jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-membri tiegħu u jippubblikahom fuq is-sit web tal-Aġenzija;
jadotta regoli u proċeduri interni dettaljati biex jipproteġi lill-informaturi, inklużi mezzi xierqa ta’ komunikazzjoni għar-rapportar ta’ kondotta ħażina;
jawtorizza l-konklużjoni ta’ arranġamenti tax-xogħol skont l-Artikoli 41 u 43;
japprova, wara proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali li jikkonċerna s-sede tal-Aġenzija u l-ftehimiet li jikkonċernaw is-siti tekniċi u ta’ riżerva, stabbiliti b’konformità mal-Artikolu 17(3), li jridu jiġu ffirmati mid-Direttur Eżekuttiv u mill-Istati Membri ospitanti;
jeżerċita, b’konformità mal-paragrafu 2, fir-rigward tal-persunal tal-Aġenzija, is-setgħat mogħtija mir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali dwar l-Awtorità tal-Ħatra u bil-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħrajn fuq l-Awtorità li Għandha s-Setgħa Tikkonkludi Kuntratt ta’ Impieg (“is-setgħat tal-awtorità tal-ħatra”);
jadotta, bi qbil mal-Kummissjoni, ir-regoli ta’ implimentazzjoni meħtieġa sabiex jiddaħħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali;
jadotta r-regoli meħtieġa dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali għall-Aġenzija;
jadotta abbozz tal-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija, inkluż l-abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment, u jippreżentahom lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena;
jadotta l-abbozz ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni, li jkun fih il-programmazzjoni pluriennali tal-Aġenzija u l-programm ta’ ħidma tagħha għas-sena ta’ wara, kif ukoll abbozz tal-estimi provviżorji tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija, inkluż l-abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment, u jippreżentah sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, flimkien ma’ kwalunkwe verżjoni aġġornata ta’ dak id-dokument lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;
jadotta, qabel it-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, u b’konformità mal-proċedura baġitarja annwali, id-dokument uniku ta’ programmazzjoni, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni u jiżgura li l-verżjoni definittiva ta’ dan id-dokument uniku ta’ programmazzjoni tintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u li tiġi ppubblikata;
jadotta rapport interim sal-aħħar ta’ Awwissu ta’ kull sena dwar il-progress tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati għas-sena attwali u jippreżentah lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni;
jivvaluta u jadotta r-rapport tal-attività annwali kkonsolidat tal-attivitajiet tal-Aġenzija għas-sena preċedenti, billi jqabbel, b’mod partikolari, ir-riżultati miksuba mal-objettivi tal-programm ta’ ħidma annwali, u jibgħat kemm ir-rapport kif ukoll il-valutazzjoni tiegħu, sal-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, lill-Parlament, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri u jiżgura li r-rapporttal-attività annwali għandu jiġi ppubblikat;
iwettaq il-funzjonijiet tiegħu relatati mal-baġit tal-Aġenzija, inkluża l-implimentazzjoni ta’ proġetti pilota u provi tal-kunċett kif imsemmi fl-Artikolu 15;
jadotta r-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija b’konformità mal-Artikolu 49;
jaħtar uffiċjal tal-kontabbiltà, li jista’ jkun l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, soġġett għar-Regolamenti tal-Persunal, li għandu jkun indipendenti bis-sħiħ fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu;
jiżgura segwitu adegwat għas-sejbiet u għar-rakkomandazzjonijiet li joħorġu mid-diversi rapporti u evalwazzjonijiet tal-awditjar intern jew estern, kif ukoll minn investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE);
jadotta l-pjanijiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija fl-Artikolu 34(4) u jaġġornahom regolarment;
jadotta l-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa, inklużi pjan ta’ sigurtà, pjan ta’ kontinwità fin-negozju u pjan ta’ rkupru minn diżastru, filwaqt li jqis ir-rakkomandazzjonijiet possibbli tal-esperti tas-sigurtà preżenti fil-Gruppi Konsultattivi;
jadotta r-regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni tal-informazzjoni kklassifikata u tal-informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata wara approvazzjoni mill-Kummissjoni;
jaħtar uffiċjal tas-sigurtà;
jaħtar uffiċjal għall-protezzjoni tad-data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725;
jadotta r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001;
jadotta r-rapporti dwar l-iżvilupp tal-EES skont l-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, ir-rapporti dwar l-iżvilupp tal-ETIAS skont l-Artikolu 92(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 u r-rapporti dwar l-iżvilupp tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza tal-ECRIS skont l-Artikolu 36(3) tar-Regolament (UE) 2019/816;
jadotta r-rapporti dwar l-istat attwali tal-iżvilupp tal-komponenti ta' interoperabbiltà skont l-Artikolu 78(2) tar-Regolament (UE) 2019/817 u l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2019/818;
jadotta r-rapporti dwar il-funzjonament tekniku tas-SIS skont l-Artikolu 60(7) tar-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) u l-Artikolu 74(8) tar-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ), tal-VIS skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u l-Artikolu 17(3) tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, tal-EES skont l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, tal-ETIAS skont l-Artikolu 92(4) tar-Regolament (UE) 2018/1240, tal-ECRIS-TCN u tal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS skont l-Artikolu 34(8) tar-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) u tal-komponenti ta' interoperabbiltà skont l-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) 2019/817 u l-Artikolu 74(3) tar-Regolament (UE) 2019/818;
jadotta r-rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac skont l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013;
jadotta kummenti formali dwar ir-rapporti tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-awditi tiegħu skont l-Artikolu 56(2)tar-Regolament (UE) 2018/1861, l-Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, Artikolu 56(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) 2019/816 u l-Artikolu 52 tar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 u jiżgura segwitu xieraq ta' dawk l-awditi;
jippubblika statistika relatata mas-SIS II skont l-Artikolu 50(3) tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 u l-Artikolu 66(3) tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, rispettivament;
jikkompila u jippubblika statistika dwar il-ħidma tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac skont l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013;
jippubblika statistika relatata mal-EES skont l-Artikolu 63 tar-Regolament (UE) 2017/2226;
jippubblika statistika relatata mal-ETIAS skont l-Artikolu 84 tar-Regolament (UE) 2018/1240;
jippreżenta lill-Kummissjoni statistika relatata mal-ECRIS-TCN u mal-implimentazzjoni ta' referenza ECRIS skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2019/816;
jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista tal-awtoritajiet kompetenti awtorizzati li jfittxu direttament id-data li tinsab fis-SIS skont l-Artikolu 41(8) tar-Regolament (UE) 2018/1861 u l-Artikolu 56(7) tar-Regolament (UE) 2018/1862, flimkien mal-lista tal-Uffiċċji tas-sistemi nazzjonali ta' SIS (N.SIS) u l-Uffiċċji SIRENE skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2018/1861 u l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2018/1862 rispettivament, kif ukoll il-lista tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226, il-lista tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, il-lista tal-awtoritajiet ċentrali skont l-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) 2019/816 u l-lista tal-awtoritajiet skont l-Artikolu 71(1) tar-Regolament (UE) 2019/817 u l-Artikolu 67(1) tar-Regolament (UE) 2019/818;
jiżgura l-pubblikazzjoni annwali tal-lista ta’ unitajiet skont l-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013;
jiżgura li d-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet kollha tal-Aġenzija li jaffettwaw is-sistemi tal-IT fuq skala kbira tal-Unjoni Ewropea fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja jirrispettaw il-prinċipju tal-indipendenza tal-ġudikatura;
iwettaq kull kompitu ieħor mogħti lilu b’konformità ma’ dan ir-Regolament.
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-pubblikazzjoni tal-listi tal-awtoritajiet rilevanti previsti fl-atti legali tal-Unjoni msemmija fil-punt (mm) tal-ewwel subparagrafu u fejn obbligu ta’ pubblikazzjoni u ta’ aġġornament kontinwu ta’ dawk il-listi fuq is-sit web tal-Aġenzija ma jkunx diġà ġie previst f’dawk l-atti legali, il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura tali pubblikazzjoni u aġġornament;
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta, b’konformità mal-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali, deċiżjoni bbażata fuq l-Artikolu 2(1) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali u fuq l-Artikolu 6 tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħrajn, filwaqt li jiddelega s-setgħat tal-awtorità tal-ħatra rilevanti lid-Direttur Eżekuttiv u jiddefinixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom din id-delega tas-setgħat tista’ tiġi sospiża. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun awtorizzat jissottodelega dawk is-setgħat.
Meta ċirkostanzi eċċezzjonali jirrikjedu dan, il-Bord tat-Tmexxija jista’, permezz ta’ deċiżjoni, jissospendi temporanjament id-delega tas-setgħat tal-awtorità tal-ħatra mogħtija lid-Direttur Eżekuttiv u dawk is-setgħat li jkunu ġew sottodelegati minn dan tal-aħħar u jeżerċitahom hu stess jew jiddelegahom lil wieħed mill-membri tiegħu jew lil membru tal-persunal li mhux id-Direttur Eżekuttiv.
3. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jagħti pariri lid-Direttur Eżekuttiv dwar kwalunkwe kwistjoni strettament relatata mal-iżvilupp jew mat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira u dwar l-attivitajiet relatati mar-riċerka, il-proġetti pilota, il-provi tal-kunċett u l-attivitajiet ta’ ttestjar.
Artikolu 20
Kompożizzjoni tal-Bord tat-Tmexxija
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti tal-Kummissjoni. Kull rappreżentant għandu jkollu dritt tal-vot b’konformità mal-Artikolu 23.
2. Kull membru tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu sostitut. Is-sostitut għandu jirrappreżenta lill-membru fl-assenza tiegħu jew f’każ li l-membru jiġi elett President jew Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija u jkun qed jippresjedi l-laqgħa tal-Bord tat-Tmexxija. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru abbażi tal-livell għoli tal-esperjenza u l-kompetenzi rilevanti tagħhom fil-qasam tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja u l-għarfien tagħhom fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, filwaqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti tagħhom. Il-partijiet kollha rrappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu sforzi sabiex jillimitaw id-dawran tar-rappreżentanti tagħhom, bil-għan li jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-Bord tat-Tmexxija. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord tat-Tmexxija.
3. Il-mandat tal-membri u tas-sostituti tagħhom għandu jkun ta’ erba’ snin u għandu jkun jiġġedded. Mal-iskadenza tal-mandati tagħhom jew fil-każ tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jiġġeddu l-ħatriet tagħhom jew sakemm jiġu ssostitwiti.
4. Il-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u l-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac għandhom jieħdu sehem fl-attivitajiet tal-Aġenzija. Kull wieħed minnhom għandu jaħtar rappreżentant wieħed u sostitut fil-Bord tat-Tmexxija.
Artikolu 21
President tal-Bord tat-Tmexxija
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost dawk il-membri tal-Bord tat-Tmexxija li jinħatru mill-Istati Membri li huma marbutin b’mod sħiħ skont il-liġi tal-Unjoni bl-atti legali tal-Unjoni kollha li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi tal-IT kollha fuq skala kbira ġestiti mill-Aġenzija. Il-President u l-Viċi President għandhom jiġu eletti b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bid-dritt tal-vot.
Il-Viċi President għandu jieħu post il-President awtomatikament jekk dan/din ma jkunx/tkunx jista’/tista’ jattendi/tattendi għal dmirijietu/a.
2. Il-mandat tal-President u tal-Viċi President għandu jkun ta’ erba’ snin. Il-mandati tagħhom jistgħu jiġġeddu darba. Fejn is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija tintemm fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi awtomatikament f’dik id-data.
Artikolu 22
Laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija
1. Il-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jiġu msejħa mill-President.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, mingħajr ma jkollu d-dritt tal-vot.
3. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jorganizza mill-inqas żewġ laqgħat ordinarji fis-sena. Barra minn hekk, dan għandu jiltaqa’ fuq l-inizjattiva tal-President, fuq talba tal-Kummissjoni, fuq talba tad-Direttur Eżekuttiv jew fuq talba ta’ mill-inqas terz tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bid-dritt tal-vot.
4. L-Europol u l-Eurojust jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna s-SIS II, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI.
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni dwar is-SIS fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/1624.
L-Europol tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni dwar il-VIS, fir-rigward tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI, jew jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna l-Eurodac, fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013.
L-Europol tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta fuq l-aġenda jkun hemm kwistjoni li tikkonċerna lill-EES fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2226 jew meta jkun hemm kwistjoni lill-ETIAS fir-rigward tar-Regolament (UE) 2018/1240 fuq l-aġenda.
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' tattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservatur meta jkun hemm mistoqsija dwar l-ETIAS fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1240 fuq l-aġenda.
L-Eurojust, l-Europol u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta jkun hemm kwistjoni li tirrigwarda r-Regolament (UE) 2019/816 fuq l-aġenda.
L-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija bħala osservaturi meta jkun hemm kwistjoni li tirrigwarda r-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 fuq l-aġenda.
Il-Bord tat-Tmexxija jista' jistieden lil kwalunkwe persuna oħra, li l-opinjoni tagħha tista' tkun ta' interess, sabiex tattendi l-laqgħat tiegħu bħala osservatur.
5. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom jistgħu jiġu assistiti minn konsulenti jew esperti, soġġetti għar-regoli ta’ proċedura għall-Bord tat-Tmexxija, b’mod partikolari dawk li huma membri tal-Gruppi Konsultattivi.
6. L-Aġenzija għandha tipprovdi s-segretarjat għall-Bord tat-Tmexxija.
Artikolu 23
Regoli tal-Bord tat-Tmexxija dwar il-votazzjoni
1. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu, u għall-punti (b) u (r) tal-Artikolu 19(1), l-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 25(8), id-deċiżjonijiet tal-Bord tat-Tmexxija għandhom jittieħdu minn maġġoranza tal-membri kollha tiegħu li għandhom dritt tal-vot.
2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 3 u 4, kull membru tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu vot wieħed. Fin-nuqqas ta’ membru bi dritt tal-vot, is-sostitut tiegħu għandu jkun intitolat jeżerċita d-dritt tal-vot tiegħu.
3. Kull membru maħtur minn Stat Membru, li huwa marbut skont il-liġi tal-Unjoni bi kwalunkwe att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ sistema tal-IT fuq skala kbira ġestita mill-Aġenzija, jista’ jivvota fuq kwistjoni li tikkonċerna dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira.
Id-Danimarka tista’ tivvota fuq kwistjoni li tikkonċerna sistema tal-IT fuq skala kbira, jekk hija tiddeċiedi skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 li timplimenta l-att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ dik is-sistema partikolari tal-IT fuq skala kbira fil-liġi nazzjonali tagħha.
4. L-Artikolu 42 għandu japplika fir-rigward tad-drittijiet tal-vot tar-rappreżentanti ta’ pajjiżi li daħlu f’arranġamenti mal-Unjoni dwar l-assoċjazzjoni tagħhom mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac.
5. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil fost il-membri dwar jekk vot jikkonċerna sistema speċifika tal-IT fuq skala kbira, kwalunkwe deċiżjoni li ssib li dan il-vot ma jikkonċernax din is-sistema speċifika tal-IT fuq skala kbira għandha tittieħed minn maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bid-dritt tal-vot.
6. Il-President, jew il-Viċi President meta qed jieħu post il-President, m’għandux jivvota. Id-dritt tal-vot tal-President, jew tal-Viċi President meta qed jieħdu post il-President, għandu jiġi eżerċitat mill-membru sostitut tiegħu.
7. Id-Direttur Eżekuttiv m’għandux jivvota.
8. Ir-regoli ta’ proċedura għall-Bord tat-Tmexxija għandhom jistabbilixxu arranġamenti aktar dettaljati tal-votazzjoni, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li taħthom membru jista’ jaġixxi f’isem membru ieħor u kwalunkwe rekwiżiti ta’ kworum, fejn xieraq.
Artikolu 24
Responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jmexxi l-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jassisti lill-Bord tat-Tmexxija u jkun responsabbli lejh. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jirrapporta lill-Parlament Ewropew dwar it-twettiq ta’ dmirijietu jew dmirijietha meta jkun mistieden jagħmel dan. Il-Kunsill jista’ jistieden lid-Direttur Eżekuttiv jirrapporta dwar it-twettiq ta’ dmirijietu jew dmirijietha.
2. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-Aġenzija.
3. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lill-Aġenzija minn dan ir-Regolament. B’mod partikolari, id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli għal:
l-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-Aġenzija;
l-operat tal-Aġenzija f’konformità ma’ dan ir-Regolament;
it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proċeduri, tad-deċiżjonijiet, tal-istrateġiji, tal-programmi u tal-attivitajiet adottati mill-Bord tat-Tmexxija, fil-limiti stabbiliti minn dan ir-Regolament, ir-regoli ta’ implimentazzjoni tiegħu u l-liġi tal-Unjoni applikabbli;
it-tħejjija tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni u l-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-Gruppi Konsultattivi;
l-implimentazzjoni tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni u r-rapportar lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-implimentazzjoni tiegħu;
it-tħejjija ta’ rapport interim dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati għas-sena attwali u, wara konsultazzjoni mal-Gruppi Konsultattivi, il-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord tat-Tmexxija għal adozzjoni sal-aħħar ta’ Awwissu ta’ kull sena;
it-tħejjija tar-rapport annwali kkonsolidat dwar l-attivitajiet tal-Aġenzija u, wara konsultazzjoni mal-Gruppi Konsultattivi, il-preżentazzjoni tiegħu lill-Bord tat-Tmexxija għall-valutazzjoni u l-adozzjoni;
it-tħejjija ta’ pjan ta’ azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet tar-rapporti u l-evalwazzjonijiet tal-awditjar interni jew esterni, kif ukoll dwar l-investigazzjonijiet mill-OLAF u mill-UPPE, u rapportar dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u b’mod regolari lill-Bord tat-Tmexxija;
il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza investigattiva tal-UPPE u tal-OLAF, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa skorrettement u, fejn ikun xieraq, billi jiġu imposti penali amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi, inklużi penali finanzjarji;
it-tħejjija ta’ strateġija kontra l-frodi għall-Aġenzija u l-preżentazzjoni tagħha lill-Bord tat-Tmexxija għall-approvazzjoni kif ukoll il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni xierqa u f’waqtha ta’ dik l-istrateġija;
it-tħejjija ta’ abbozz ta’ regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija u l-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni;
it-tħejjija tal-abbozz ta’ baġit għas-sena ta’ wara, stabbilit abbażi tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività;
it-tħejjija ta’ abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Aġenzija;
l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija;
l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ sistema effettiva li tippermetti l-monitoraġġ u evalwazzjoni regolari:
ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira, inkluża statistika, u
tal-Aġenzija, inkluża l-kisba effettiva u effiċjenti tal-objettivi tagħha;
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal Uffiċjali, li jistabbilixxi rekwiżiti ta' kunfidenzjalità bl-għan li jkun hemm konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikolu 17 tad-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI, l-Artikolu 26(9) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, l-Artikolu 37(4) tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-Artikolu 74(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240, l-Artikolu 11(16) tar-Regolament (UE) 2019/816 u l-Artikolu 55(2) tar-Regolamenti (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818;
in-negozjar u, wara l-approvazzjoni mill-Bord tat-Tmexxija, l-iffirmar ta’ Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali fir-rigward tas-sede tal-Aġenzija u ftehimiet fir-rigward ta’ siti tekniċi u ta’ riżerva mal-Istati Membri ospitanti;
it-tħejjija tal-arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 u l-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;
it-tħejjija tal-miżuri ta’ sigurtà meħtieġa, inklużi pjan ta’ sigurtà, u pjan ta’ kontinwità tan-negozju u pjan ta’ rkupru minn diżastru, u, wara konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv rilevanti, il-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;
it-tħejjija tar-rapporti dwar il-funzjonament tekniku ta’ kull sistema tal-IT fuq skala kbira msemmija fil-punt (ff) tal-Artikolu 19(1) u tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali tal-Eurodac imsemmija fil-punt (gg) tal-Artikolu 19(1), abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni u, wara konsultazzjoni mal-Grupp Konsultattiv rilevanti, il-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;
it-tħejjija tar-rapporti dwar l-iżvilupp tal-EES imsemmija fl-Artikolu 72(2) tar-Regolament (UE) 2017/2226 u dwar l-iżvilupp tal-ETIAS imsemmija fl-Artikolu 92(2) tar-Regolament (UE) 2018/1240 u l-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni;
it-tħejjija tal-lista annwali għall-pubblikazzjoni ta’ awtoritajiet kompetenti awtorizzati sabiex ifittxu direttament id-data fis-SIS II, inkluża l-lista tal-Uffiċċji ta’ N.SIS II u l-Uffiċċji ta’ SIRENE u l-lista tal-awtoritajiet kompetenti awtorizzati li jagħmlu tiftix dirett fid-data li jkun hemm fl-EES u fl-ETIAS imsemmija fil-punt (mm) tal-Artikolu 19(1)u l-lista ta’ unitajiet imsemmija fil-punt (nn) tal-Artikolu 19(1) u l-preżentazzjoni tagħhom lill-Bord tat-Tmexxija għall-adozzjoni.
4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq kwalunkwe kompitu ieħor b’konformità ma’ dan ir-Regolament.
5. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddeċiedi jekk ikunx neċessarju li jiġu lokalizzati wieħed jew aktar mill-membri tal-persunal fi Stat Membru wieħed jew aktar għall-fini tat-twettiq tal-kompiti tal-Aġenzija b’mod effiċjenti u effettiv sabiex jiġi stabbilit uffiċċju lokali għal dak il-fini. Qabel jadotta tali deċiżjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jikseb il-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Istat Membru jew Stati Membri kkonċernati. Id-deċiżjoni tad-Direttur Eżekettiv għandha tispeċifika l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet li jridu jitwettqu fl-uffiċċju lokali b’mod li jkunu evitati l-ispejjeż żejda u d-duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija. L-attivitajiet li jitwettqu f’siti tekniċi ma għandhomx jitwettqu f’uffiċċju lokali.
Artikolu 25
Ħatra tad-Direttur Eżekuttiv
1. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv minn lista ta’ mill-inqas tliet kandidati proposti mill-Kummissjoni wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti. Il-proċedura tal-għażla għandha tipprevedi l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u f’midja xierqa oħra ta’ sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar lid-Direttur Eżekuttiv abbażi ta’ mertu, esperjenza ppruvata fil-qasam tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira, ħiliet amministrattivi, finanzjarji u ta’ tmexxija kif u għarfien fir-rigward tal-protezzjoni tad-data.
2. Qabel ma jinħatru, il-kandidati proposti mill-Kummissjoni għandhom jiġu mistiedna jagħmlu dikjarazzjoni quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġbu il-mistoqsijiet li jagħmlulhom il-membri tal-kumitat. Wara li jkun sema’ d-dikjarazzjoni, il-Parlament Ewropew għandu jadotta opinjoni li tagħti l-fehma tiegħu u jista’ jindika kandidat preferut.
3. Il-Bord Amministrattiv għandu jaħtar id-Direttur Eżekuttiv filwaqt li jikkunsidra dawk l-opinjonijiet.
4. Jekk il-Bord tat-Tmexxija jieħu deċiżjoni li jaħtar kandidat ieħor għajr il-kandidat indikat mill-Parlament Ewropew bħala l-kandidat preferut tiegħu, il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miktub dwar il-mod kif l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ġiet ikkunsidrata.
5. Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Sa tmiem dak il-perijodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tieħu f’kunsiderazzjoni l-evalwazzjoni tagħha tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri tal-Aġenzija.
6. Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista’ jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba għal mhux aktar minn ħames snin.
7. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Parlament Ewropew jekk ikollu l-ħsieb li jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv. Fi żmien il-perijodu ta’ xahar qabel kwalunkwe tali estensjoni, id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi mistieden jagħmel dikjarazzjoni quddiem il-kumitat jew kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew u jwieġeb il-mistoqsijiet li jagħmlulu l-membri tal-kumitat.
8. Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura tal-għażla oħra għall-istess kariga fi tmiem il-perijodu globali.
9. Id-Direttur Eżekuttiv jista’ jitneħħa mill-kariga biss b’deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta minn maġġoranza tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot jew mill-Kummissjoni.
10. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra, l-estensjoni tal-mandat jew it-tneħħija mill-kariga tad-Direttur Eżekuttiv abbażi ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti tal-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot.
11. Għall-fini li jiġi konkluż il-kuntratt ta’ impjieg mad-Direttur Eżekuttiv, l-Aġenzija għandha tiġi rappreżentata mill-President tal-Bord tat-Tmexxija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiġi ingaġġat bħala aġent temporanju tal-Aġenzija skont l-Artikolu 2(a) tal-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati oħrajn.
Artikolu 26
Viċi Direttur Eżekuttiv
1. Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jassisti lid-Direttur Eżekuttiv. Il-Viċi-Direttur għandu jissostitwixxi lid-Direttur Eżekuttiv fl-assenza tiegħu. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jiddefinixxi d-dmirijiet tal-Viċi Direttur Eżekuttiv.
2. Fuq proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jaħtar il-Viċi Direttur Eżekuttiv. Il-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar abbażi tal-mertu u l-ħiliet ta’ amministrazzjoni u ġestjoni adegwati, inkluża esperjenza professjonali rilevanti. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipproponi tal-anqas tliet kandidati għall-pożizzjoni tal-Viċi Direttur Eżekuttiv. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkollu s-setgħa li jkeċċi lill-Viċi Direttur Eżekuttiv permezz ta’ deċiżjoni adottata b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu li jkollhom dritt tal-vot.
3. Il-mandat tal-Viċi Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta’ ħames snin. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jestendi dak it-terminu darba, għal perijodu ta’ mhux aktar minn ħames snin. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta din id-deċiżjoni b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu li jkollhom id-dritt tal-vot.
Artikolu 27
Gruppi konsultattivi
1. Il-Gruppi Konsultattivi li ġejjin għandhom jipprovdu lill-Bord tat-Tmexxija b’għarfien espert li jirrigwardja s-sistemi tal-IT fuq skala kbira u, b’mod partikolari, fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali u r-rapport tal-attività annwali:
il-Grupp Konsultattiv tas-SIS II;
il-Grupp Konsultattiv tal-VIS;
il-Grupp Konsultattiv tal-Eurodac;
il-Grupp Konsultattiv tal-EES-ETIAS;
il-Grupp Konsultattiv tal-ECRIS-TCN;
Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà;
kwalunkwe Grupp Konsultattiv ieħor li jirrigwardja sistema tal-IT fuq skala kbira, meta dan ikun stabbilit fl-att legali tal-Unjoni rilevanti li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira.
2. Kull Stat Membru li jkun marbut skont il-liġi tal-Unjoni bi kwalunkwe att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ sistema tal-IT fuq skala kbira partikolari, u l-Kummissjoni għandhom jaħtru membru wieħed fil-Grupp Konsultattiv li jirrigwardja dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira, għal terminu ta’ erba’ snin, li jista’ jiġġedded.
Id-Danimarka għandha taħtar ukoll membru fi Grupp Konsultattiv li jirrigwardja sistema tal-IT fuq skala kbira, jekk hija tiddeċiedi, skont l-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 22 li timplimenta l-att legali tal-Unjoni li jirregola l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira partikolari fil-liġi nazzjonali tagħha.
Kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u ma’ miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac li jieħu sehem f’sistema partikolari tal-IT fuq skala kbira għandu jaħtar membru fil-Grupp Konsultattiv li jirrigwarda dik is-sistema tal-IT fuq skala kbira.
3. L-Europol, l-Eurojust u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jaħtru rappreżentant kull wieħed fil-Grupp Konsultattiv tas-SIS II.
L-Europol tista' taħtar ukoll rappreżentant fil-Gruppi Konsultattivi tal-VIS, tal-Eurodac u tal-EES-ETIAS.
L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta tista' taħtar ukoll rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-EES-ETIAS.
L-Eurojust, l-Europol, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistgħu jaħtru rappreżentant fil-Grupp Konsultattiv tal-ECRIS-TCN.
L-Europol, l-Eurojust u l-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta jistgħu jaħtru rappreżentant kull wieħed fil-Grupp Konsultattiv dwar l-Interoperabbiltà.
4. Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom ma għandhomx ikunu membri ta’ xi wieħed mill-Gruppi Konsultattivi. Id-Direttur Eżekuttiv jew ir-rappreżentant tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkollu d-dritt li jattendi l-laqgħat kollha tal-Gruppi Konsultattivi bħala osservatur.
5. Il-Gruppi Konsultattivi għandhom jikkooperaw ma’ xulxin kull meta jkun meħtieġ. Il-proċeduri għall-operat u l-kooperazzjoni tal-Gruppi Konsultattivi għandhom ikunu stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tal-Aġenzija.
6. Meta jħejju opinjoni, il-membri ta’ kull Grupp Konsultattiv għandhom jagħmlu mill-aħjar biex jintlaħaq kunsens. Jekk ma jintlaħaqx kunsens, il-pożizzjoni motivata tal-maġġoranza tal-membri għandha tiġi kkunsidrata l-opinjoni tal-Grupp Konsultattiv. Il-pożizzjoni jew pożizzjonijiet motivati tal-minoranza għandhom jiġu rreġistrati wkoll. L-Artikolu 23(3) u (5) għandhom japplikaw kif xieraq. Il-membri li jirrappreżentaw lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u l-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac għandhom ikunu permessi jesprimu l-opinjonijiet tagħhom dwar il-kwistjonijiet li dwarhom ma għandhomx dritt tal-vot.
7. Kull Stat Membru u kull pajjiż assoċjat mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac għandu jiffaċilita l-attivitajiet tal-Gruppi Konsultattivi.
8. L-Artikolu 21 għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward tal-president tal-Gruppi Konsultattivi.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 28
Persunal
1. Ir-Regolamenti tal-Persunal u r-regoli adottati permezz ta’ ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jiddaħħlu fis-seħħ ir-Regolamenti tal-Persunal għandhom japplikaw għall-persunal tal-Aġenzija, inkluż id-Direttur Eżekuttiv.
2. Għall-fini tal-implimentazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal, l-Aġenzija għandha titqies bħala aġenzija fis-sens tal-Artikolu 1a(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali.
3. Il-persunal tal-Aġenzija għandu jikkonsisti f’uffiċjali, persunal temporanju u persunal kuntrattwali. Il-Bord tat-Tmexxija, fuq bazi annwali, jagħti l-kunsens tiegħu fil-każ ta’ kuntratti li d-Direttur Eżekuttiv ikun qed jippjana li jġedded fejn, wara t-tiġdid, dawk il-kuntratti jkunu għal perijodu indefinit skont il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħrajn.
4. L-Aġenzija ma għandhiex timpjega persunal interim biex iwettaq dmirijiet finanzjarji meqjusa bħala sensittivi.
5. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jistgħu jissekondaw uffiċjali jew esperti nazzjonali għall-Aġenzija fuq bażi temporanja. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali fl-Aġenzija.
6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Persunal għall-Uffiċjali, l-Aġenzija għandha tapplika regoli xierqa tas-segretezza professjonali jew dmirijiet ekwivalenti oħrajn ta’ kunfidenzjalità.
7. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, bi qbil mal-Kummissjoni, jadotta l-miżuri ta’ implimentazzjoni meħtieġa msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali.
Artikolu 29
Interess pubbliku
Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv, il-Viċi Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-Gruppi Konsultattivi għandhom jimpenjaw ruħhom li jaġixxu fl-interess pubbliku. Għal dak il-fini, huma għandhom joħorġu dikjarazzjoni ta’ impenn annwali, pubblika u bil-miktub, li għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija.
Il-lista tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija u tal-membri tal-Gruppi Konsultattivi għandha tiġi ppubblikata fuq is-sit web tal-Aġenzija.
Artikolu 30
Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali u ftehimiet dwar is-siti tekniċi
1. L-arranġamenti meħtieġa dwar l-akkomodazzjoni li trid tiġi pprovduta lill-Aġenzija fl-Istati Membri ospitanti u l-faċilitajiet li għandhom ikunu disponibbli minn dawk l-Istati Membri, flimkien mar-regoli speċifiċi applikabbli fl-Istati Membri ospitanti, għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija, għad-Direttur Eżekuttiv, għall-membri l-oħra tal-persunal tal-Aġenzija u għall-membri tal-familji tagħhom għandhom jiġu stipulati fi Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali rigward is-sede tal-Aġenzija u fi ftehimiet rigward is-siti tekniċi. Tali ftehimiet għandhom jiġu konklużi bejn l-Aġenzija u l-Istati Membri ospitanti wara l-approvazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija.
2. L-Istati Membri ospitanti tal-Aġenzija għandhom jipprovdu il-kundizzjonijiet neċessarji sabiex jiżguraw il-funzjonament tal-Aġenzija, inklużi, fost l-oħrajn, sistemi edukattivi multilingwi b’dimensjoni Ewropea u konnessjonijiet tat-trasport xierqa.
Artikolu 31
Privileġġi u immunitajiet
Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea għandu japplika għall-Aġenzija.
Artikolu 32
Responsabbiltà
1. Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Aġenzija għandha tkun regolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ikkonċernat.
2. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha l-ġurisdizzjoni li taqta’ sentenzi skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li tinstab f’kuntratt konkluż mill-Aġenzija.
3. Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Aġenzija għandha, b’konformità mal-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mid-dipartimenti jew mill-persunal tagħha fit-twettiq ta’ dmirijiethom.
4. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea għandu jkollha ġurisdizzjoni f’tilwimiet fuq kumpens għad-dannu msemmi fil-paragrafu 3.
5. Ir-responsabbiltà personali tal-persunal tal-Aġenzija lejn l-Aġenzija għandha tkun regolata mid-dispożizzjonijiet stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali jew fil-Kondizzjonijiet tax-Xogħol ta’ Impjegati Oħrajn li japplikaw għalihom.
Artikolu 33
Arranġamenti lingwistiċi
1. Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 ( 10 ) għandu japplika għall-Aġenzija.
2. Mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda skont l-Artikolu 342 tat-TFUE, id-dokument uniku ta’ programmazzjoni msemmi fil-punt (r) tal-Artikolu 19(1) u r-rapport tal-attività annwali msemmi fil-punt (t) tal-Artikolu 19(1) għandhom jiġu prodotti bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.
3. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jadotta deċiżjoni dwar il-lingwi operattivi mingħajr preġudizzju għall-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.
4. Is-servizzi ta’ traduzzjoni meħtieġa għall-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 34
Trasparenza u komunikazzjoni
1. Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 għandu japplika għad-dokumenti miżmuma mill-Aġenzija.
2. Abbażi ta’ proposta mid-Direttur Eżekuttiv, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 mingħajr dewmien.
3. Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Aġenzija skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jifformaw is-suġġett ta’ ilment lill-Ombudsman Ewropew jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 228 u 263 tat-TFUE, rispettivament.
4. L-Aġenzija għandha tikkomunika b’konformità mal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira u, fuq inizjattiva tagħha stess, tista’ tinvolvi ruħha f’attivitajiet ta’ komunikazzjoni li jaqgħu fi ħdan il-qasam tal-kompetenza tagħha. L-Aġenzija għandha tiżgura, b’mod partikolari, li minbarra l-pubblikazzjonijiet speċifikati fil-punti (r), (t), (ii), (jj), (kk) u (ll) tal-Artikolu 19(1) u fl-Artikolu 47(9), il-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw malajr informazzjoni oġġettiva, preċiża, affidabbli, komprensiva u li tinftiehem faċilment fir-rigward tal-ħidma tagħha. L-allokazzjoni tar-riżorsi għal attivitajiet ta’ komunikazzjoni ma għandhiex tkun detrimentali għat-twettiq effettiv tal-kompiti tal-Aġenzija msemmija fl-Artikoli 3 sa 16. L-attivitajiet ta’ komunikazzjoni għandhom jitwettqu b’konformità mal-pjanijiet rilevanti ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni adottati mill-Bord tat-Tmexxija.
5. Kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun intitolata li tindirizza korrispondenza bil-miktub lill-Aġenzija bi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Il-persuna kkonċernata għandu jkollha d-dritt li tirċievi risposta bl-istess lingwa.
Artikolu 35
Il-protezzjoni tad-data
1. L-ipproċessar ta’ data personali mill-Aġenzija għandu jkun soġġett għar-Regolament (KE) 2018/1725.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta miżuri għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1725 mill-Aġenzija, inkluż miżuri li jikkonċernaw lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati wara li jiġi kkonsultat il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.
Artikolu 36
Il-finijiet tal-ipproċessar ta’ data personali
1. L-Aġenzija tista’ tipproċessa d-data personali biss għall-finijiet li ġejjin:
meta meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha relatati mat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fdati lilha taħt id-dritt tal-Unjoni;
meta meħtieġ għall-kompiti amministrattivi tagħha.
2. Meta l-Aġenzija tipproċessa data personali għall-finijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, ir-Regolament (UE) 2018/1725 għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà tad-data tal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistemi.
Artikolu 37
Regoli ta’ sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata u informazzjoni sensittiva mhux ikklassifikata
1. L-Aġenzija għandha tadotta r-regoli tas-sigurtà tagħha abbażi tal-prinċipji u r-regoli stipulati fir-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, inklużi, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet għall-iskambju ma’ pajjiżi terzi, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ tali informazzjoni kif stabbilit fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 ( 11 ) u 2015/444 ( 12 ). Kwalunkwe arranġament amministrattiv dwar l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata mal-awtoritajiet rilevanti ta’ Stat terz jew, fin-nuqqas ta’ arranġament bħal dan, kwalunkwe rilaxx eċċezzjonali ad hoc ta’ EUCI lil tali awtoritajiet, għandu jkun irċieva l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta r-regoli tas-sigurtà msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni. L-Aġenzija tista’ tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħha mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri u, fejn ikun xieraq, mal-aġenziji tal-Unjoni rilevanti. L-Aġenzija għandha tiżviluppa u tħaddem sistema ta’ informazzjoni li tkun kapaċi tiskambja informazzjoni kklassifikata ma’ dawk l-atturi b’konformità mad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2015/444. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, skont l-Artikolu 2 u l-punt (z) tal-Artikolu 19 (1) ta’ dan ir-Regolament, jiddeċiedi dwar l-istruttura interna tal-Aġenzija meħtieġa għall-konformità mal-prinċipji ta’ sigurtà xierqa.
Artikolu 38
Sigurtà tal-Aġenzija
1. L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għas-sigurtà u ż-żamma tal-ordni fil-bini, is-sede u l-art użati minnha. L-Aġenzija għandha tapplika l-prinċipji ta’ sigurtà u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw l-iżvilupp, l-istabbiliment, l-operat u l-użu ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira.
2. L-Istati Membri ospitanti għandhom jieħdu l-miżuri effettivi u adegwati kollha biex iżommu l-ordni u s-sigurtà fil-viċinanza immedjata tal-bini, is-sede u l-art użati mill-Aġenzija u għandhom jagħtu lill-Aġenzija l-protezzjoni adatta, f’konformità mal-Ftehim dwar il-Kwartieri Ġenerali fir-rigward tas-sede tal-Aġenzija u l-ftehimiet dwar is-siti tekniċi u ta’ riżerva, filwaqt li jiggarantixxu l-aċċess liberu għal persuni awtorizzati mill-Aġenzija għal dak il-bini, is-sede u l-art.
Artikolu 39
Evalwazzjoni
1. Sat-12 ta’ Diċembru 2023, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Bord tat-Tmexxija, għandha tevalwa, skont il-linji gwida tal-Kummissjoni, il-prestazzjoni tal-Aġenzija b’rabta mal-objettivi, il-mandat, il-postijiet u l-kompiti tagħha. Dik l--evalwazzjoni għandha tinkludi wkoll valutazzjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-mod li bih, u sa liema punt, l-Aġenzija tikkontribwixxi b’mod effikaċi għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira u għall-istabbiliment ta’ ambjent tal-IT ikkoordinat, kosteffettiv u koerenti fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. B’mod partikolari, dik l-evalwazzjoni għandha tevalwa l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta’ kwalunkwe tali modifika. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jagħmel rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-emendi għal dan ir-Regolament lill-Kummissjoni.
2. Meta l-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Aġenzija ma tkunx ġustifikata aktar fir-rigward tal-objettivi, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilha, hija tista’ tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat kif xieraq jew inkella jitħassar.
3. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bord tat-Tmexxija dwar is-sejbiet tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Is-sejbiet tal-evalwazzjoni għandhom isiru pubbliċi.
Artikolu 40
Inkjesti amministrattivi
L-attivitajiet tal-Aġenzija għandhom ikunu soġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew b’konformità mal-Artikolu 228 tat-Trattat.
Artikolu 41
Kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni
1. L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni, ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-Unjoni u ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, u b’mod partikolari l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, sabiex jinkisbu, fost l-oħrajn, koordinament u ffrankar finanzjarju, tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu promossi s-sinerġija u l-komplementarjetà fir-rigward tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.
2. L-Aġenzija għandha tikkoopera mal-Kummissjoni fil-qafas ta’ arranġament ta’ ħidma li jistabbilixxi l-metodi operattivi ta’ ħidma.
3. L-Aġenzija għandha tikkonsulta u ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni rigward is-sigurtà tan-netwerks u tal-informazzjoni, fejn xieraq.
4. Il-kooperazzjoni ma’ korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għandha sseħħ fil-qafas tal-arranġamenti ta’ ħidma. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jawtorizza tali arranġamenti ta’ ħidma, b’kont meħud tal-opinjoni tal-Kummissjoni. Fejn l-Aġenzija ma ssegwix l-opinjoni tal-Kummissjoni, din għandha tiġġustifika r-raġunijiet tagħha. Tali arranġamenti ta’ ħidma jistgħu jipprevedu l-kondiviżjoni ta’ servizzi bejn l-aġenziji, fejn xieraq, jew skont il-prossimità tal-postijiet jew inkella skont il-qasam ta’ politika fil-limiti tal-mandati rispettivi u mingħajr preġudizzju għall-kompiti ewlenin tagħhom. Tali arranġamenti ta’ ħidma jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmu għall-irkupru tal-ispejjeż.
5. L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jużaw l-informazzjoni rċevuta mill-Aġenzija biss fil-limiti tal-kompetenzi tagħhom u sa fejn dawn ikunu jirrispettaw id-drittijiet fundamentali, inklużi r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data. It-trażmissjoni suċċessiva jew komunikazzjoni oħra ta’ data personali pproċessata mill-Aġenzija lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal arranġamenti ta’ ħidma speċifiċi rigward l-iskambju ta’ data personali u soġġetta għall-approvazzjoni minn qabel mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Kwalunkwe trasferiment ta’ data personali mill-Aġenzija għandu jkun f’konformità mal-Artikoli 35 u 36. Fir-rigward tat-trattament ta’ informazzjoni kklassifikata, tali arranġamenti ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu li l-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni kkonċernati għandhom jikkonformaw ma’ regoli u standards tas-sigurtà ekwivalenti għal dawk applikati mill-Aġenzija.
Artikolu 42
Parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac
1. L-Aġenzija għandha tkun miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi li jkunu daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni dwar l-assoċjazzjoni tagħhom mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac.
2. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom isiru arranġamenti li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura u l-firxa, u r-regoli dettaljati għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi kif imsemmi fil-paragrafu 1 fil-ħidma tal-Aġenzija, inklużi dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji, il-persunal u d-drittijiet tal-vot.
Artikolu 43
Kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet oħra rilevanti
1. Fejn huwa hekk previst minn att legali tal-Unjoni, sa fejn huwa meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija tista’, permezz tal-konklużjoni tal-arranġamenti ta’ ħidma, tistabbilixxi u żżomm relazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u mal-korpi subordinati tagħhom, regolati mid-dritt internazzjonali pubbliku, jew minn entitajiet jew korpi rilevanti oħra, li huma stabbiliti minn, jew abbażi ta’, ftehim bejn żewġ pajjiżi jew aktar.
2. F’konformità mal-paragrafu 1, jistgħu jiġu konklużi arranġamenti ta’ ħidma li jispeċifikaw, b’mod partikolari, l-ambitu, in-natura, l-iskop u l-limiti ta’ tali kooperazzjoni. Tali arranġamenti ta’ ħidma jistgħu jkunu konklużi biss bl-awtorizzazzjoni tal-Bord tat-Tmexxija u wara li jkunu rċevew l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.
KAPITOLU V
L-ISTABBILIMENT U L-ISTRUTTURA TAL-BAĠIT
TAQSIMA 1
Dokument uniku ta’ programmazzjoni
Artikolu 44
Dokument uniku ta’ programmazzjoni
1. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal abbozz ta’ dokument uniku ta’ programmazzjoni għas-sena ta’ wara, kif stabbilit fl-Artikolu 32 tar-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013 u fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija adottati skont l-Artikolu 49 ta’ dan ir-Regolament u b’kunsiderazzjoni tal-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni.
Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni għandu jinkludi programm pluriennali, programm ta’ ħidma annwali u l-baġit u informazzjoni dwar ir-riżorsi tal-Aġenzija, kif stabbilit fid-dettall fir-regoli finanzjarji tal-Aġenzija adottati skont l-Artikolu 49.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-abbozz tad-dokument uniku ta’ programmazzjoni wara konsultazzjoni mal-Gruppi Konsultattivi u għandu jibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, kif ukoll kwalunkwe verżjoni aġġornata ta’ dak id-dokument.
3. Qabel it-30 ta’ Novembru ta’ kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta, permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tiegħu bid-dritt tal-vot, u b’konformità mal-proċedura baġitarja annwali, id-dokument uniku ta’ programmazzjoni, filwaqt li jqis l-opinjoni tal-Kummissjoni. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura li l-verżjoni definittiva ta’ dan id-dokument uniku ta’ programmazzjoni jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u jiġi ppubblikat.
4. Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni għandu jsir definittiv wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni u, jekk ikun meħtieġ, jiġi aġġustat kif xieraq. Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni adottat għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u għandu jiġi ppubblikat.
5. Il-programm ta’ ħidma annwali għas-sena ta’ wara għandu jinkludi objettivi dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, b’konformità mal-prinċipji tal-ibbaġitjar ibbażat fuq l-attività u tal-ġestjoni bbażata fuq l-attività. Il-programm ta’ ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta’ ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 6. Dan għandu jindika b’mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta’ ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. Kwalunkwe emenda sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali għandu jiġi adottat bl-istess proċedura bħall-programm ta’ ħidma annwali inizjali. Il-Bord tat-Tmexxija jista’ jiddelega lid-Direttur Eżekuttiv is-setgħa li jagħmel emendi mhux sostanzjali fil-programm ta’ ħidma annwali.
6. Il-programm pluriennali għandu jistabbilixxi l-programmazzjoni strateġika ġenerali, inklużi l-objettivi, ir-riżultati mistennija u indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa għandu jistabbilixxi wkoll il-programmazzjoni tar-riżorsi, inklużi l-baġit pluriennali u l-persunal. Il-programmazzjoni tar-riżorsi għandha tiġi aġġornata kull sena. Il-programmazzjoni strateġika għandha tiġi aġġornata, fejn xieraq, u b’mod partikolari sabiex jiġi indirizzat l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 39.
Artikolu 45
L-istabbiliment tal-baġit
1. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal, wara li jqis l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija, abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara, inkluż abbozz ta’ pjan ta’ stabbiliment, u għandu jippreżentah lill-Bord tat-Tmexxija.
2. Il-Bord tat-Tmexxija għandu, abbażi tal-abbozz ta’ dikjarazzjoni tal-estimi mħejjija mid-Direttur Eżekuttiv, jadotta abbozz tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja ta’ wara, inkluż l-abbozz tal-pjan ta’ stabbiliment. Sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Bord tat-Tmexxija għandu jibgħatu lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac, bħala parti mid-dokument uniku ta’ programmazzjoni,.
3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozz tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz preliminari tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
4. Abbażi tal-abbozz tal-estimi, il-Kummissjoni għandha ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li tqis li huma meħtieġa għall-pjan ta’ stabbiliment u l-ammont tas-sussidju li għandu jitħallas mill-baġit ġenerali, li hija għandha tippreżenta lill-awtorità baġitarja b’konformità mal-Artikoli 313 u 314 tat-TFUE.
5. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni lill-Aġenzija.
6. L-awtorità baġitarja għandha tadotta l-pjan ta’ stabbiliment għall-Aġenzija.
7. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta l-baġit tal-Aġenzija. Dan għandu jsir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun xieraq, il-baġit tal-Aġenzija għandu jiġi aġġustat kif meħtieġ.
8. Kwalunkwe modifika għall-baġit tal-Aġenzija, inkluż għall-pjan ta’ stabbiliment, għandha ssegwi l-istess proċedura bħal dik applikabbli għall-istabbiliment tal-baġit inizjali.
9. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 17(5), il-Bord tat-Tmexxija għandu, malajr kemm jista’ jkun, jinnotifika lill-awtorità baġitarja dwar l-intenzjoni tiegħu li jimplimenta kwalunkwe proġett li jista’ jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-finanzjament tal-baġit tiegħu, b’mod partikolari kwalunkwe proġett li jirrigwardja l-proprjetà, bħall-kiri jew ix-xiri ta’ bini. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jinforma lill-Kummissjoni b’dan. Jekk xi waħda mill-fergħat tal-awtorità baġitarja jkollha l-intenzjoni li toħroġ opinjoni, hija għandha, fi żmien ġimagħtejn mill-wasla tal-informazzjoni dwar il-proġett, tinnotifika lill-Bord tat-Tmexxija dwar l-intenzjoni tagħha li toħroġ tali opinjoni. Fin-nuqqas ta’ tweġiba, l-Aġenzija tista’ tipproċedi bl-operazzjoni ppjanata. Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013 għandu japplika għal kwalunkwe proġett ta’ bini li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit tal-Aġenzija.
TAQSIMA 2
Preżentazzjoni, implimentazzjoni u kontroll tal-bAĠIT
Artikolu 46
Struttura tal-baġit
1. L-estimi tad-dħul u l-infiq kollu għall-Aġenzija għandhom jitħejjew għal kull sena finanzjarja, b’mod li jkunu jikkorrespondu għas-sena kalendarja, u għandhom jintwerew fil-baġit tal-Aġenzija.
2. Il-baġit tal-Aġenzija għandu jkun ibbilanċjat f’termini ta’ dħul u nfiq.
3. Mingħajr preġudizzju għal tipi oħrajn ta’ introjtu, id-dħul tal-Aġenzija għandu jikkonsisti minn:
kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni (it-taqsima tal-Kummissjoni);
kontribuzzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac, li jipparteċipaw fil-ħidma tal-Aġenzija, kif stabbilit fil-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni rispettivi u fl-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 42 li jispeċifikaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom;
finanzjament tal-Unjoni fil-forma ta’ ftehimiet ta’ delega b’konformità mar-regoli finanzjarji tal-Aġenzija adottati skont l-Artikolu 49 u mad-dispożizzjonijiet tal-istrumenti rilevanti li jappoġġjaw il-politiki tal-Unjoni;
il-kontribuzzjonijiet imħallsin mill-Istati Membri għas-servizzi pprovduti lilhom b’konformità mal-ftehim ta’ delega msemmi fl-Artikolu 16;
l-irkupru tal-ispejjeż imħallsa minn korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni għal servizzi pprovduti lilhom, f’konformità mal-arranġamenti ta’ ħidma kif imsemmija fl-Artikolu 41; u
kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja volontarja mill-Istati Membri.
4. L-infiq tal-Aġenzija għandu jinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u infrastrutturali u n-nefqa operazzjonali.
Artikolu 47
Implimentazzjoni u kontroll tal-baġit
1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jimplimenta l-baġit tal-Aġenzija.
2. Kull sena, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-awtorità baġitarja l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sejbiet tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni.
3. Sal-1 ta’ Marzu ta’ sena finanzjarja N+1, l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Aġenzija għandu jikkomunika l-kontijiet provviżorji għas-sena finanzjarja N lill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri. L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni għandu jikkonsolida l-kontijiet provviżorji tal-istituzzjonijiet u tal-korpi deċentralizzati b’konformità mal-Artikolu 245 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
4. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena N lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Marzu tas-sena N+1.
5. L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni għandu jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija għas-sena N, ikkonsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri sal-31 ta’ Marzu tas-sena N+1.
6. Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Aġenzija, skont l-Artikolu 246 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, id-Direttur Eżekuttiv għandu jfassal il-kontijiet finali tal-Aġenzija taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu u jibgħathom lill-Bord tat-Tmexxija għal opinjoni.
7. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jagħti opinjoni dwar il-kontijiet finali tal-Aġenzija għas-sena N.
8. Sal-1 ta’ Lulju tas-sena N+1, id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat il-kontijiet finali, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri kif ukoll lill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen u u mal-miżuri relatati ma’ Dublin u mal-Eurodac.
9. Il-kontijiet finali għas-sena N għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena N+1.
10. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sat-30 ta’ Settembru tas-sena N+1. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jibgħat ukoll dik it-tweġiba lill-Bord tat-Tmexxija.
11. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni bla xkiel tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena N, b’konformità mal-Artikolu 261(3) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
12. Fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew għandu, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N+2, jagħti kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.
Artikolu 48
Prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess
L-Aġenzija għandha tadotta regoli interni li jeżiġu li l-membri tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Gruppi Konsultattivi tagħha jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni li tista’ tagħti lok għal kunflitt ta’ interess matul l-impjieg jew il-mandat tagħhom u jirrapportaw tali sitwazzjonijiet. Dawk ir-regoli interni għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija.
Artikolu 49
Regoli finanzjarji
Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Aġenzija għandhom jiġu adottati mill-Bord tat-Tmexxija wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawn ma għandhomx jiddevjaw mir-Regolament Delegat (UE) Nru 1271/2013, sakemm tali devjazzjoni ma tintalabx speċifikament għall-operat tal-Aġenzija u sakemm il-Kummissjoni ma tkunx tat il-kunsens tagħha minn qabel.
Artikolu 50
Ġlieda kontra l-frodi
1. Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, għandhom japplikaw ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament 2017/1939.
2. L-Aġenzija għandha taderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet interni mill-OLAF u għandha tadotta, mingħajr dewmien, id-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Aġenzija billi tuża l-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.
3. Il-Qorti tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa tal-awditjar, abbażi ta’ dokumenti u ta’ spezzjonijiet fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni mill-Aġenzija.
4. L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, b’konformità mad-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 ( 13 ), bil-għan li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt iffinanzjat mill-Aġenzija,.
5. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2, 3 u 4, kuntratti, ftehimiet ta’ għotja u deċiżjonijiet ta’ għotja tal-Aġenzija għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li espressament jagħtu s-setgħa lill-Qorti tal-Awdituri, lill-OLAF u lill-UPPE biex iwettqu verifiki u investigazzjonijiet skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.
KAPITOLU VI
EMENDI F’ATTI LEGALI OĦRAJN TAL-UNJONI
Artikolu 51
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006
Fir-Regolament (KE) Nru 1987/2006, l-Artikoli 15(2) u (3) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“2. L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tkun responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-infrastruttura tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari:
is-superviżjoni;
is-sigurtà;
il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur;
kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;
l-akkwiżizzjoni u t-tiġdid, u
kwistjonijiet kuntrattwali.”.
Artikolu 52
Emenda fid-Deċiżjoni 2007/533/ĠAI
Fid-Deċiżjoni 2007/533/KE, l-Artikolu 15(2) u (3) huma sostitwiti b’dan li ġej:
“2. L-Awtorità tat-Tmexxija għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti kollha relatati mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni, b’mod partikolari:
is-superviżjoni;
is-sigurtà;
il-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur;
kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit;
l-akkwiżizzjoni u t-tiġdid, u
kwistjonijiet kuntrattwali.”.
KAPITOLU VII
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI
Artikolu 53
Suċċessjoni legali
1. L-Aġenzija, kif stabbilita minn dan ir-Regolament, għandha tkun is-suċċessur legali fir-rigward tal-kuntratti kollha konklużi mill-Aġenzija Ewropea, ir-responsabbiltajiet li għalihom hija responsabbli, u l-proprjetajiet akkwistati mill-Aġenzija Ewropea, għat-tmexxija operattiva ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja kif stabbilita mir-Regolament (UE) Nru 1077/2011.
2. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-forza legali ta’ ftehimiet, arranġamenti ta’ ħidma u memoranda ta’ qbil konklużi mill-Aġenzija kif stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1077/2011, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda għalihom meħtieġa minn dan ir-Regolament.
Artikolu 54
Arranġamenti tranżizzjonali fir-rigward tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Gruppi Konsultattivi
1. Il-membri u l-President u l-Viċi President tal-Bord tat-Tmexxija, maħtura abbażi tal-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 rispettivament, għandhom ikomplu jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom għall-bqija tal-mandati tagħhom.
2. Il-membri, il-Presidenti u l-Viċi Presidenti tal-Gruppi konsultattivi, maħtura abbażi tal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011, għandhom ikomplu jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom għall-bqija tal-mandati tagħhom.
Artikolu 55
Żamma fis-seħħ tar-regoli interni adottati mill-Bord tat-Tmexxija
Ir-regoli u l-miżuri interni adottati mill-Bord tat-Tmexxija abbażi tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandhom jibqgħu fis-seħħ wara l-11 ta’ Diċembru 2018, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe emenda għalihom meħtieġa minn dan ir-Regolament.
Artikolu 56
Arranġamenti tranżizzjonali rigward id-Direttur Eżekuttiv
Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, maħtur abbażi tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 għandu, għall-bqija tal-mandat tiegħu, ikun assenjat għar-responsabbiltajiet tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija, kif previst fl-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament. Il-kundizzjonijiet l-oħra tal-kuntratt tiegħu għandhom jibqgħu l-istess. Jekk deċiżjoni li testendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv f’konformità mal-Artikolu 18(4) tar-Regolament (UE) Nru 1077/2011 tkun adottata qabel il-11 ta’ Diċembru 2018, il-mandat għandu jiġi estiż awtomatikament sal-31 ta’ Ottubru 2022.
KAPITOLU VIII
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 57
Sostituzzjoni u tħassir
Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 huwa b’dan sostitwit għall-Istati Membri marbuta b’dan ir-Regolament.
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 huwa mħassar.
Fir-rigward tal-Istati Membri marbuta b’dan ir-Regolament, ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 58
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-11 ta’ Diċembru 2018. Madankollu, il-punt (x) tal-Artikolu 19(1), il-punti (h) u (i) tal-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 50(5) ta’ dan ir-Regolament, safejn jirreferu għall-UPPE, u l-Artikolu 50(1) ta’ dan ir-Regolament, safejn jirreferi għar-Regolament (UE) 2017/1939, għandhom japplikaw mid-data determinata mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 120(2) tar-Regolament (UE) 2017/1939.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri b’konformità mat-Trattati.
ANNESS
TABELLA TA’ KORRELAZZJONI
Ir-Regolament (UE) Nru 1077/2011 |
Dan ir-Regolament |
|
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
— |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(2) |
Artikolu 1(3) u (4) |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(5) |
Artikolu 1(4) |
Artikolu 1(6) |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5a |
Artikolu 6 |
— |
Artikolu 7 |
— |
Artikolu 8 |
Artikolu 6 |
Artikolu 9 |
— |
Artikolu 10 |
Artikolu 7(1) u (2) |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 7(3) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 7(4) |
Artikolu 11(3) |
Artikolu 7(5) |
Artikolu 11(4) |
Artikolu 7(6) |
Artikolu 11(5) |
— |
Artikolu 12 |
— |
Artikolu 13 |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 14(1) |
— |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 8(2) |
Artikolu 14(3) |
Artikolu 9(1) u (2) |
Artikolu 15(1) u (2) |
— |
Artikolu 15(3) |
— |
Artikolu 15(4) |
— |
Artikolu 16 |
Artikolu 10(1) u (2) |
Artikolu 17(1) u (2) |
Artikolu 10(3) |
Artikolu 24(2) |
Artikolu 10(4) |
Artikolu 17(3) |
— |
Artikolu 17(4) |
— |
Artikolu 17(5) |
Artikolu 11 |
Artikolu 18 |
Artikolu 12(1) |
Artikolu 19(1) |
— |
Artikolu 19(1)(a) |
— |
Artikolu 19((1)(b) |
Artikolu 12(1)(a) |
Artikolu 19(1)(c) |
Artikolu 12(1)(b) |
Artikolu 19(1)(d) |
Artikolu 12(1)(c) |
Artikolu 19(1)(e) |
— |
Artikolu 19(1)(f) |
Artikolu 12(1)(d) |
Artikolu 19(1)(g) |
— |
Artikolu 19(1)(h) |
— |
Artikolu 19(1)(i) |
— |
Artikolu 19(1)(j) |
— |
Artikolu 19(1)(k) |
Artikolu 12(1)(e) |
Artikolu 19(1)(l) |
— |
Artikolu 19(1)(m) |
Artikolu 12(1)(f) |
Artikolu 19(1)(n) |
Artikolu 12(1)(g) |
Artikolu 19(1)(o) |
— |
Artikolu 19(1)(p) |
Artikolu 12(1)(h) |
Artikolu 19(1)(q) |
Artikolu 12(1)(i) |
Artikolu 19(1)(q) |
Artikolu 12(1)(j) |
Artikolu 19(1)(r) |
— |
Artikolu 19(1)(s) |
Artikolu 12(1)(k) |
Artikolu 19(1)(t) |
Artikolu 12(1)(l) |
Artikolu 19(1)(u) |
Artikolu 12(1)(m) |
Artikolu 19(1)(v) |
Artikolu 12(1)(n) |
Artikolu 19(1)(w) |
Artikolu 12(1)(o) |
Artikolu 19(1)(x) |
— |
Artikolu 19(1)(y) |
Artikolu 12(1)(p) |
Artikolu 19(1)(z) |
Artikolu 12(1)(q) |
Artikolu 19(1)(bb) |
Artikolu 12(1)(r) |
Artikolu 19(1)(cc) |
Artikolu 12(1)(s) |
Artikolu 19(1)(dd) |
Artikolu 12(1)(t) |
Artikolu 19(1)(ff) |
Artikolu 12(1)(u)) |
Artikolu 19(1)(gg) |
Artikolu 12(1)(v) |
Artikolu 19(1)(hh) |
Artikolu 12(1)(w) |
Artikolu 19(1)(ii) |
Artikolu 12(1)(x) |
Artikolu 19(1)(jj) |
— |
Artikolu 19(1)(ll) |
Artikolu 12(1)(y) |
Artikolu 19(1)(mm) |
Artikolu 12(1)(z) |
Artikolu 19(1)(nn) |
— |
Artikolu 19(1)(oo) |
Artikolu 12(1)(aa) |
Artikolu 19(1)(pp) |
Artikolu 12(1)(sa) |
Artikolu 19(1)(ee) |
Artikolu 12(1)(xa) |
Artikolu 19(1)(kk) |
Artikolu 12(1)(za) |
Artikolu 19(1)(mm) |
— |
Artikolu 19(1), it-tieni subparagrafu |
— |
Artikolu 19(2) |
Artikolu 12(2) |
Artikolu 19(3) |
Artikolu 13(1) |
Artikolu 20(1) |
Artikolu 13(2) u (3) |
Artikolu 20(2) |
Artikolu 13(4) |
Artikolu 20(3) |
Artikolu 13(5) |
Artikolu 20(4) |
Artikolu 14(1) u (3) |
Artikolu 21(1) |
Artikolu 14(2) |
Artikolu 21(2) |
Artikolu 15(1) |
Artikolu 22(1) u (3) |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 15(3) |
Artikolu 22(5) |
Artikolu 15(4) u (5) |
Artikolu 22(4) |
Artikolu 15(6) |
Artikolu 22(6) |
Artikolu 16(1) sa (5) |
Artikolu 23(1) sa (5) |
— |
Artikolu 23(6) |
Artikolu 16(6) |
Artikolu 23(7) |
Artikolu 16(7) |
Artikolu 23(8) |
Artikolu 17(1) u (4) |
Artikolu 24(1) |
Artikolu 17(2) |
— |
Artikolu 17(3) |
— |
Artikolu 17(5) u (6) |
Artikolu 24(3) |
Artikolu 17(5)(a) |
Artikolu 24(3)(a) |
Artikolu 17(5)(b) |
Artikolu 24(3)(b) |
Artikolu 17(5)(c) |
Artikolu 24(3)(c) |
Artikolu 17(5)(d) |
Artikolu 24(3)(o) |
Artikolu 17(5)(e) |
Artikolu 22(2) |
Artikolu 17(5)(f) |
Artikolu 19(2) |
Artikolu 17(5)(g) |
Artikolu 24(3)(p) |
Artikolu 17(5)(h) |
Artikolu 24(3)(q) |
Artikolu 17(6)(a) |
Artikolu 24(3)(d) u (g) |
Artikolu 17(6)(b) |
Artikolu 24(3)(k) |
Artikolu 17(6)(c) |
Artikolu 24(3)(d) |
Artikolu 17(6)(d) |
Artikolu 24(3)(l) |
Artikolu 17(6)(e) |
— |
Artikolu 17(6)(f) |
— |
Artikolu 17(6)(g) |
Artikolu 24(3)(r) |
Artikolu 17(6)(h) |
Artikolu 24(3)(s) |
Artikolu 17(6)(i) |
Artikolu 24(3)(t) |
Artikolu 17(6)(j) |
Artikolu 24(3)(v) |
Artikolu 17(6)(k) |
Artikolu 24(3)(u) |
Artikolu 17(7) |
Artikolu 24(4) |
— |
Artikolu 24(5) |
Artikolu 18 |
Artikolu 25 |
Artikolu 18(1) |
Artikolu 25(1) u (10) |
Artikolu 18(2) |
Artikolu 25(2), (3) u (4) |
Artikolu 18(3) |
Artikolu 25(5) |
Artikolu 18(4) |
Artikolu 25(6) |
Artikolu 18(5) |
Artikolu 25(7) |
Artikolu 18(6) |
Artikolu 24(1) |
— |
Artikolu 25(8) |
Artikolu 18(7) |
Artikolu 25(9) u (10) |
— |
Artikolu 25(11) |
— |
Artikolu 26 |
Artikolu 19 |
Artikolu 27 |
Artikolu 20 |
Artikolu 28 |
Artikolu 20(1) u (2) |
Artikolu 28(1) u (2) |
Artikolu 20(3) |
— |
Artikolu 20(4) |
Artikolu 28(3) |
Artikolu 20(5) |
Artikolu 28(4) |
Artikolu 20(6) |
Artikolu 28(5) |
Artikolu 20(7) |
Artikolu 28(6) |
Artikolu 20(8) |
Artikolu 28(7) |
Artikolu 21 |
Artikolu 29 |
Artikolu 22 |
Artikolu 30 |
Artikolu 23 |
Artikolu 31 |
Artikolu 24 |
Artikolu 32 |
Artikolu 25(1) u (2) |
Artikolu 33(1) u (2) |
— |
Artikolu 33(3) |
Artikolu 25(3) |
Artikolu 33(4) |
Artikoli 26 u 27 |
Artikolu 34 |
Artikolu 28(1) |
Artikolu 35(1) u Artikolu 36(2) |
Artikolu 28(2) |
Artikolu 35(2) |
— |
Artikolu 36(1) |
Artikolu 29(1) u (2) |
Artikolu 37(1) |
Artikolu 29(3) |
Artikolu 37(2) |
Artikolu 30 |
Artikolu 38 |
Artikolu 31(1) |
Artikolu 39(1) |
Artikolu 31(2) |
Artikolu 39(1) u (3) |
— |
Artikolu 39(2) |
— |
Artikolu 40 |
— |
Artikolu 41 |
— |
Artikolu 43 |
— |
Artikolu 44 |
Artikolu 32(1) |
Artikolu 46(3) |
Artikolu 32(2) |
Artikolu 46(4) |
Artikolu 32(3) |
Artikolu 46(2) |
Artikolu 32(4) |
Artikolu 45(2) |
Artikolu 32(5) |
Artikolu 45(2) |
Artikolu 32(6) |
Artikolu 44(2) |
Artikolu 32(7) |
Artikolu 45(3) |
Artikolu 32(8) |
Artikolu 45(4) |
Artikolu 32(9) |
Artikolu 45(5) u (6) |
Artikolu 32(10) |
Artikolu 45(7) |
Artikolu 32(11) |
Artikolu 45(8) |
Artikolu 32(12) |
Artikolu 45(9) |
Artikolu 33(1) sa (4) |
Artikolu 47(1) sa (4) |
— |
Artikolu 47(5) |
Artikolu 33(5) |
Artikolu 47(6) |
Artikolu 33(6) |
Artikolu 47(7) |
Artikolu 33(7) |
Artikolu 47(8) |
Artikolu 33(8) |
Artikolu 47(9) |
Artikolu 33(9) |
Artikolu 47(10) |
Artikolu 33(10) |
Artikolu 47(11) |
Artikolu 33(11) |
Artikolu 47(12) |
— |
Artikolu 48 |
Artikolu 34 |
Artikolu 49 |
Artikolu 35(1) u (2) |
Artikolu 50(1) u (2) |
— |
Artikolu 50(3) |
Artikolu 35(3) |
Artikolu 50(4) u (5) |
Artikolu 36 |
— |
Artikolu 37 |
Artikolu 42 |
— |
Artikolu 51 |
— |
Artikolu 52 |
— |
Artikolu 53 |
— |
Artikolu 54 |
— |
Artikolu 55 |
— |
Artikolu 56 |
— |
Artikolu 57 |
Artikolu 38 |
Artikolu 58 |
— |
Anness |
( ) Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).
( 1 ) Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1).
( 2 ) Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam ta' fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).
( 3 ) Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta' informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).
( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-obbligu ta’ trasportaturi li jikkomunikaw data tal-passiġġieri (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 24).
( 3 ) Id-Direttiva (UE) 2016/681 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar l-użu ta’ data tar-reġistru tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni, l-iskoperta, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati terroristiċi u kriminalità serja (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 132).
( 4 ) Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14).
( 5 ) Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).
( 6 ) Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU 17, 6.10.1958, p. 385/58).
( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).
( 6 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kklassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).
( 6 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra(ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).