Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02009R1096-20121127

Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1096/2009 tas- 16 ta’ Novembru 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżima ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Aspergillus niger (CBS 109.713) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ din il-preparazzjoni bħala addittiv fl-għalf għall-papri (detentur ta’ awtorizzazzjoni BASF SE) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1458/2005 (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1096/2012-11-27

2009R1096 — MT — 27.11.2012 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1096/2009

tas-16 ta’ Novembru 2009

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżima ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Aspergillus niger (CBS 109.713) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ din il-preparazzjoni bħala addittiv fl-għalf għall-papri (detentur ta’ awtorizzazzjoni BASF SE) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1458/2005

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(ĠU L 301, 17.11.2009, p.3)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1019/2012 tas-6 ta’ Novembru 2012

  L 307

60

7.11.2012




▼B

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1096/2009

tas-16 ta’ Novembru 2009

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni ta’ enżima ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Aspergillus niger (CBS 109.713) bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin u l-awtorizzazzjoni ta’ użu ġdid ta’ din il-preparazzjoni bħala addittiv fl-għalf għall-papri (detentur ta’ awtorizzazzjoni BASF SE) u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1458/2005

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimai ( 1 ), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament jipprovdi għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE ( 2 ).

(2)

Il-preparazzjoni ta’ enżimi ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Aspergillus niger (CBS 109.713) ġiet proviżjonalment awtorizzata b’mod konformi mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv fl-għalf għat-tmigħ tat-tiġieġ għat-tismin mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1458/2005 ( 3 ). Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid ta’ dan l-addittiv u, skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament, għal użu ġdid għat-tmigħ tal-papri, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi zootekniċi”. Din l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(4)

L-użu ta’ din il-preparazzjoni kienet awtorizzata għal għaxar snin bir-Regolament (KE) Nru 1380/2007 ( 4 ) għad-dundjani għat-tismin.

(5)

Mill-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza fl-Ikel (“l-Awtorità”) tas-17 ta’ Ġunju 2009 ( 5 ) jirriżulta li l-preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-xylanase prodott minn Aspergillus niger (CBS 109.713) ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li l-użu ta’ din il-preparazzjoni huwa sigur għat-tiġieġ għas-simna u għall-papri u jista’ jtejjeb b’mod sinifikanti l-piż li fuqu jiddependi l-qligħ minnhom u/jew il-bilanċ tat-tismin meqjus mal-kwantità tal-għalf li jieklu. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni ta’ din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta’ din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Bħala konsegwenza tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) 1831/2003, id-dispożizzjonijiet dwar dik il-preparazzjoni fir-Regolament (KE) Nru 1458/2005 għandhom jitħassru.

(8)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ “addittivi żootekniċi” u parti mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriment tal-annimali suġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1458/2005, il-linja dwar enżima Nru 62, endo-1,4-beta-xylanase EC 3.2.1.8, hija mħassra.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

▼M1




ANNESS



Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità.

4a62

BASF SE

Endo-1,4-beta ksilanażi

EC 3.2.1.8

Kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta mill-Aspergillus niger (CBS 109.713) li għandha attività minima ta’:

Għamla solida: 5 600 TXU (1)/g

Għamla likwida: 5 600 TXU/ml

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Endo-1,4-beta-ksilanażi prodott mill-Aspergillus niger (CBS 109.713)

Metodu analitiku (2)

Metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta’ viskożità riżultat tal-azzjoni ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi fuq is-subsrat li jkun fih il-ksilan (arabinoksilan tal-qamħ) b’pH ta’ 3,5 u 55 °C

Tiġieġ tas-simna

280 TXU

1.  Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet ta’ qabel, indika t-temperatura tal-ħażna, kemm jista’ jdum maħżun, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.  Doża massima rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf sħiħ għat-tiġieġ tas-simna u l-papri: 800 TXU

3.  Għall-użu fl-għalf li fih ħafna lamtu u polisakkardi li mhumiex lamtu (fil-biċċa l-kbira beta-glukani u arabinoksilani).

7.12.2019

Papri

280 TXU

(1)   1 TXU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 5 mikromol ta’ zokkor riduċenti (ekwivalent ta’ ksilożju) mill-arabinoksilan tal-qamħ fil-minuta b’pH ta’ 3,5 u 55 °C.

(2)   Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx



( 1 ) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

( 2 ) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.

( 3 ) ĠU L 233, 9.9.2005, p. 3.

( 4 ) ĠU L 309, 27.11.2007, p. 21.

( 5 Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 1155, p. 1.

Top