EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008L0105-20130913

Consolidated text: Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2008/105/2013-09-13

2008L0105 — MT — 13.09.2013 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DIRETTIVA 2008/105/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Diċembru 2008

dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 348, 24.12.2008, p.84)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

DIRETTIVA 2013/39/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’relevanza għaż-ŻEE tat-12 ta’ Awwissu 2013

  L 226

1

24.8.2013




▼B

DIRETTIVA 2008/105/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Diċembru 2008

dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ( 1 ),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 2 ),

Billi:

(1)

It-tniġġis kimiku tal-ilma tal-wiċċ huwa ta’ theddida għall-ambjent akkwatiku b'effetti bħalma huma tossiċità akuta u kronika għall-organiżmi akkwatiċi, akkumulazzjoni fl-ekosistema u telf tal-abitati u l-bijodiversità, kif ukoll theddida għas-saħħa tal-bniedem. Bħala kwistjoni ta’ prijorità, l-kawżi tat-tniġġis għandhom jiġu identifikati u l-emissjonijiet għandhom jiġu ttrattati fl-oriġini tagħhom, bl-aktar mod ekonomikament u ambjentalment effettiv.

(2)

Kif imniżżel fl-Artikolu 174(2) tat-Trattat, il-politika Komunitarja dwar l-ambjent għandha tkun imsejsa fuq il-prinċipju ta’ prekawzjoni u fuq il-prinċijpi li għandha tittieħed azzjoni preventiva, li l-ħsara għall-ambjent, bħala prijorità, għandha tiġi rranġata fl-oriġini tagħha, u li min iniġġes għandu jħallas.

(3)

Skond l-Artikolu 174(3) tat-Trattat, fil-preparazzjoni tal-politika ambjentali tagħha, il-Komunità trid tqis id-data xjentifika u teknika disponibbli, il-kondizzjonijiet ambjentali fir-reġjuni varji tal-Komunità, l-iżvilupp soċjali u ekonomiku globali fil-Komunità u l-iżvilupp bilanċjat tar-reġjuni tagħha, kif ukoll il-benefiċċji u l-ispejjea potenzjali ta’ azzjoni u ta’ nuqqas ta’ azzjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali ( 3 ) tafferma li l-ambjent u s-saħħa u l-kwalità tal-ħajja huma fost il-prijoritajiet ambjentali ewlenin ta’ dak il-Programm, u tenfasizza b'mod partikolari l-ħtieġa li tkun stabbilita leġislazzjoni aktar speċifika fil-qasam tal-politika tal-ilma.

(5)

Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma ( 4 ) tistabbilixxi strateġija kontra t-tniġġis tal-ilma u teħtieġ aktar miżuri speċifiċi għall-kontroll tat-tniġġis u għal standards ta’ kwalità ambjentali (EQS, environmental quality standards). Din id-Direttiva tistabbilixxi EQS b'konformità mad-dispożizzjonijiet u l-objettivi tad-Direttiva 2000/60/KE.

(6)

Skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, u b'mod partikolari l-paragrafu 1(a), l-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-miżuri meħtieġa skond l-Artikolu 16(1) u (8) ta’ dik id-Direttiva, bil-għan li jitnaqqas progressivament it-tniġġis minn sustanzi prijoritarji u jitwaqqfu jew jitwaqqfu f'fażijiet l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf ta’ sustanzi prijoritarji perikolużi.

(7)

Mis-sena 2000 ġew adottati diversi atti Komunitarji li jistabbilixxu miżuri ta’ kontroll tat-tniġġis skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE għal sustanzi prijoritarji individwali. Barra minn hekk, ħafna miżuri għall-protezzjoni tal-ambjent jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ leġislazzjoni Komunitarja eżistenti oħra. Għalhekk, għandha tingħata prijorità lill-implimentazzjoni u r-reviżjoni tal-istrumenti eżistenti aktar milli sabiex jiġu stabbiliti kontrolli ġodda.

(8)

Rigward il-kontrolli ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi prijoritarji minn sors wieħed u minn sorsi mxerrda, kif imsemmi fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE, jidher li jkun aktar effettiv meta mqabbel ma’ l-ispiża u proporzjonat għall-Istati Membri jekk jinkludu, fejn meħtieġ, flimkien ma’ l-implimentazzjoni ta’ leġislazzjoni Komunitarja eżistenti oħra, miżuri adegwati ta’ kontroll, skond l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/60/KE, fil-programm ta’ miżuri li għandu jiġi żviluppat għal kull distrett ta’ baċir ta’ xmara skond l-Artikolu 11 ta’ dik id-Direttiva.

(9)

L-Istati Membri għandhom itejbu l-konoxxenza u d-data disponibbli dwar is-sorsi ta’ sustanzi prijoritarji u l-modi ta’ kif isir it-tniġġis sabiex jiġu identifikati possibiltajiet ta’ kkontroll speċifiċi u effikaċi. L-Istati Membri għandhom, inter alia, iwettqu monitoraġġ tas-sediment u l-bijota, kif xieraq, bi frekwenza adegwata sabiex ikun hemm biżżejjed data għal analiżi fit-tul tat-tendenzi ta’ dawk is-sustanzi prijoritarji li għandhom it-tendenza li jakkumulaw fis-sediment u/jew il-bijota. Ir-riżultati tal-monitoraġġ, inkluż ilmonitoraġġ tas-sediment u l-bijota, għandhom, sa fejn huwa meħtieġ mill-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2001 li tistabbilixxi l-lista ta’ sustanzi prijoritarji fil-qasam tal-politika tal-ilma ( 5 ), ikunu disponibbli sabiex proposti futuri tal-Kummissjoni jkunu infurmati skond l-Artikolu 16(4) u (8) tad-Direttiva 2000/60/KE.

(10)

Id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE tistabbilixxi l-ewwel lista ta’ 33 sustanza jew grupp ta’ sustanzi li ġew ipprijoritizzati għal azzjoni fil-livell Komunitarju. Fost dawk is-sustanzi prijoritarji, ċerti sustanzi ġew identifikati bħala sustanzi prijoritarji perikolużi li għalihom l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri meħtieġa bil-għan li jitwaqqfu jew jitwaqqfu f'fażijiet l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf. Għas-sustanzi li joriġinaw mill-istat naturali jew li jirriżultaw minn proċessi naturali, it-twaqqif jew it-twaqqif f'fażijiet tal-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf mis-sorsi potenzjali kollha huwa impossibbli. Xi sustanzi kienu qegħdin jiġu riveduti u għandhom jiġu kklassifikati. Il-Kummissjoni għandha tkompli tirrivedi l-lista ta’ sustanzi prijoritarji, filwaqt li tipprijoritarizza lil sustanzi għal azzjoni abbażi ta’ kriterji maqbula li juru r-riskju għal, jew permezz ta’, l-ambjent akwatiku, skond l-iskeda ta’ żmien prevista fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2000/60/KE, u tressaq proposti kif meħtieġ.

(11)

Fl-interessi tal-Komunità u għal regolamentazzjoni aktar effettiva tal-protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ, huwa xieraq li jiġu stabbiliti EQS għall-kontaminanti kklassifikati bħala sustanzi prijoritarji fil-livell Komunitarju u li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu, fejn meħtieġ, regoli għall-kontaminanti li jifdal fil-livell nazzjonali, soġġetti għall-applikazzjoni ta’ regoli Komunitarji rilevanti. Minkejja dan, tmien kontaminati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 86/280/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1986 dwar il-valuri ta’ limitu u oġġettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ ċerti sustanzi perikolużi inklużi fil-Lista I tal-Anness tad-Direttiva 76/464/KEE ( 6 ) u li jifformaw parti mill-grupp ta’ sustanzi li għalihom l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb sa l-2015, soġġett għall-Artikoli 2 u 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, ma kinux inklużi fil-lista ta’ sustanzi prijoritarji. Madankollu, l-istandards komuni stabbiliti għal dawk il-kontaminanti wrew li kienu utli u huwa għalhekk xieraq li tinżamm regolamentazzjoni tal-istandards tagħhom fil-livell Komunitarju.

(12)

Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-objettivi attwali ta’ kwalità ambjentali, stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 82/176/KEE tat-22 ta’ Marzu 1982 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi tal-kwalità għall-iskariki ta’ merkurju mill-industrija tal-elettrosi tal-kloruri alkalini ( 7 ), id-Direttiva tal-Kunsill 83/513/KEE tas-26 ta’ Settembru 1983 dwar il-valuri ta’ limitu u objettivi ta’ kwalità għar-rilaxx tal-kadmju ( 8 ), id-Direttiva tal-Kunsill 84/156/KEE tat-8 ta’ Marzu 1984 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ merkurju minn setturi li mhumiex dawk tal-industrija tal-elettroliżi tal-chlor-alkali ( 9 ), id-Direttiva tal-Kunsill 84/491/KEE tad-9 ta’ Ottubru 1984 dwar il-valuri ta’ limitu u l-objettivi ta’ kwalità għall-iskariku ta’ hexachlorocyclohexane ( 10 ) u d-Direttiva 86/280/KEE ser isiru superfluwi u għandhom jitħassru.

(13)

L-ambjent akkwatiku jista’ jiġi milqut minn tniġġis kimiku kemm fuq perijodu qasir kif ukoll fit-tul u għalhekk sabiex jiġu stabbiliti l-EQS għandha tintuża d-data dwar l-effetti akuti u dwar l-effetti kroniċi. Sabiex ikun żgurat li l-ambjent akkwatiku u s-saħħa tal-bniedem ikunu protetti b'mod adegwat, l-EQS, espressi bħala valur medju annwali, għandhom jiġu stabbiliti f'livell li jipprovdi protezzjoni kontra l-espożizzjoni f'perijodu fit-tul, u għandhom jiġu stabbiliti konċentrazzjonijiet massimi permissibbli għall-protezzjoni kontra l-espożizzjoni f'perijodu qasir.

(14)

Skond ir-regoli stabbiliti fit-Taqsima 1.3.4. tal-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE, meta jsir il-monitoraġġ tal-konformità ma’ l-EQS, inklużi dawk espressi bħala konċentrazzjonijiet massimi permissibbli, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu metodi ta’ statistika, bħal kalkolu perċentili, sabiex jittrattaw outliers, jiġifieri devjazzjonijiet estremi mill-medja, u qari falz sabiex jiġi żgurat livell aċċettabbli ta’ kunfidenza u preċiżjoni. Sabiex tkun żgurata l-komparabbiltà tal-monitoraġġ bejn l-Istati Membri, huwa xieraq li jkun previst għall-istabbiliment ta’ regoli dettaljati għal tali metodi statistiċi permezz ta’ proċedura ta’ kumitat.

(15)

Għall-maġġoranza tas-sustanzi l-istabbiliment tal-valuri tal-EQS f'livell Komunitarju għandu, f'dan l-istadju, ikun limitat għall-ilma tal-wiċċ biss. Madankollu, fir-rigward tal-eksaklorobenżin, l-eksaklorobutadien u l-merkurju, mhuwiex possibbli li tiġi żgurata protezzjoni kontra effetti indiretti u avvelenament sekondarju fil-livell Komunitarju permezz ta’ EQS għall-ilma tal-wiċċ biss. Għalhekk huwa xieraq li jiġu stabbiliti EQS għall-bijota fil-livell Komunitarju għal dawk it-tliet sustanzi. Sabiex l-Istati Membri jkunu permessi flessibbiltà skond l-istrateġija ta’ monitoraġġ tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jew jimmonitorjaw u japplikaw dawk l-EQS għall-bijota, jew jistabbilixxu EQS aktar stretti għall-ilma tal-wiċċ li jipprovdu l-istess livell ta’ protezzjoni.

(16)

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jistabbilixxu EQS għas-sediment u/jew il-bijota f'livell nazzjonali u japplikaw dawk l-EQS minflok l-EQS għall-ilma stabbiliti f'din id-Direttiva. Tali EQS għandhom ikunu stabbiliti permezz ta’ proċedura trasparenti li tinvolvi notifiki lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħrajn sabiex ikun żgurat livell ta’ protezzjoni ekwivalenti għall-EQS għall-ilma stabbilit fil-livell Komunitarju. Il-Kummissjoni għandha tiġbor fil-qosor dawn in-notifiki fir-rapporti tagħha dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE. Barra minn hekk, is-sediment u l-bijota jibqgħu matriċi importanti għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi b'potenzjal sinifikanti ta’ akkumulazzjoni. Sabiex jiġu vvalutati l-impatti fuq perijodu fit-tul tal-attività u x-xejriet antropoġeniċi, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri, soġġett għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, bil-għan li jiżguraw li livelli eżistenti tal-kontaminazzjoni fil-bijota u s-sedimenti ma jiżdidux b'mod sinifikattiv.

(17)

Skond l-Artikolu 13 ta’, u l-Anness VIII(A)(5) tad-Direttiva 2000/60/KE, kwalunkwe eżenzjoni għall-applikazzjoni tal-EQS għal sustanzi prijoritarji applikati għal mases ta’ ilma skond l-Artikolu 4(4), (5) u (6) ta’ dik id-Direttiva, b'kont meħud tal-Artikolu 4(8) u (9) tiegħu, għandha tiġi rrappurtata fil-pjanijiet għall-immaniġġjar tal-baċir tax-xmara. Sakemm ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE inklużi l-kondizzjonijiet għall-eżenzjonijiet jiġu sodisfatti, jistgħu jsiru attivitajiet, bħat-tħammil u l-vjeġġ, li jwassal għal rilaxx, emmissjonijiet u telf ta’ sustanzi prijoritarji.

(18)

L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ( 11 ) u jimmaniġġaw mases ta’ ilma tal-wiċċ użati għall-estrazzjoni tal-ilma għax-xorb skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/60/KE. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tiġi implimentata mingħajr preġudizzju għal dawk ir-rekwiżiti li jistgħu jeħtieġu standards aktar stretti.

(19)

Fil-viċinanza ta’ rilaxx minn punti ta’ sors, il-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti huma normalment ogħla mill-konċentrazzjonijiet ambjentali fl-ilma. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħmlu użu minn żoni ta’ taħlit, sakemm dawn ma jaffettwawx il-konformità tal-bqija tal-korp tal-ilma tal-wiċċ ma’ l-EQS rilevanti. Il-limiti taż-żoni ta’ taħlit għandhom ikunu ristretti għall-prossimità tal-punt ta’ rilaxx u għandhom ikunu proporzjonati. Skond l-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, kif xieraq, ir-rekwiżiti għall-kisba tal-objettivi ambjentali stipulati fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva jkunu koordinati għad-distrett kollu tal-baċir ta’ xmara, inkluż il-ħatra ta’ żoni ta’ taħlit f'mases tal-ilma transkonfinali.

(20)

Huwa meħtieġ li tkun ivverifikata l-konformità ma’ l-objettivi għal waqfien jew waqfien f'fażijiet, u t-tnaqqis, kif speċifikat fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2000/60/KE, u li l-valutazzjoni ta’ konformità ma’ dawn l-obbligi ssir b'mod trasparenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsiderazzjoni ta’ emissjonijiet, rilaxx u telf sinifikanti bħala riżultat tal-attivitajiet tal-bniedem. Barra minn hekk, skeda ta’ żmien għal waqfien jew waqfien f'fażijiet, u tnaqqis, tista’ tkun relatata biss ma’ inventarju. Għandha tkun possibbli wkoll il-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(4) sa (7) tad-Direttiva 2000/60/KE. Bl-istess mod, hija meħtieġa għodda adatta għall-kwantifikazzjoni ta’ telf ta’ sustanzi li jseħħ b'mod naturali, jew li jirriżulta minn proċessi naturali, fejn il-waqfien komplet jew il-waqfien f'fażijiet mis-sorsi potenzjali kollha huwa impossibbli. Sabiex jissodisfa dawk il-ħtiġijiet, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi inventarju ta’ emissjonijiet, rilaxx u telf għal kull distrett ta’ baċir ta’ xmara jew parti minn distrett ta’ baċir ta’ xmara fit-territorju tiegħu.

(21)

Sabiex ikun evitat xogħol doppju billi jiġu stabbiliti dawk l-inventarji u sabiex tkun żgurata koerenza ta’ dawk l-inventarji ma’ għodda oħrajn eżistenti fil-qasam tal-protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ, l-Istati Membri għandhom jużaw l-informazzjoni miġbura taħt id-Direttiva 2000/60/KE u taħt ir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-18 ta’ Jannar 2006 dwar il-ħolqien ta’ Reġistru Ewropew dwar ir-Rilaxx u t-Trasferiment ta’ Inkwinanti ( 12 ).

(22)

Sabiex tkun żgurata protezzjoni konsistenti tal-ilma tal-wiċċ, l-Istati Membri li jaqsmu mases ta’ ilma tal-wiċċ għadhom jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom ta’ monitoraġġ u, kif xieraq, il-kumpilazzjoni ta’ inventarji.

(23)

Sabiex ikunu riflessi aħjar il-ħtiġijiet tagħhom, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu perijodu ta’ referenza ta’ sena adatt sabiex jitkejlu l-entrati bażiċi tal-inventarju. Madankollu, għandu jittieħed kont tal-fatt li t-telf mill-applikazzjoni tal-pestiċidi jista’ jvarja b'mod konsiderevoli minn sena għal oħra minħabba rati ta’ applikazzjoni differenti, per eżempju bħala riżultat ta’ kondizzjonijiet klimatiċi differenti. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu perijodu ta’ referenza ta’ 3 snin għal ċerti sustanzi koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ( 13 ).

(24)

Sabiex isir l-aħjar użu mill-inventarju, huwa kunsiljabbli li tiġi stabbilita data ta’ skadenza għall-Kummissjoni sabiex tivverifika li l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf qegħdin jagħmlu progress lejn il-konformità ma’ l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2000/60/KE, soġġett għall-Artikolu 4(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva.

(25)

Għandhom jiġu żviluppati linji gwida tekniċi biex jikkontribwixxu lejn l-armonizzazzjoni ta’ metodoloġiji użati mill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-inventarji ta’ emmissjonijiet, rilaxx u telf, inkluż telf minn tniġġis akkumulat fis-sedimenti.

(26)

Diversi Stati Membri huma affetwati minn tniġġis li s-sors tiegħu jkun jinsab barra mill-ġurisdizzjoni nazzjonali tagħhom. Għalhekk jixraq li jiġi kkjarifikat li Stat Membru ma jkunx fi ksur tal-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva bħala riżultat tal-qabża ta’ EQS minħabba tali tniġġis transkonfinali, sakemm ikunu rispettati ċerti kondizzjonijiet u jkun ħa vantaġġ, kif xieraq, tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2000/60/KE.

(27)

Abbażi ta’ rapporti minn Stati Membri, skond l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/60/KE, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-ħtieġa li jiġu emendati l-atti eżistenti u l-ħtieġa għal miżuri addizzjonali speċifiċi madwar il-Komunità, bħall-kontrolli fuq l-emmissjonijiet, u jekk xieraq, tagħmel proposti rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta l-konklużjonijiet ta’ din l-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest tar-rapport skond l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2000/60/KE. Fit-tfassil ta’ proposti dwar miżuri għall-kontroll tal-emmissjonijiet, il-Kummissjoni, filwaqt li tikkunsidra l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/60/KE, għandha tqis ir-rekwiżiti eżistenti dwar il-kontroll tal-emissjonijiet, bħal dawk fid-Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 rigward il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis, u l-aktar żviluppi reċenti fit-teknoloġija għat-tnaqqis tat-tniġġis ( 14 ).

(28)

Il-kriterji għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi li huma persistenti, bijoakkumulativi u tossiċi, kif ukoll ta’ sustanzi oħrajn ta’ tħassib ekwivalenti, notevolment persistenti ħafna u bijoakkumulativi ħafna, kif imsemmija fid-Direttiva 2000/60/KE, huma stabbiliti fid-Dokument Tekniku ta’ Gwida għall-Valutazzjoni tar-Riskju bħala appoġġ għad-Direttiva tal-Kummissjoni 93/67/KEE tal-20 ta’ Lulju 1993 li tistabbilixxi l-prinċipji għall-istimi ta’ riskju għall-bniedem u l-ambjent tas-sustanzi nnotifikati skond id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE ( 15 ), id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali ( 16 ) u r-Regolament (KE) 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ( 17 ). Sabiex tkun żgurata l-konsistenza tal-leġislazzjoni Komunitarja differenti, dawn il-kriterji biss għandhom ikunu applikati għas-sustanzi taħt reviżjoni skond id-Deċiżjoni Nru 2455/2001/KE, u l-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi sostitwit kif meħtieġ.

(29)

L-obbligi stabbiliti fid-Direttivi elenkati fl-Anness IX tad-Direttiva 2000/60/KE diġà huma inkorporati fid-Direttiva 2008/1/KE u fid-Direttiva 2000/60/KE u, tal-inqas, l-istess livell ta’ protezzjoni huwa ggarantit jekk l-EQS jinżammu jew jiġu riveduti. Sabiex ikun żgurat approċċ konsistenti għat-tniġġis kimiku tal-ilmijiet tal-wiċċ u sabiex tkun issimplifikata u ċċarata l-leġislazzjoni Komunitarja eżistenti f'dak il-qasam, huwa xieraq li jitħassru, skond id-Direttiva 2000/60/KE, b'effett mit-22 ta’ Diċembru 2012, id-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE.

(30)

Ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija fid-Direttiva 2000/60/KE, b'mod partikolari dawk tal-Kumitat Xjentifiku dwar it-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent ġew ikkunsidrati.

(31)

Skond il-paragrafu 34 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar tfassil aħjar tal-liġijiet ( 18 ), l-Istati Membri huma mħeġġa jfasslu, għalihom infushom u fl-interess tal-Komunità, l-iskedi tagħhom stess li, sa fejn hu possibbli, juru l-korrelazzjoni bejn din id-Direttiva u l-miżuri ta’ traspożizzjoni, u li jagħmluhom pubbliċi.

(32)

Ladarba l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ billi jiġu stabbiliti EQS għal sustanzi prijoritarji u ċerti kontaminanti oħrajn, ma jistax jintlaħaq suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’, għalhekk, permezz taż-żamma tal-istess livell ta’ protezzjoni tal-ilma tal-wiċċ fil-Komunità kollha, jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(33)

Il-miżuri meħtieġa għall-implementazzjoni ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni ( 19 ).

(34)

B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li temenda l-punt 3 tal-parti B tal-Anness I ta’ din id-Direttiva. Ladarba dik il-miżura għandha għan ġenerali u hija mfassla sabiex temenda elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva, jew li tissupplimentah b'elementi mhux essenzjali ġodda, hija għandha tkun adottata skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista fl-Artikolu 5a tad-Deċiżjoni Nru 1999/468/KE,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Suġġett

Bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ u skond id-dispożizzjonijiet u l-objettivi tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, din id-Direttiva tistabbilixxi standards ta’ kwalità ambjentali (EQS) għal sustanzi prijoritarji u ċerti kontaminanti oħrajn kif previst fl-Artikolu 16 ta’ dik id-Direttiva.

▼M1

Artikolu 2

Definijizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE u fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta’ Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma ( 20 ).

Barra minn hekk, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) “matriċi” tfisser taqsima tal-ambjent akkwatiku, jiġifieri ilma, sediment jew bijota;

(2) “taxon tal-bijota” tfisser taxon akkwatiku partikolari fil-klassifikazzjoni tassonomika “subfilu”, “klassi” jew ekwivalenti għalihom.

Artikolu 3

Standards ta’ kwalità ambjentali

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1a, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I għal korpi tal-ilma tal-wiċċ, u għandhom japplikaw dawk l-EQS skont ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I.

1a.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw skont din id-Direttiva fil-verżjoni fis-seħħ fit-13 ta’ Jannar 2009 u b’mod partikolari l-kisba ta’ status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward tas-sustanzi u l-EQS elenkati fih, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I fir-rigward:

(i) tas-sustanzi bin-numru 2, 5, 15, 20, 22, 23, 28 fil-Parti A tal-Anness I, li għalihom huma stabbiliti EQS riveduti, b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2015 bil-għan li jinkiseb status kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi sat-22 ta’ Diċembru 2021 permezz ta’ programmi ta’ miżuri speċifikati fil-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar tal-2015 prodotti skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE, u

(ii) tas-sustanzi li għadhom kif ġew identifikati bin-numru 34 sa 45 fil-Parti A tal-Anness I, b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2018, bil-għan li jinkiseb stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ rigward dawk is-sustanzi sat-22 ta’ Diċembru 2027 u tiġi evitata d-deterjorazzjoni tal-istatus kimiku ta’ mases tal-ilma tal-wiċċ fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom, sat-22 ta’ Diċembru 2018, jistabbilixxu u jippreżentaw lill-Kummissjoni programm ta’ monitoraġġ supplementari u programm preliminari ta’ miżuri li jkopru dawk is-sustanzi. Programm finali ta’ miżuri skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi stabbilit sat-22 ta’ Diċembru 2021 u għandu jiġi implimentat u jsir kompletament operazzjonali kemm jista’ jkun malajr wara dik id-data u mhux aktar tard mit-22 ta’ Diċembru 2024.

L-Artikolu 4 (4) sa (9) tad-Direttiva 2000/60/KE għandu japplika mutatis mutandis fir-rigward ta’ dawk is-sustanzi elenkati fil-punti (i) u (ii) tal-ewwel subparagrafu.

2.  Għas-sustanzi bin-numru 5, 15, 16, 17, 21, 28, 34, 35, 37, 43 u 44 fil-Parti A tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS tal-bijota stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I.

Għas-sustanzi l-oħra ħlief dawk imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri għandhom japplikaw l-EQS tal-ilma stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I.

3.  L-Istati Membri jistgħu jagħżlu, fir-rigward ta’ waħda mill-kategoriji tal-ilma tal-wiċċ jew aktar, li japplikaw EQS għal matriċi differenti minn dik speċifikata fil-paragrafu 2, jew, fejn rilevanti, għal taxa tal-bijota differenti minn dik speċifikata fil-Parti A tal-Anness I.

L-Istati Membri li jagħmlu użu mill-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw l-EQS rilevanti stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I jew, jekk l-ebda wieħed ma jkun inkluż għall-matriċi jew it-taxon tal-bijota, jistabbilixxu EQS li joffri mill-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni bħall-EQS stabbilit fil-parti A tal-Anness I.

L-Istati Membri jistgħu jużaw l-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu biss fejn il-metodu ta’ analiżi użat għall-matriċi jew it-taxon tal-bijota magħżula jissodisfa l-kriterji minimi ta’ prestazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE. Fejn dawk il-kriterji ma jiġu sodisfatti għall-ebda matriċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ jitwettaq bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli li ma jinvolvux spejjeż eċċessivi u li l-metodu ta’ analiżi jaħdem tal-inqas tajjeb daqs dak disponibbli għall-matriċi speċifikata fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għas-sustanza rilevanti.

3a.  Fejn riskju potenzjali għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu mill-iskopertura akuta jkun ġie identifikat bħala riżultat ta’ konċentrazzjonijiet jew emissjonijiet ambjentali mkejla jew stmati jew emissjonijiet u fejn qed tiġi applikata EQS tal-bijota jew tas-sediment, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li monitoraġġ fl-ilma tal-wiċċ għandu jitwettaq ukoll u għandhom japplikaw l-MAC-EQS stipulat fil-parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva, fejn tali EQS ikunu ġew stabbiliti.

3b.  Jekk, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE, issir referenza għall-valur medju kkalkulat ta’ kejl, meta jitwettaq bl-użu tal-aħjar teknika disponibbli li ma tinvolvix spejjeż eċċessivi, bħala “anqas mil-limitu ta’ kwantifikazzjoni”, u l-”limitu ta’ kwantifikazzjoni” anki ta’ dik it-teknika jkun aktar mill-EQS, ir-riżultat għas-sustanza li tkun qed titkejjel ma għandux jitqies għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-istatus kimiku ġenerali ta’ dik il-massa tal-ilma.

4.  Għas-sustanzi li għalihom jiġi applikat EQS għas-sediment u/jew għall-bijota, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw is-sustanza fil-matriċi rilevanti mill-inqas darba f’sena, sakemm l-għarfien tekniku u l-ġudizzju tal-esperti ma jiġġustifikax intervall ieħor.

5.  L-Istati Membri għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja fil-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar aġġornati, prodotti skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE:

(a) tabella li tippreżenta l-limiti ta’ kwantifikazzjoni tal-metodi ta’ analiżi applikati, u l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ dawk il-metodi relatata mal-kriterji ta’ prestazzjoni minima stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE;

(b) għas-sustanzi li għalihom intużat l-alternattiva fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu:

(i) ir-raġunijiet u l-bażi għall-użu ta’ dik l-alternattiva,

(ii) fejn rilevanti, l-EQS alternattivi stabbiliti, evidenza li dawk l-EQS joffru tal-inqas l-istess livell ta’ protezzjoni bħall-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I, inkluż id-data u l-metodoloġija użata għad-derivazzjoni tal-EQS, u l-kategoriji tal-ilma tal-wiċċ li japplikaw għalihom,

(iii) għal paragun mal-informazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, il-limiti ta’ kwantifikazzjoni tal-metodi tal-analiżi għall-matriċi jew il-matriċijiet speċifikati fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva, inkluż l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ dawk il-metodi fir-rigward tal-kriterji ta’ prestazzjoni minima stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE;

(c) ġustifikazzjoni għall-frekwenza tal-monitoraġġ applikata f’konformità mal-paragrafu 4, jekk l-intervalli ta’ monitoraġġ huma itwal minn sena.

5a.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar aġġornati prodotti skont l-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE li fihom ir-riżultati u l-impatt tal-miżuri adottati biex jiġi evitat it-tniġġis tal-ilma tal-wiċċ, u r-rapport interim li jiddeskrivi l-progress fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ miżuri ppjanat skont l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, huma pprovduti permezz ta’ portal ċentrali uniku li jkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod elettroniku skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali ( 21 ).

6.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu arranġamenti għall-analiżi tat-tendenza fit-tul tal-konċentrazzjonijiet ta’ dawk is-sustanzi prijoritarji elenkati fil-Parti A tal-Anness I li għandhom tendenza li jakkumulaw fis-sediment u/jew fil-bijota, b’kunsiderazzjoni partikolari tas-sustanzi bin-numru 2, 5, 6, 7, 12, 15, 16, 17, 18, 20, 21, 26, 28, 30, 34, 35, 36, 37, 43 u 44 elenkati fil-Parti A tal-Anness I, abbażi tal-monitoraġġ tal-istatus tal-ilma tal-wiċċ mwettaq skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri mmirati biex jiżguraw, soġġett għall-Artikolu 4 tad-Direttiva 2000/60/KE, li tali konċentrazzjonijiet ma jiżdidux b’mod sinifikanti fis-sediment u/jew fil-bijota rilevanti.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-frekwenza ta’ monitoraġġ fis-sediment u/jew fil-bijota sabiex jipprovdu data suffiċjenti għal analiżi tat-tendenza affidabbli għall-perijodu fit-tul. Bħala linja gwida, il-monitoraġġ għandu jsir kull tliet snin, sakemm l-għarfien tekniku u l-ġudizzju espert ma jiġġustifikawx intervall ieħor.

7.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress tekniku u xjentifiku, inkluża l-konklużjoni ta’ valutazzjonijiet tar-riskju kif imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE u l-informazzjoni mir-reġistrazzjoni ta’ sustanzi li jsiru disponibbli pubblikament skont l-Artikolu 119 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u, jekk meħtieġ, tipproponi r-reviżjoni tal-EQS stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva li jikkorrispondi mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 294 TFUE f’konformità mal-iskeda ta’ żmien prevista fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE.

8.  Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 10 fejn meħtieġ biex il-punt 3 tal-Parti B tal-Anness I għal din id-Direttiva jiġi adattat għall-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi.

8a.  Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu żviluppati, sa fejn possibbli sat-22 ta’ Diċembru 2014, linji gwida tekniċi dwar l-istrateġiji ta’ monitoraġġ u l-metodi analitiċi għas-sustanzi, inkluż it-teħid ta’ kampjuni u l-monitoraġġ tal-bijota, bħala parti mill-proċess ta’ implimentazjoni eżistenti tad-Direttiva 2000/60/KE.

B’mod partikolari, il-linji gwida għandhom ikopru:

(a) il-monitoraġġ ta’ sustanzi fil-bijota kif previst fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu;

(b) fil-każ ta’ sustanzi li għadhom kif ġew identifikati (bin-numri 34 sa 45 fil-Parti A tal-Anness I) u sustanzi li għalihom huma stabbiliti EQSs aktar stretti (bin-numri 2, 5, 15, 20, 22, 23 u 28 fil-Parti A tal-Anness I), metodi analitiċi konformi mal-kriterji ta’ prestazzjoni minimi stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/90/KE.

8b.  Fil-każ ta’ sustanzi li għalihom għadhom ma ġewx adottati linji gwida tekniċi sat-22 ta’ Diċembru 2014, l-iskadenza tat-22 ta’ Diċembru 2015 msemmija fil-punt (i) tal-paragrafu(1a) għandha tiġi estiża sat-22 ta’ Diċembru 2018 u l-iskadenza tat-22 ta’ Diċembru 2021 imsemmija f’dak il-punt għandha tiġi estiża sat-22 ta’ Diċembru 2027.

▼B

Artikolu 4

Żoni ta’ taħlit

1.  L-Istati Membri jistgħu jaħtru żoni ta’ taħlit ħdejn il-punti ta’ rilaxx. Il-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminant wieħed jew aktar mis-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness I jistgħu jeċċedu l-EQS rilevanti f'dawn iż-żoni ta’ taħlit jekk huma ma jaffettwawx il-konformità tal-kumplament tal-massa ta’ ilma tal-wiċċ ma’ dawk l-istandards.

2.  L-Istati Membri li jaħtru żoni ta’ taħlit għandhom jinkludu fil-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċin ta’ xmara magħmula skond l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE deskrizzjoni ta’:

(a) l-approċċi u l-metodoloġiji applikati biex jiġu definiti żoni bħal dawn; u

(b) miżuri meħuda bil-għan li titnaqqas il-firxa taż-żoni tat-taħlit fil-futur, bħal dawk skond l-Artikolu 11(3)(k) tad-Direttiva 2000/60/KE jew permezz ta’ reviżjoni tal-permessi msemmija fid-Direttiva 2008/1/KE jew ta’ regolamenti preċedenti msemmija fl-Artikolu 11(3)(g) tad-Direttiva 2000/60/KE.

3.  L-Istati Membri li jinnominaw żoni ta’ taħlit għandhom jiżguraw li l-firxa ta’ kwalunkwe żona tali hija:

(a) ristretta għall-viċinanza tal-punt ta’ rilaxx;

(b) proporzjonata, b'konsiderazzjoni tal-konċentrazzjonijiet ta’ kontaminanti fil-punt ta’ rilaxx u tal-kondizzjonijiet dwar emissjonijiet ta’ kontaminanti li jinsabu fir-regolamenti ta’ qabel, bħal awtorizzazzjonijiet u/jew permessi, imsemmijin fl-Artikolu 11(3)(g) tad-Direttiva 2000/60/KE u kwalunkwe liġi Komunitarja rilevanti oħra, skond l-applikazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli u l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2000/60/KE, partikolarment wara li dawk ir-regolamenti ta’ qabel jiġu riveduti.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 5

Inventarju ta’ emissjonijiet, rilaxx u telf

1.  Abbażi tal-informazzjoni miġbura skond l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE skond ir-Regolament (KE) Nru 166/2006, u skond data oħra disponibbli, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu inventarju, li jinkludi mapep, jekk disponibbli, tal-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf tas-sustanzi prijoritarji u l-kontaminanti kollha elenkati fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva għal kull distrett ta’ baċin ta’ xmara jew parti minn distrett ta’ baċin ta’ xmara li jkun fit-territorju tagħhom inklużi l-konċentrazzjonijiet tagħhom ta’ sediment u bijota, kif xieraq.

2.  Il-perijodu ta’ referenza għall-istima tal-valuri tal-kontaminanti li għandhom jitniżżlu fl-inventarji msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ sena waħda bejn l-2008 u l-2010.

Madankollu, għas-sustanzi prijoritarji jew il-kontaminanti koperti bid-Direttiva 91/414/KEE, l-entrati jistgħu jiġu kkalkolati bħala l-medja tas-snin 2008, 2009 u 2010.

3.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-inventarji stabbiliti skond il-paragrafu 1, inklużi l-perijodi ta’ referenza rispettivi, skond ir-rekwiżiti ta’ rappurtar taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.

4.  L-Istati Membri għandhom jaġġornaw l-inventarji tagħhom bħala parti mir-reviżjonijiet tal-analiżi speċifikati fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2000/60/KE.

Il-perijodu ta’ referenza għall-istabbiliment ta’ valuri fl-inventarji aġġornati għandu jkun is-sena ta’ qabel ma jkollha titlesta dik l-analiżi. Għas-sustanzi prijoritarji jew il-kontaminanti koperti bid-Direttiva 91/414/KEE, l-entrati jistgħu jiġu kkalkolati bħala l-medja tat-tliet snin ta’ qabel it-tlestija ta’ dik l-analiżi.

L-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-inventarji aġġornati fil-pjanijiet aġġornati tagħhom ta’ ġestjoni tal-baċin ta’ xmara kif stabbilit fl-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2000/60/KE.

5.  Il-Kummissjoni għandha, sa l-2018, tivverifika li l-emissjonijiet, ir-rilaxx u t-telf kif jidhru fl-inventarju qed jagħmlu progress lejn konformità ma’ l-objettivi ta’ tnaqqis jew waqfien stabbiliti fl-Artikolu 4(1)(a)(iv) tad-Direttiva 2000/60/KE, soġġett għall-Artikolu 4(4) u (5) ta’ dik id-Direttiva.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 6

Tniġġis transkonfinali

1.  Stat Membru m'għandux jitqies bħala li qed jikser l-obbligi tiegħu taħt din id-Direttiva bħala riżultat tal-qbiż tal-limitu ta’ EQS jekk jista’ juri li:

(a) il-qbiż tal-limitu kien dovut għal sors ta’ tniġġis barra l-ġurisdizzjoni nazzjonali tiegħu; u

(b) minħabba f'tali tniġġis transkonfinali huwa ma setax jieħu miżuri effettivi sabiex jikkonforma ma’ l-EQS rilevanti; u

(c) huwa kien applika l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni previsti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2000/60/KE u, kif xieraq, kien ħa vantaġġ mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(4), (5) u (6) ta’ dik id-Direttiva għal dawk il-mases ta’ ilma affettwati mit-tniġġis transkonfinali.

2.  L-Istati Membri għandhom jużaw il-mekkaniżmu stabbilit fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/60/KE sabiex il-Kummissjoni tiġi pprovduta bl-informazzjoni meħtieġa fiċ-ċirkostanzi previsti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u b'sommarju tal-miżuri meħuda f'relazzjoni mat-tniġġis transkonfinali fil-pjan rilevanti ta’ ġestjoni tal-baċin ta’ xmara skond ir-rekwiżiti ta’ rappurtar taħt l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE.

Artikolu 7

Rappurtaġġ u reviżjoni

1.  Abbażi ta’ rapporti mill-Istati Membri, inklużi rapporti skond l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2000/60/KE u partikolarment dawk dwar it-tniġġis transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tirrivedi l-ħtieġa li jiġu emendati l-atti eżistenti u l-ħtieġa ta’ miżuri speċifiċi addizzjonali mifruxin mal-Komunità kollha, bħall-kontrolli tal-emissjonijiet.

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fil-kuntest tar-rapport imħejji skond l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2000/60/KE, dwar:

(a) il-konklużjonijiet tar-reviżjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;

(b) miżuri meħuda biex titnaqqas il-firxa ta’ żoni ta’ taħlit maħtura skond l-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva;

(c) ir-riżultat tal-verifika msemmija fl-Artikolu 5(5) ta’ din id-Direttiva;

(d) is-sitwazzjoni li tirrigwarda t-tniġġis li ġej minn barra t-territorju tal-Komunità.

Il-Kummissjoni għandha, jekk xieraq, tinkludi proposti rilevanti ma’ dan ir-rapport.

▼M1

Artikolu 7a

Koordinazzjoni

1.  Għal sustanzi prijoritarji li jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tar-Regolamenti (KE) Nru 1907/2006, (KE) Nru 1107/2009 ( 22 ), (UE) Nru 528/2012 ( 23 ), jew id-Direttiva 2010/75/UE ( 24 ), il-Kummissjoni għandha, bħala parti mir-reviżjoni regolari tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE skont l-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva, tevalwa jekk il-miżuri fis-seħħ fil-livell tal-Unjoni u fil-livell tal-Istati Membri humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-EQS għas-sustanzi prijoritarji u l-għan tal-waqfien jew l-eliminazzjoni gradwali tar-rilaxxi, tal-emissjonijiet u tat-telf ta’ sustanzi perikolużi prijoritarji skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 16(6) tad-Direttiva 2000/60/KE.

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mat-tabella stabbilita fl-Artikolu 16(4) tad-Direttiva 2000/60/KE u għandha takkumpanja r-rapport tagħha bi kwalunkwe proposti xierqa inkluż għal miżuri ta’ kontroll.

3.  Meta r-riżultati tar-rapport juru li jistgħu jkunu neċessarji miżuri addizzjonali fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istat Membru sabiex tiġi ffaċilitata l-konformità mad-Direttiva 2000/60/KE rigward sustanza partikolari approvata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew ir-Regolament (UE) Nr 528/2012, l-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom japplikaw kif adegwat l-Artikoli 21 jew 44 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jew l-Artikoli 15 jew 48 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, kif xieraq, għal dik is-sustanza, jew prodotti li fihom dik is-sustanza.

Fil-każ ta’ sustanzi li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-Kummissjoni għandha tibda, fejn xieraq, il-proċedura msemmija fl-Artikoli 59, 61 jew 69 ta’ dak ir-Regolament.

Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti msemmija fl-ewwel u t-tieni subparagrafi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jikkunsidraw kwalunkwe valutazzjonijiet ta’ riskju u analiżi soċjoekonomika jew tar-relazzjoni bejn in-nefqa u l-benefiċċju meħtieġa taħt dawk ir-Regolamenti, inkluż fir-rigward tad-disponibbiltà ta’ alternattivi.

▼M1

Artikolu 8

Reviżjoni tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu tar-reviżjoni regolari tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE prevista fl-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġislattivi biex l-Anness X jiġi emendat inkluż, b’mod partikolari, proposti għall-identifikazzjoni ta’ sustanzi prijoritarji jew sustanzi perikolużi prijoritarji ġodda jew għall-identifikazzjoni ta’ ċerti sustanzi prijoritarji bħala sustanzi perikolużi prijoritarji u għall-istabbiliment ta’ EQS korrispondenti għall-ilma tal-wiċċ, is-sediment jew il-bijota, kif xieraq.

Artikolu 8a

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti sustanzi

1.  Fil-pjanijiet ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar prodotti f’konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tat-Taqsima 1.4.3 tal-Anness V tagħha rigward il-preżentazzjoni tal-istatus kimiku ġenerali u l-objettivi u l-obbligi stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1), il-punt (k) tal-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 16(6) ta’ dik id-Direttiva, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu mapep addizzjonali li jippreżentaw informazzjoni dwar l-istatus kimiku għal xi wieħed jew aktar mis-sustanzi li ġejjin b’mod separat mill-informazzjoni għall-bqija tas-sustanzi identifikati fil-Parti A tal-Anness I għal din id-Direttiva:

(a) sustanzi bin-numru 5, 21, 28, 30, 35, 37, 43 u 44 (sustanzi li jaġixxu bħal PBTs li jinsabu kullimkien),

(b) sustanzi bin-numru 34 sa 45 (sustanzi identifikati reċentement),

(c) sustanzi bin-numru 2, 5, 15, 20, 22, 23 u 28 (sustanzi li għalihom qegħdin jiġu stabbiliti EQS riveduti aktar stretti).

L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw l-entita ta’ kwalunkwe devjazzjoni mill-valur tal-EQS għas-sustanzi imsemmijin fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel subparagrafu fil-pjani ta’ mmaniġġjar tal-baċini tax-xmajjar. L-Istati Membri li jipprovdu tali mapep addizzjonali għandhom ifittxu li jiżguraw l-inter-komparabbiltà tagħhom fil-livell ta’ baċin ta’ xmara u dak tal-Unjoni.

2.  L-Istati Membri jistgħu jissorveljaw is-sustanzi bin-numri 5, 21, 28, 30, 35, 37, 43 u 44 fil-Parti A tal-Anness I b’mod inqas intensiv minn dak meħtieġ għas-sustanzi prijoritarji f’konformità mal-Artikolu 3(4) ta’ din id-Direttiva u l-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE, dment li l-monitoraġġ ikun rappreżentattiv u tkun disponibbli linja bażi statistikament robusta rigward il-preżenza ta’ dawk is-sustanzi fl-ambjent akkwatiku. Bħala linja gwida, f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(6) ta’ din id-Direttiva, il-monitoraġġ għandu jsir kull tliet snin, dment li l-għarfien tekniku u l-ġudizzju espert ma jiġġustifikawx intervall ieħor.

Artikolu 8b

Lista ta’ sorveljanza

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ sorveljanza ta’ sustanzi li għalihom għandha tinġabar data ta’ monitoraġġ minn madwar l-Unjoni għall-finijiet ta’ appoġġ fil-ġejjieni ta’ eżerċizzji ta’ prijoritizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE, sabiex jikkumplimentaw data minn, fost l-oħrajn, analiżi u reviżjonijiet skont l-Artikolu 5 u programmi ta’ monitoraġġ skont l-Artikolu 8 ta’ dik id-Direttiva.

L-ewwel lista ta’ sorveljanza għandu jkun fiha mhux aktar minn 10 sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi u għandha tindika l-matriċi ta’ monitoraġġ u l-metodu ta’ analiżi possibbli li ma jinvolvix spejjeż eċċessivi, għal kull sustanza. Soġġett għad-disponibbiltà ta’ metodi ta’ analiżi li ma jinvolvux spejjeż eċċessivi, l-għadd massimu ta’ sustanzi jew gruppi ta’ sustanzi li l-Kummissjoni tista’ tinkludi fil-lista għandu jiżdied b’wieħed għal kull aġġornament tal-lista skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, sal-għadd massimu ta’ 14. Is-sustanzi li għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ sorveljanza għandhom jintgħażlu minn fost dawk li għalihom l-informazzjoni disponibbli tindika li jistgħu jikkawżaw riskju sinifikanti fil-livell tal-Unjoni għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu u li għalihom id-data ta’ monitoraġġ mhijiex biżżejjed.

Diclofenak (CAS 15307-79-6), 17-beta-estradiol (E2) (CAS 50-28-2) u 17-alpha-ethinylestradiol (EE2) (CAS 57-63-6) għandhom jiġu inklużi fl-ewwel lista ta’ sorveljanza sabiex tinġabar data ta’ monitoraġġ għall-finijiet li tiffaċilita d-determinazzjoni ta’ miżuri adatti biex jindirizzaw ir-riskju maħluq minn dawk is-sustanzi.

Fl-għażla tas-sustanzi għal-lista ta’ sorveljanza, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-informazzjoni kollha disponibbli inkluż:

(a) ir-riżultati tar-reviżjoni regolari l-aktar reċenti tal-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE previsti fl-Artikolu 16(4) ta’ dik id-Direttiva,

(b) proġetti ta’ riċerka,

(c) rakkomandazzjonijiet mill-partijiet interessati msemmija fl-Artikolu 16(5) tad-Direttiva 2000/60/KE,

(d) il-karatterizzazzjoni ta’ distretti ta’ baċini tax-xmajjar u r-riżultati ta’ programmi ta’ monitoraġġ tal-Istati Membri, skont l-Artikoli 5 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE rispettivament;

(e) dwar il-volumi ta’ produzzjoni, ix-xejriet tal-użu, il-proprjetajiet intrinsiċi (inkluż, fejn rilevanti, id-daqs tal-partiċelli), il-konċentrazzjonijiet fl-ambjent u l-effetti, inkluża informazzjoni miġbura f’konformità mad-Direttivi 98/8/KE, 2001/82/KE ( 25 ) u 2001/83/KE ( 26 ), u mar-Regolamenti (KE) Nru 1907/2006 u (KE) Nru 1107/2009.

2.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ewwel lista ta’ sorveljanza kif imsemmija fil-paragrafu 1 sal-14 ta’ Settembru 2014 u għandha tiġi aġġornata kull 24 xahar minn dakinhar ‘il quddiem. Meta taġġorna l-lista ta’ sorveljanza, il-Kummissjoni għandha tneħħi kwalunkwe sustanza li għaliha tista’ tiġi konkluża valutazzjoni bbażata fuq ir-riskju msemmija fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 2000/60/KE mingħajr data ta’ monitoraġġ addizzjonali. It-tul ta’ żmien ta’ perijodu ta’ monitoraġġ kontinwu ta’ lista ta’ sorveljanza għal kwalunkwe sustanza individwali m’għandux jaqbeż erba’ snin.

3.  L-Istati Membri għandhom jissorveljaw kull sustanza fil-lista ta’ sorveljanza fi stazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi magħżula fuq mill-inqas perijodu ta’ 12-il xahar. Għall-ewwel lista ta’ sorveljanza, il-perijodu ta’ monitoraġġ għandu jibda sal-14 ta’ Settembru 2015 jew fi żmien sitt xhur mill-istabbiliment tal-lista ta’ sorveljanza, liema waħda minnhom tkun l-aktar tard. Għal kull sustanza inkluża fuq il-listi sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jibdew il-monitoraġġ fi żmien sitt xhur mill-inklużjoni tagħha fil-lista.

Kull Stat Membru għandu jagħżel mhux inqas minn stazzjonijiet ta’ monitoraġġ wieħed, iżid stazzjon wieħed jekk ikollu iżjed minn miljun abitant, iżid l-għadd ta’ stazzjonijiet daqs iż-żona ġeografika tiegħu f’ km2 diviża b’60 000 (imqarreb għall-eqreb numru sħiħ), u jżid ukoll l-għadd ta’ stazzjonijiet daqs il-popolazzjoni tiegħu meta diviża b’ħames miljuni(imqarreb għall-eqreb numru sħiħ).

Fl-għażla tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ rappreżentattivi, il-frekwenza ta’ monitoraġġ u l-ħin għal kull sustanza, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw ix-xejriet tal-użu u l-okkorrenza possibbli tas-sustanza. Il-frekwenza ta’ monitoraġġ ma għandhiex tkun inqas minn darba fis-sena.

Fejn Stat Membru jipprovdi data ta’ monitoraġġ suffiċjenti, komparabbli, rappreżentattiva u reċenti għal sustanza partikolari mill-programmi jew studji ta’ monitoraġġ eżistenti, jista’ jiddeċiedi li ma jwettaqx monitoraġġ addizzjonali taħt il-mekkaniżmu tal-lista ta’ sorveljanza għal dik is-sustanza, dment ukoll li s-sustanza tkun ġiet sorveljata bl-użu ta’ metodoloġija li tissodisfa r-rekwiżiti tal-linji gwida tekniċi żviluppati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 8b(5).

4.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 3 lill-Kummissjoni. Għall-ewwel lista ta’ sorveljanza, ir-riżultat tal-monitoraġġ għandu jkun rappurtat fi żmien 15-il xahar mill-14 ta’ Settembru 2015 jew fi żmien 21 xahar mill-istabbiliment tal-lista ta’ sorveljanza, liema taħbat l-iżjed tard, u kull 12-il xahar minn hemm ‘il quddiem sakemm is-sustanza tinżamm fuq il-lista. Għal kull sustanza inkluża f’listi sussegwenti, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw ir-riżultati tal-monitoraġġ lill-Kummissjoni fi żmien 21 xahar mill-inklużjoni tas-sustanza fil-lista ta’ sorveljanza, u kull 12-il xahar minn hemm ‘il quddiem sakemm is-sustanza tinżamm fuq il-lista. Ir-rapport għandu jinkludi informazzjoni dwar ir-rappreżentattività tal-istazzjonijiet ta’ monitoraġġ u l-istrateġija ta’ monitoraġġ.

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu u jaġġornaw il-lista ta’ sorveljanza kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2. Hija tista’ tadotta wkoll formati tekniċi għar-rappurtar lill-Kummissjoni tar-riżultati ta’ monitoraġġ u l-informazzjoni relatata. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 9(2).

Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa linji gwida, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi, bil-ħsieb li tiffaċilita l-monitoraġġ tas-sustanzi fil-lista ta’ sorveljanza u hi mistiedna tippromwovi l-koordinazzjoni ta’ tali monitoraġġ.

Artikolu 8c

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal sustanzi farmaċewtiċi

Skont l-Artikolu 16(9) tad-Direttiva 2000/60/KE, u fejn adatt abbażi tal-eżitu tal-istudju tagħha tal-2013 dwar ir-riskji kkawżati minn prodotti mediċinali fl-ambjent u ta’ studji u rapporti rilevanti oħrajn, il-Kummissjoni għandha, sa fejn possibbli fi żmien sentejn mit-13 ta’ Settembru 2013, u wara l-Komunikazzjoni ppjanata tagħha dwar il-kwistjoni, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa approċċ strateġiku għat-tniġġis tal-ilma minn sustanzi farmaċewtiċi. Dak l-approċċ strateġiku għandu, fejn xieraq, jinkludi proposti li jippermettu, sa fejn meħtieġ, li jittieħed kont b’mod aktar effettiv tal-impatti ambjentali tal-mediċini fil-proċedura tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti mediċinali. Fil-qafas ta’ dak l-approċċ strateġiku il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, sal-14 ta’ Settembru 2017 tipproponi miżuri li għandhom jittieħdu fil-livell tal-Unjoni u/jew tal-Istat Membru, kif xieraq, biex jiġu indirizzati l-impatti possibbli fuq l-ambjent ta’ sustanzi farmaċewtiċi, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 8b(1), bil-għan li jitnaqqsu r-rilaxxi, l-emissjonijiet u t-telf ta’ tali sustanzi fl-ambjent akkwatiku, b’kont meħud tal-ħtiġijiet ta’ saħħa pubblika u l-kost-effettività tal-miżuri proposti.

Artikolu 9

Proċedura ta’ kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2000/60/KE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni ( 27 ).

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Meta l-Kumitat ma jagħti l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz tal-att ta’ implimentazzjoni u għandu japplika t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 9a

Twettiq tad-delega

1.  Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati qiegħda tingħata lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.  Is-setgħa li jiġu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 3(8) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ sitt snin mit-13 ta’ Settembru 2013.Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel ma jintemm il-perijodu ta’ sitt snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3(8) tista’ tkun revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att ddelegat diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(8) għandu jidħol fis-seħħ biss meta ma jkun ġie espress l-ebda obbligu la lill-Parlament Ewropew u lanqas lill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhux se joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

▼B

Artikolu 10

Emendament tad-Direttiva 2000/60/KE

L-Anness X tad-Direttiva 2000/60/KE għandu jiġi sostitwit mit-test li jinsab fl-Anness II ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 11

Emendament tad-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE

1.  L-Anness II tad-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE u 84/491/KEE rispettivament għandu jitħassar.

2.  L-Intestaturi B fit-Taqsimiet I sa XI tal-Anness II tad-Direttiva 86/280/KEE għandhom jitħassru.

Artikolu 12

Tħassir tad-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE

1.  Id-Direttivi 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE u 86/280/KEE għandhom jitħassru b’effett mit-22 ta’ Diċembru 2012.

2.  Qabel it-22 ta’ Diċembru 2012, l-Istati Membri jistgħu jwettqu l-monitoraġġ u r-rappurtar skond l-Artikoli 5, 8 u 15 tad-Direttiva 2000/60/KE minflok ma jwettqu dawn skond id-Direttivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 13

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sat-13 ta’ Lulju 2010.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew tali referenza għandha takkumpanjahom meta jiġu pubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif issir tali referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 15

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.




▼M1

ANNESS I

STANDARDS TA’ KWALITÀ AMBJENTALI GĦAS-SUSTANZI PRIJORITARJI U ĊERTI KONTAMINANTI OĦRAJN

‘PARTI A:   STANDARDS TAL-KWALITÀ AMBJENTALI (EQS)

AA

:

medja annwali (annual average).

MAC

:

konċentrazzjoni massima permissibbli

Unità

:

[μg/l] għall-kolonni (4) sa (7)

[μg/kg piż imxarrab] għall-kolonna (8)



(1)

(2)

(3)

(4)

(5)

(6)

(7)

(8)

Nru

Deskrizzjoni tas-sustanza

Numru CAS (1)

AA-EQS (2)

Ilmijiet tal-wiċċ ‘il ġewwa mill-kosta (3)

AA-EQS (2)

Ilmijiet tal-wiċċ oħra

MAC-EQS (4)

Ilmijiet tal-wiċċ ‘il ġewwa mill-kosta (3)

MAC-EQS (4)

Ilmijiet tal-wiċċ oħra

EQS

Bijota (12)

(1)

Alaklor

15972-60-8

0,3

0,3

0,7

0,7

 

(2)

Antraċina

120-12-7

0,1

0,1

0,1

0,1

 

(3)

Atrażina

1912-24-9

0,6

0,6

2,0

2,0

 

(4)

Benżen

71-43-2

10

8

50

50

 

(5)

Eteri tad-difenil bromurati (5)

32534-81-9

 
 

0,14

0,014

0,0085

(6)

Kadmju u l-komposti tiegħu

(skont il-klassijiet tal-alkalinità tal-ilma) (6)

7440-43-9

≤ 0,08 (Klassi 1)

0,08 (Klassi 2)

0,09 (Klassi 3)

0,15 (Klassi 4)

0,25 (Klassi 5)

0,2

≤ 0,45 (Klassi 1)

0,45 (Klassi 2)

0,6 (Klassi 3)

0,9 (Klassi 4)

1,5 (Klassi 5)

≤ 0,45 (Klassi 1)

0,45 (Klassi 2)

0,6 (Klassi 3)

0,9 (Klassi 4)

1,5 (Klassi 5)

 

(6a)

Tetraklorur tal-karbonju (7)

56-23-5

12

12

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(7)

C1013 Kloroalkani (8)

85535-84-8

0,4

0,4

1,4

1,4

 

(8)

Klorfenvinfos

470-90-6

0,1

0,1

0,3

0,3

 

(9)

Klorpirifos (Klorpirifos-etil)

2921-88-2

0,03

0,03

0,1

0,1

 

(9a)

Pestiċidi miċ-ċiklodien:

Aldrin (7)

Dieldrin (7)

Endrin (7)

Isodrin (7)

309-00-2

60-57-1

72-20-8

465-73-6

Σ = 0,01

Σ = 0,005

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(9b)

Total DDT (7) (9)

mhux applikabbli

0,025

0,025

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

para-para-DDT (7)

50-29-3

0,01

0,01

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(10)

1,2-dikloroetan

107-06-2

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(11)

Diklorometan

75-09-2

20

20

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(12)

Di(2–etileżil)ftalat (DEHP)

117-81-7

1,3

1,3

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(13)

Dijuron

330-54-1

0,2

0,2

1,8

1,8

 

(14)

Endosulfan

115-29-7

0,005

0,0005

0,01

0,004

 

(15)

Fluworanten

206-44-0

0,0063

0,0063

0,12

0,12

30

(16)

Eżaklorobenżen

118-74-1

 
 

0,05

0,05

10

(17)

Eżaklorobutadin

87-68-3

 
 

0,6

0,6

55

(18)

Eżaklorokloeżanan

608-73-1

0,02

0,002

0,04

0,02

 

(19)

Isoproturon

34123-59-6

0,3

0,3

1,0

1,0

 

(20)

Ċomb u l-komposti tiegħu

7439-92-1

1,2 (13)

1,3

14

14

 

(21)

Merkurju u l-komposti tiegħu

7439-97-6

 
 

0,07

0,07

20

(22)

Naftalina

91-20-3

2

2

130

130

 

(23)

Nikil u l-komposti tiegħu

7440-02-0

(13)

8,6

34

34

 

(24)

Nonilfenoli

(4-Nonilfenol)

84852-15-3

0,3

0,3

2,0

2,0

 

(25)

Ottilfenoli

((4-(1,1′,3,3′-tetrametilbutil)-fenol)

140-66-9

0,1

0,01

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(26)

Pentaklorobenżen

608-93-5

0,007

0,0007

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(27)

Pentakloro-fenol

87-86-5

0,4

0,4

1

1

 

(28)

Idrokarburi poliaromatiċi (PAH) (11)

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(Benzo(a)piren)

50-32-8

1,7 × 10–4

1,7 × 10–4

0,27

0,027

5

Benżo(b)fluworanten

205-99-2

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

0,017

0,017

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

Benżo(k)fluworanten

207-08-9

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

0,017

0,017

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

(Benzo(g,h,i)-perilen)

191-24-2

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

8,2 × 10–3

8,2 × 10–4

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

(Indeno(1,2,3-cd)-piren)

193-39-5

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

mhux applikabbli

mhux applikabbli

ara n-nota 11 f’qiegħ il-paġna

(29)

Simażina

122-34-9

1

1

4

4

 

(29a)

Tetrakloroetilen (7)

127-18-4

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(29b)

Trikloroetilen (7)

79-01-6

10

10

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(30)

Komposti tat-tributiltin (Katjoni tat-tributiltin)

36643-28-4

0,0002

0,0002

0,0015

0,0015

 

(31)

Triklorobenżen

12002-48-1

0,4

0,4

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(32)

Triklorometan

67-66-3

2,5

2,5

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(33)

Trifluralin

1582-09-8

0,03

0,03

mhux applikabbli

mhux applikabbli

 

(34)

Dikofol

115-32-2

1,3 × 10–3

3,2 × 10–5

mhux applikabbli (10)

mhux applikabbli (10)

33

(35)

Aċidu sulfoniku tal-perfluworoottan u d-derivattivi tiegħu (PFOS)

1763-23-1

6,5 × 10–4

1,3 × 10–4

36

7,2

9,1

(36)

Kinossifen

124495-18-7

0,15

0,015

2,7

0,54

 

(37)

Diossini u komposti simili tad-diossini

Ara n-nota 10 f’qiegħ il-paġna fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE

 
 

mhux applikabbli

mhux applikabbli

Somma ta’ PCDD + PCDF + PCB-DL

0,0065 μg.kg–1 TEQ (14)

(38)

Aklonifen

74070-46-5

0,12

0,012

0,12

0,012

 

(39)

Bifenoks

42576-02-3

0,012

0,0012

0,04

0,004

 

(40)

Ċibutrina

28159-98-0

0,0025

0,0025

0,016

0,016

 

(41)

Ċipermetrina

52315-07-8

8 × 10–5

8 × 10–6

6 × 10–4

6 × 10–5

 

(42)

Diklorvos

62-73-7

6 × 10–4

6 × 10–5

7 × 10–4

7 × 10–5

 

(43)

Eżabromoċiklododekani(HBCDD)

Ara n-nota 12 f’qiegħ il-paġna fl-Anness X għad-Direttiva 2000/60/KE

0,0016

0,0008

0,5

0,05

167

(44)

Ettaklor u epossidu tal-ettaklor

76-44-8/1024-57-3

2 × 10–7

1 × 10–8

3 × 10–4

3 × 10–5

6,7 × 10–3

(45)

Terbutrin

886-50-0

0,065

0,0065

0,34

0,034

 

(1)   CAS: Chemical Abstracts Service.

(2)   Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala valur medju annwali (AA-EQS). Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, dan japplika għall-konċentrazzjoni totali tal-isomeri kollha.

(3)   L-ilmijiet tal-wiċċ ‘il ġewwa mill-kosta jkopru xmajjar u lagi u mases tal-ilma relatati li jkunu artifiċjali jew modifikati ħafna.

(4)   Dan il-parametru huwa l-EQS espress bħala konċentrazzjoni massima permissibbli (MAC-EQS). Fejn l-MAC-EQS hija mmarkata bħala “mhux applikabbli”, il-valuri AA-EQS jitqiesu bħala protettivi kontra l-intensitajiet ta’ tniġġis fuq perijodu qasir fir-rilaxxi kontinwi minħabba li dawn huma ferm aktar baxxi mill-valuri derivati abbażi tat-tossiċità akuta.

(5)   Għall-grupp ta’ sustanzi prijoritarji kopert mid-difenileteri brominati (Nru 5), l- EQS jirreferi għas-somma tal-konċentrazzjonijiet tan-numri konġeneri 28, 47, 99, 100, 153 u 154.

(6)   Għall-Kadmju u l-komponenti tiegħu (Nru 6) il-valuri EQS ivarjaw skont l-ammont ta’ ġebla fl-ilma kif speċifikat f’ħames kategoriji ta’ klassi (il-Klassi 1: < 40 mg CaCO3/l, Klassi 2: 40 to < 50 mg CaCO3/l, Klassi 3: 50 to < 100 mg CaCO3/l, Klassi 4: 100 to < 200 mg CaCO3/l u Klassi 5: ≥ 200 mg CaCO3/l).

(7)   Din is-sustanza mhijiex sustanza prijoritorja iżda waħda mis-sustanzi li jniġġsu l-oħrajn li għalihom l-EQS huma identiċi għal dawk stabbiliti fil-leġislazzjoni li kienet tapplika qabel it-13 ta’ Jannar 2009.

(8)   Ma huwa pprovdut ebda parametru indikattiv għal dan il-grupp ta’ sustanzi. Il-parametru/i indikattiv(i) għandhom jiġu definiti permezz tal-metodu analitiku.

(9)   It-total ta’ DDT jikkonsisti mis-somma tal-isomeri 1,1,1 -trikloro2.2 bis (p-klorofenil) etan (Numru CAS 50293; numru UE 200-024-3); 1,1,1-trikloro-2 (o-klorofenil)-2-(p-klorofenil) etan (Numru CAS 789-02-6; Numru tal-UE 212-332-5); Numru UE 212-332-5); 1,1-dikloro-2,2 bis (p-klorofenil) etilen (Numru CAS 72-55-9; Numru UE 200-784-6); u 1,1-dikloro2,2 bis (p-klorofenil) etan (Numru CAS 72-54-8; Numru UE 200-783-0).

(10)   Ma hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli biex jiġu stabbiliti l-MAC-EQS għal dawn is-sustanzi.

(11)   Għall-grupp ta’ sustanzi prijoritarji ta’ idrokarburi poliaromatiċi (PAH) (Nru 28), l-EQS tal-bijota u l-AA-EQS korrispondenti fl-ilma jirreferu għall-konċentrazzjoni ta’ benzo(a)piren, fuq liema tossiċità huma bbażati. Il-benzo(a)piren jista’ jitqies bħala markatur għal PAHs oħrajn, għalhekk huwa biss il-benzo(a) piren li jeħtieġ li jiġi ssorveljat għal tqabbil mal-EQS tal-bijota jew l-AA-EQS korrispondenti fl-ilma.

(12)   Dment li ma jkunx indikat mod ieħor, l-EQS tal-bijota jirreferu għall-ħut. Minflok, jistgħu jiġu ssorveljati t-taxon tal-bijota alternattiva, jew xi matriċi oħra, dment li l-EQS applikati jipprovdu livell ekwivalenti ta’ protezzjoni. Għal sustanzi bin-numru 15 (Fluworanten) u 28 (PAHs), l-EQS tal-bijota tirreferi għall-krustaċji u l-molluski. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-istatus kimiku, il-monitoraġġ tal-Fluworanten u l-PAHs fil-ħut mhuwiex adatt. Għas-sustanza bin-numru 37 (Diossini u komposti simili għad-diossini), l-EQS tal-bijota tirreferi għal ħut, krustaċji u molluski, f’konformità mat-taqsima 5.3 tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1259/2011 tat-2 ta’ Diċembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 fir-rigward ta’ livelli massimi għad-diossini, PCBs simili għad-diossini u PCBs mhux simili għad-diossini fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 320, 3.12.2011, p. 18).

(13)   Dawn l-EQS jirreferu għall-konċentrazzjonijiet bijodisponibbli tas-sustanzi.

(14)   PCDD: dibenżo-p-diossini poliklorinati; PCDF: dibenżofurani poliklorinati; PCB-DL: bifenili poliklorinati simili għad-diossini; TEQ: ekwivalenti tossiċi skont il-Fatturi ta’ Ekwivalenza Tossika tal-2005 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

▼B

PARTI B   APPLIKAZZJONI TAL-EQS STABBILITI FIL-PARTI A

1.

Il-kolonni 4 u 5 tat-tabella: Għal kwalunkwe massa ta' ilma tal-wiċċ partikolari, li japplika l-AA-EQS tfisser li, għal kull punt ta' monitoraġġ rappreżentattiv fil-massa tal-ilma, il-medja aritmetika tal-konċentrazzjonijiet imkejla fi żminijiet differenti matul is-sena, ma taqbiżx l-istandard.

Il-kalkolu tal-medja aritmetika, il-metodu analitiku użat u, fejn ma jkunx hemm ebda metodu analitiku adegwat li jissodisfa l-kriterji minimi ta' prestazzjoni, il-metodu tal-applikazzjoni ta' EQS għandhom ikunu f'konformità ma' atti implimentattivi li jadottaw speċifikazzjonijiet tekniċi għall-monitoraġġ kimiku u għall-kwalità tar-riżultati analitiċi, skond id-Direttiva 2000/60/KE.

▼M1

2.

Il-kolonni 6 u 7 tat-tabella: Għal kwalunkwe massa tal-ilma tal-wiċċ partikolari, l-applikazzjoni tal-MAC-EQS tfisser li l-konċentrazzjoni mkejla fi kwalunkwe punt ta’ monitoraġġ rappreżentattiv fil-massa tal-ilma, ma taqbiżx l-istandard.

Madankollu, f’konformità mat-Taqsima 1.3.4 tal-Anness V għad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu metodi ta’ statistika, bħal kalkolu perċentwali, sabiex jiġi żgurat livell aċċettabbli ta’ fiduċja u preċiżjoni għad-determinazzjoni ta’ konformità mal-MAC-EQS. Fejn l-Istati Membri jagħmlu hekk, dawn il-metodi ta’ statistika għandhom ikunu konformi mar-regoli dettaljati stabbiliti f’konformità mal-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Artikolu 9(2) ta’ din id-Direttiva.

3.

L-EQS tal-ilma stabbiliti f’dan l-Anness huma espressi bħala konċentrazzjonijiet totali fil-kampjun kollu tal-ilma.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ tal-kadmju, iċ-ċomb, il-merkurju u n-nikil (minn hawn ‘il quddiem il-“metalli”), l-EQS tal-ilma jirreferi għall-konċentrazzjoni maħlula, jiġifieri l-fażi maħlula ta’ kampjun tal-ilma miksuba b’filtrazzjoni permezz ta’ filter 0,45 μm jew kwalunkwe pretrattament ekwivalenti, jew, fejn ikun indikat speċifikament, għall-konċentrazzjoni bijodisponibbli.

L-Istati Membri jistgħu, fil-valutazzjoni tar-riżultati ta’ monitoraġġ kontra l-EQS rilevanti, jieħdu kont ta’:

(a) konċentrazzjonijiet naturali tal-isfond għal metalli u l-komposti tagħhom fejn tali konċentrazzjonijiet jimpedixxu l-konformità mal-EQS rilevanti,

(b) l-ammont ta’ ġebla fl-ilma, il-valur tal-pH tal-karbun organiku maħlul jew parametri oħra tal-kwalità tal-ilma li jaffettwaw il-bijodisponibbiltà tal-metalli, fejn il-konċentrazzjonijiet bijodisponibbli jiġu determinati bl-użu ta’ mudellar adegwat ta’ bijodisponibbiltà.

▼M1 —————



( 1 ) ĠU C 97, 28.4.2007, p. 3.

( 2 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2007 (ĠU C 102 E, 24.4.2008, p. 90), Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2007 (ĠU C 71 E, 18.3.2008, p. 1) u Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 2008 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2008.

( 3 ) ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1.

( 4 ) ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

( 5 ) ĠU L 331, 15.12.2001, p. 1.

( 6 ) ĠU L 181, 4.7.1986, p. 16.

( 7 ) ĠU L 81, 27.3.1982, p. 29.

( 8 ) ĠU L 291, 24.10.1983, p. 1.

( 9 ) ĠU L 74, 17.3.1984, p. 49.

( 10 ) ĠU L 274, 17.10.1984, p. 11.

( 11 ) ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32.

( 12 ) ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1.

( 13 ) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.

( 14 ) ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.

( 15 ) ĠU L 227, 8.9.1993, p. 9.

( 16 ) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.

( 17 ) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

( 18 ) ĠU C 321, 31.12.2003, p. 1.

( 19 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 20 ) ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36.

( 21 ) ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.

( 22 ) Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

( 23 ) Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

( 24 ) Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

( 25 ) Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).

( 26 ) Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

( 27 ) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

Top