EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02000L0014-20090420

Consolidated text: Id-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewpopew u l-Kunsill tat- 8 ta' Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2000/14/2009-04-20

2000L0014 — MT — 20.04.2009 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA 2000/14/KE TAL-PARLAMENT EWPOPEW U L-KUNSILL

tat-8 ta' Mejju 2000

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra

(ĠU L 162, 3.7.2000, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA 2005/88/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b’rilevanza għaż-ŻEE ta’ l-14 ta’ Diċembru 2005

  L 344

44

27.12.2005

►M2

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009




▼B

ID-DIRETTIVA 2000/14/KE TAL-PARLAMENT EWPOPEW U L-KUNSILL

tat-8 ta' Mejju 2000

dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta' barra



IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 2 ),

Li jaġixxu skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat ( 3 ),

Billi:

(1)

Fi ħdan il-qafas tas-suq intern, bżonnijiet għall-emissjoni ta' ħoss minn tagħmir għall-użu ta' barra għandhom ikunu armonizzati sabiex jipprevjenu ostakoli għall-moviment ħieles ta' tagħmir bħal dan. Jnaqqsu livelli ta' ħoss permisibbli għal tagħmir bħal dan għandu jħares is-saħħa u kumditá ta' ċittadini kif ukoll biex iħarsu l-ambjent Il-pubbliku għandu jkun provdut ukoll b'informazzjoni dwar l-emissjoni ta' ħoss minn tagħmir bħal dan.

(2)

Leġislazzjoni tal-Komunitá dwar emissjoni ta' ħoss minn tagħmir għal użu ta' barra sa llum kienu d-disa' direttivi li ġejjin li jkopru xi tipi ta' makkinarju ta' kostruzzjoni u magni li jaqtgħu l-ħaxix: Direttiva tal Kunsill 79/113/KEE tal-1978 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward id-determinazzjoni ta' l-emissjoni ta' ħoss ta' impjant ta' kostruzzjoni u tagħmir ( 4 ), Direttiva tal-Kunsill 84/533/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar disposizzjonijiet komuni għall-impjant ta' kostruzzjoni u tagħmir ( 5 ), Direttiva tal-Kunsill 84/534/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli ta' kompressuri ( 6 ), Direttiva tal-Kunsill 84/534/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet dwar il-livell ta' qawwa ta' ħoss ta' krejnijiet għoljin ( 7 ), Direttiva tal-Kunsill 84/535/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli ta' ġeneraturi ta' weldjar ( 8 ), Direttiva tal-Kunsill 84/536/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli ta' ġeneratur ta' qawwa ( 9 ), Direttiva tal-Kunsill 84/537/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri rigward livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli ta' makkinarju ta' l-idejn li jkisser u jaqbad il-konkrit li jaħdem bil-qawwa ( 10 ), Direttiva tal-Kunsill 84/538/KEE tas-17 ta' Settembru 1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar il-livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli ta' magni li jaqtgħu l-ħaxix ( 11 ), u Direttiva tal-Kunsill 86/662/KEE tat-22 ta' Diċembru 1986 tal-limiti ta' ħoss emess minn skavaturi idrawliċi, skavaturi li jaħdmu bil-ħabel, dozers, magni ta' tagħbija u tagħbija ta' skavaturi ( 12 ), hawnhekk imsemmija bħala “Direttivi eżistenti”; dawn id-Direttivi jniżżlu l-bżonnijiet skond il-livelli ta' ħoss pemissibbli, kodiċi ta' testijiet ta' ħoss, proċeduri ta' stima ta' mmarkar u konformi ma' kull tip ta' tagħmir separatament Simplifikazzjoni ta' din il-leġislazzjoni u l-ħolqien ta' qafas għat-tnaqqis ta' emissjoni ta' ħoss b'tagħmir għal użu ta' barra hija xierqa.

(3)

Din id-Direttiva hija bbażata fuq prinċipji u kunċetti magħmula fir-Resoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 1985 dwar approċċ ġdid għal armonizzazzjoni u standards tekniċi ( 13 ). Il-prinċipji msemmija aktar ‘il fuq kienu żviluppati aktar fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE tat-22 ta' Lulju 1993 dwar il-moduli għal fażijiet varji tal-proċedura ta' stima ta' konformitá u r-regoli għat-twaħħil u l-użu ta' mmarkar ta' konformitá CE li hija maħsuba biex tkun użata fid-direttivi tekniċi armonizzati ( 14 )

(4)

Il-Ħames Programm ta' Azzjoni Ambjentali mehmuż mar-resoluzzjoni ta' l-1 ta' Frar 1993 ( 15 ) jidentifika ħoss bħala wieħed mill-aktar problemi pressanti ambjentali b'żoni urbani u l-bżonn li tittieħed azzjoni skond is-sorsi varji ta' ħoss.

(5)

Fil-Green Paper tagħha “Politika Futura dwar il-Ħoss”, il-Kummissjoni ndirizzat il-ħoss fl-ambjent bħala waħda mill-problemi prinċipali lokali ta' l-ambjent fl-Ewropa, u ħabbret l-intenzjonijiet tagħha li tipproponi direttiva ta' qafas biex tikkontrolla emissjoni ta' ħoss minn tagħmir għall-użu ta' barra.

(6)

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li tagħmir kopert minn din id-Direttiva taqbel mal-bżonnijiet tagħhom meta mqiegħda fis-suq jew użati f'servizz fl-Istati Membri. Bżonnijiet li jiproteġu ħaddiema billi jirregolaw l-użu ta' tagħmir ta' barra mhumiex effettwati minn din id-Direttiva.

(7)

L-Istati Membri m'għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew l-użu f'servizz fit-territorju tagħhom tagħmir li jaqbel mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva, ikollu l-marka CE u l-indikazzjoni tal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss u li jkollu miegħu dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE.

(8)

Il-produttur jew rappreżentat awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunitá għandu jkun responsabbli li jassigura li t-tagħmir huwa konformi mad-disposizzjoniiiet ta' din id-Direttiva u ta' kwalunkwe direttivi li japplikaw għalih. Il-produttur jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu stabbilit fil-Komunitá għandu jwaħħal il-marka CE u l-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit mat-tagħmir u jassigura li t-tagħmir ikollu miegħu dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE sabiex hekk jiċċertifika li t-tagħmir huwa konformi mad-disposizzjoni ta' din id-Direttiva u kwalunkwe direttivi oħra pertinenti.

(9)

L-Istati Membri, jekk neċessarju f'koperazzjoni ma' l-Istati Membri l-oħra, għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jassiguraw li tagħmir li ma jħarisx għandu jibda jħares fil-futur jew ikun irtirat mis-suq. Implimentazzjoni u applikazzjoni ta' ħoss ta' din id-Direttiva hija indispensabbli biex tilħaq l-objettivi ta' din id-Direttiva. Koperazzjoni aktar mill-viċin fis-sorveljanza ta' suq b'mezzi ta' skambju ta' informazzjoni kontinwa hija neċessarja. Għalhekk għandu jkun stabbilit Kumitat.

(10)

Immarkar ta' tagħmir għall-użu ta' barra mal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss huwa essenzali sabiex iħallu konsumaturi u utenti jagħmlu għażla informata ta' tagħmir u bħala bażi għal regolament dwar użu jew strumenti ekonomiċi biex ikunu addottati f'livell lokali jew internazzjonali. Dan l-immarkar għandu jkun ċar u mhux ambigwu. Il-valuri indikati għandhom ikunu garantiti mill-produttur. Huwa xieraq li l-indikazzjoni ta' l-emissjoni ta' ħoss fil-forma tal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss għandu jkollha l-marka CE. Proċedura unita u fissa għal stima ta' valuri ta' emissjoni ta' ħoss hija kondizzjoni indispensabbli għall-immarkar ta' min jorbot fuqu.

(11)

Direttivi eżistenti dwar kompressuri, krejnijiet għoljin, ġeneraturi ta' weldjar u qawwa u tagħmir li jkisser u jaqbad il-konkrit jirrikjedu l-Kummissjoni li tissottometti proposti biex tnaqqas l-livelli ta' ħoss permissibbli. Teknoloġija ta' tnaqqis ta' ħoss għal xi tagħmir ieħor għall-użu ta' barra (eż. magni li jqassmu skond il-kobor, magni li jrossu skart flimkien ta' tip ta' loader, dumpers, combustion-engine driven counterbalanced lift trucks, krejnijiet mobbli, għarbiel tal-bennejja, winches ta' kostruzzjoni, magni ta' trassis, paver-finishers and hydaulic power packs) huma disponibbli imma mhux użati ġeneralment. Stħarriġ juri li l-valuri ta' emissjoni ta' ħoss ta' tagħmir għal użu ta' barra ta' l-istess qawwa fis-suq bħalissa jista' jvarja b'aktar minn 10 dB. Huwa xieraq li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' ħoss b'tagħmir suġġett għal limiti ta' ħoss jitniżżlu għall-livell ta' performers aħjar fis-suq illum f'żewġ stadji, sabiex iħallu produtturi li diġa ma jaqblux mal-bżonnijiet suffiċenti biex jaddattaw it-tagħmir tagħhom għal aktar valuri ta' limiti bżonnjużi.

(12)

Proċeduri ta' stima ta' konformitá differenti jistgħu jkunu kkonsidrati xierqa għal kategoriji differenti ta' tagħmir. Deċiżjoni 93/465/KEE toffri moduli differenti għall-użu fi proċeduri ta' stima ta' konformitá. Għal tagħmir suġġett għal livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli, proċedura li tikkonsisti f'involviment ta' korp notifikat biex jikkontrolla l-konformitá mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva fid-disinn u l-fażi ta' produzzjoni hija kkunsidrata li tkun xierqa. Ċertifikazzjoni proprja hija meqjusa xierqa għal tagħmir suġġett għal markar ta' ħoss biss. Il-Kontroll huwa indispensabbli.

(13)

L-istandards tekniċi u amministrattivi ta' korpi notifikati tul il-Komunitá għandhom ikunu l-istess. Dawn jistgħu jintlaħqu billi jistabilixxu kriterji minimi li għandhom jilħqu.

(14)

Il-kollezzjoni ta' data ta' ħoss hija kkunsidrata li tkun indispensabbli bħala bażi għal għażla ta' konsumatur informat u għall-Istati Membri u l-Kummissjoni stima oħra ta' żvilupp teknoliġiku ġdid u l-bżonn għal azzjoni ta' leġislazzjoni oħra. Din l-informazzjoni ta' ħoss tista' tinġabar billi sempliċiment tintbagħat kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE lill-Istat Membru u l-Kummissjoni.

(15)

Sabiex ikunu protetti ċ-ċittadini kontra esposizzjoni ta' ħoss għoli mhux raġonevoli, l-Istati Membri għanhom ikunu jistgħu jirrestrinġu, skond id-disposizzjonijiet tat-Trattat, l-użu ta' tagħmir fl-ambjent.

(16)

Id-disposizzjonijiet tekniċi rigward il-metodi ta' kejl għandhom ikunu supplimentati u addottati bħala neċessarji għal progress tekniku u l-progress f'standardiżar Ewropew. Il-miżuri neċessarji għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun addottata skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li jniżżel il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' implimentazzjoni ta' qawwa mogħtija fil-Kummissjoni ( 16 ).

(17)

Huwa mportanti li jkollhom limiti ta' emissjoni ta' ħoss aktar baxx għal magni li jaqtgħu l-ħaxix/lawn trimmers/lawn edge trimmers li baqgħu ma nbiddlux mill-adozzjoni ta' Direttiva 84/538/KEE. Biex tingħata gwida lill-industrija, ċifri indikattivi għal limiti aktar baxxi għandhom ikunu ntrodotti għal stadju II. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar jekk u sa' liema grad progress tekniku jħalli tnaqqis ta' valuri ta' limiti għal magni li jaqtgħu l-ħaxix u lawn trimmers/lawn edge trimmers, u, jekk xieraq, jissottomettu proposta biex jemendaw din id-Direttiva.

(18)

Din id-Direttiva tbiddel id-direttivi eżistenti; id-direttivi eżistenti għandhom jitħassru meta l-bżonnijiet ta' din id-Direttiva tiġi fis-seħħ. Perjodi transizzjonali huma neċessarji biex jilħqu transizzjoni lixxa mid-direttivi eżistenti għal din id-Direttiva,

ADDOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Objettivi

L-għan ta' din id-Direttiva hija li tarmonizza l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar l-istandards ta' l-emissjoni ta' ħoss, proċeduri ta' stima ta' konformitá, immarkar, dokumentazzjoni u kollezzjoni teknika ta' informazzjoni dwar l-emissjoni ta' ħoss fl-ambjent ta' tagħmir għall-użu ta' barra. Tikkontribwixxi għal funzjonament bla xkiel tas-suq intern, sadanittant tipproteġi saħħa u l-kumditá tal-bniedem.

Artikolu 2

Skop

1.  Din id-Direttiva tapplika għal tagħmir għall-użu ta' barra mniżżel fl-Artikoli 12 u 13 u definiti fl-Anness I. Din id-Direttiva tkopri biss tagħmir imqiegħed fis-suq jew provduti f'servizz bħala klassifikazzjoni sħiħa addattata għall-użu maħsub. Twaħħil mhux bil-qawwa li huma separatament mqiegħda fis-suq jew provduti f'servizzi għandhom ikunu esklużi, minbarra għal tkissir jew ġbir ta' konkrit bl-idejn u għal mrietel idrawliċi.

2.  Dawn li ġejjin għandhom jkunu esklużi mill-għan ta' din id-Direttiva:

 it-tagħmir kollu maħsub għat-trasport ta' oġġetti jew persuni mit-triq jew b'ferrovija jew bl-ajru jew b'passaġġi ta' l-ilma,

 taħgmir iddisinjat u mibni speċjalment għal għanijiet militari u tal-pulizija u għal servizzi ta' emerġenza.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-għan ta' din id-Direttiva d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) “tagħmir għall-użu ta' barra” tfisser il-makkinarju kollu definit fl-Artikolu 1(2) ta' Direttiva 98/37/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li jirrelataw ma' makkinarju ( 17 ) jew li jaħdmu weħidhom jew li jistgħu ikunu mċaqalqa, irrispettivament ta' l-element(i) tas-sewqan, huma maħsuba li jkunu wżati, skond it-tip tagħhom, fil-miftuħ u li jikkontribwixxu għal esposizzjoni ambjentali ta' ħoss. L-użu ta' tagħmir fi klima fejn it-trasmissjoni ta' ħoss mhijiex jew mhijiex sinifikatament effettwata (per eżempju taħt tined, taħt bjut għal protezzjoni kontra xita jew fil-qoxra ta' djar) jitqies bħala użu fil-miftuħ. Tfisser ukoll tagħmir mhux bil-qawwa għal applikazzjonijiet industrijali jew ambjentali maħsuba, skond it-tip tagħhom, biex jintużaw barra u li jikkontribwixxu għal esposizzjoni ambjentali ta' ħoss. Dawn it-tipi kollha ta' tagħmir huma minn issa ‘l quddiem imsejjħa “tagħmir”;

(b) “proċeduri ta' stima ta' konformitá” tfisser il-proċeduri mniżżla fl-Annessi V sa VIII, bbażata fuq Deċiżjoni 93/465/KEE;

(ċ) “immarkar” tfisser il-twaħħil viżibbli, leġġibbli u li ma jistax jitħassar fuq it-tagħmir tal-markar CE definit f'Deċiżjoni 93/465/KEE li jkollu miegħu indikazzjoni tal-livell ta' garanzija ta' qawwa ta' ħoss;

(d) “livell ta' qawwa ta' ħoss LWA” tfisser il-qawwa ta' ħoss A - imkejjel f'dB f'relazzjoni ma' 1 pW kif imsejjaħ f'EN OSI 3744:1995 u EN OSI 3746:1995;

(e) “livell ta' qawwa ta' ħoss imkejjel” tfisser livell ta' qawwa ta' ħoss kif determinat mit-tkejjil kif imniżżla fl-Anness II; valuri mkejjla jistgħu jkunu determinat jew minn rappreżentanti ta' magna singola mit-tip ta' tagħmir jew mill-medja ta' numru ta' magni;

(f) “livell ta' qawwa ta' ħoss garantit” tfisser livell ta' ħoss ta' qawwa determinat skond il-bżonnijiet imniżżla fl-Anness III li tinkludi l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u proċeduri ta' tkejjil u fejn il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jikkonferma li skond l-istrumenti applikati u li jissemmew fid-dokumentazzjoni teknika dan ma jinqabiżx.

Artikolu 4

Tqegħid fis-suq

1.  Tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) m'għandhomx jitqiegħdu fis-suq jew provduti f'servizz sakemm il-produttur, jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jassigura li:

 it-tagħmir jissodisfa l-bżonnijiet li jikkonċernaw l-emissjoni ta' ħoss fl-ambjent ta' din id-Direttiva,

 tlestew il-proċeduri ta' stima ta' konformitá msemmija fl-Artikolu 14,

 it-tagħmir ikollu mmarkar CE u l-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit u jkollu miegħu dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE.

2.  Billi la l-produttur u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu huwa mwaqqaf fil-Komunitá, l-obbligi ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għal kwalunkwe persuna li tqiegħed it-tagħmir fis-suq jew tipprovdihom f'servizz fil-Komunitá.

Artikolu 5

Sorveljanza tas-suq

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jassiguraw li t-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) jista' jitqiegħed fis-suq jew jkun provdut f'servizz biss jekk jikkonforma mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, ikollu l-marka CE u l-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit u jkollu miegħu dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE.

2.  L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri għandhom jassistu lill-xulxin fit-twettiq ta' l-obbligi tagħhom biex jagħmlu sorveljanza tas-suq.

Artikolu 6

Moviment ħieles

1.  L-Istati Membri m' għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew jimpedixxu t-tqegħid fis-suq jew provediment f'servizz fit-territorju tagħhom ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) li jaqbel mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li jkollu marka CE u l-indikazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss garantit u jkollu miegħu dikjarazzjoni ta' konformitá KE.

2.  F'fieri kummerċjali, esibizzjonijiet, dimostrazzjonijiet, u każi simili, l-Istati Membru, m' għandhomx jipprevjenu li jintwera tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) li ma jikkonformax mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, ipprovdut li sinjal ċar viżibbli jindika li tagħmir bħal dan ma jikkonformax u li mhuwiex imqiegħed fis-suq jew provdut f'servizz sakemm jinġieb f'konformitá mill-produttur jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá. Matul dimostrazzjonijiet adegwati għandhom jittieħdu miżuri ta' sigurtá biex jassiguraw il-protezzjoni ta' persuni.

Artikolu 7

Presunzjoni ta' konformitá

L-Istati Membri għandhom iqisu li tagħmir imsemmija fl-Artikolu 2(1) li jkollu l-marka CE u l-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit u li jkollu miegħu d-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE li tikkonforma mad-disposizzjonijiet kollha ta' din id-Direttiva.

Artikolu 8

Dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE

1.  Il-produttur, jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) għandu, sabiex jiċċertifika li oġġett ta' tagħmir huwa f'konformitá mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, jfasslu dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE għal kull tip ta' tagħmir prodott; il-kontenut minimu ta' din id-dikjarazzjoni ta' konformitá hu mniżżel fl-Anness II.

2.  Stat Membru jista' jeħtieġ li d-dikjarazzjoni ta' konformitá tkun imfassla jew mibdula fil-lingwa jew lingwi uffiċjali ta' Komunitá, determinati mill-Istat Membru meta tagħmir huwa mqiegħed fis-suq jew provdut f'servizz fit-territorju tiegħu.

3.  Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) għandu jżomm kampjun tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE għal 10 snin mid-data meta t-tagħmir kien prodott l-aħħar, flimkien mad-dokumentazzjoni teknika kif provduta minn Anness V punt 3, Anness VI punt 3, Anness VII punt 2, Anness VIII punt 3.1 u 3.3.

Artikolu 9

Nuqqas ta' konformitá ta' tagħmir

1.  Fejn Stat Membru jaċċerta li tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) li huwa mqiegħed fis-suq jew provdut f'servizz ma jaqbilx mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva, għandu jieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex il-produttur jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá għandu jġib it-tagħmir tiegħu f'konformitá mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

2.  Fejn

(a) il-valuri limiti msemmija fl-Artikolu 12 jinqabżu; jew

(b) nuqqas ta' konformità mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkomplu minkejja miżuri meħuda taħt paragrafu 1;

l-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jirrestrinġi jew jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq jew provediment f'servizz tat-tagħmir fi kwistjoni jew biex jassiguraw li huwa rtirat mis-suq. L-Istat Membru għandu immedjatament javża l-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra ta' miżuri bħal dawn.

3.  Il-Kummissjoni għandha tidħol f'konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati malajr kemm jista' jkun. Fejn, wara konsultazzjoni bħal din, il-Kummissjoni ssib li:

 il-miżuri huma ġġustifikati, għandha immedjatament tavża l-Istat Membru li ħa l-inizjattiva u l-Istati Membri l-oħra,

 il-miżuri mhumiex iġġustifikati, għandhom immedjatament javżaw b'dan l-Istat Membru li ħa l-inizjattiva, l-Istati Membri l-oħra u l-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá.

4.  Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-Istati Membri jinżammu nformati bil-progress u dak li ħareġ minn din il-proċedura.

Artikolu 10

Rimedji legali

Kwalunkwe miżura meħuda minn Stat Membru skond din id-Direttiva li tirrestrinġi t-tqegħid fis-suq jew provediment f'servizz ta' tagħmir kopert minn din id-Direttiva għandha tistabilixxi r-raġuni eżatta fuq x'hiex hija bbażata Miżura bħal din meħuda għandha tkun notifikata malajr kemm jista' jkun lill-parti kkonċernata, li għandha f'dak l-istess ħin tkun informata bir-rimedji legali disponibbli għaliha taħt il-liġijiet fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat u tal-limiti ta' ħin għal liema rimedji bħal dawn huma suġġetti.

Artikolu 11

Immarkar

1.  Tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) mqegħda fis-suq jew provduti f'servizz li jaqbel mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandu jkollhom marka ta' konformitá CE. Il-marka għandha tikkonsisti fl-inizjali “CE”. Il-forma tal-marka li għandha tintuża hi kif murija fl-Anness IV.

2.  Il-marka CE għandha tkun akkumpanjata mill-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit. Mudell ta' din l-indikazzjoni hu mogħti fl-Anness IV.

3.  Il-marka ta' konformitá KE u l-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit għand tkun imwaħħla f'forma viżibbli, leġġibbli u li ma titħassarx ma' kull oġġett ta' tagħmir.

4.  It-twaħħil ta' immarkar jew kitba fuq it-tagħmir li jistgħu jqarrqu dwar it-tifsira jew il-marka CE għall-indikazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit għandhom ikunu projbiti. Kwalunkwe mmarkar ieħor jista' jitwaħħal mat-tagħmir, jekk il-viżibilitá u l-leġġibbilitá tal-marka CE u l-indikazzjoni tal-livell ta' garanzija ta' qawwa ta' ħoss mhumiex b'hekk imnaqqsa.

5.  Fejn it-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) huwa suġġett għal direttivi oħra li jikkonċernaw aspetti oħra u li jipprovdu wkoll għat-twaħħil tal-marka CE, l-immarkar għandu jindika li tagħmir bħal dan iwettaq ukoll id-disposizzjonijiet ta' dawk id-direttivi. Madankollu, jekk waħda jew aktar minn dawn id-diretttivi jħallu l-produttur, matul il-perjodu transizzjonali biex jagħżel liema arranġamenti biex japplika, il-marka CE għandha tindika li t-tagħmir iwettaq biss id-disposizzjonijiet tad-direttivi applikati mill-produttur. F'dan il-każ il-partikolarijet ta' dawk id-direttivi, kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom jingħataw fid-dokumenti, avviżi u struzzjonijiet meħtieġa minn dawk id-direttivi u jakkumpanjaw tagħmir bħal dan.

Artikolu 12

Tagħmir suġġett għal limiti ta' ħoss

Il-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit ta' tagħmir elenkat isfel m'għandux jaqbeż il-livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli kif imniżżel fit-tabelli ta' valuri limitati li ġejjin:

 taljoli ta' bennejja għat-trasport ta' oġġetti (li jaħdmu b'magna ta' kombustjoni)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 3. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 3

 magni ta' rbit flimkien (rombli li jivvibraw jew li ma jivvibrawx biss, pjanċi ta' vibraturi u, madaffi li jivibraw)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 8. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 8

 kompressuri (< 350 kW)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 9. Kejl: Anneess III, Parti B, oġġett 9

 tkissir u ġbir ta' konkri, ta' l-idejn

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 10. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 10

 taljoli ta' kostruzzjoni (jaħdmu b'magni ta' kombustjoni)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 12. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 12

 dożaturi (< 500 kW)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 16. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 16

 dumpers (< 500 kW)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 18. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 18

 skavaturi, idrawliċi jew li jaħdmu bil-ħabel (< 500 kW)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 20. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 20

 makkinarju ta' tagħbija ta' skavaturi (< 500 kW)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 21. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 21

 gradaturi (< 500 kW)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 23. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 23

 pakketti ta' qawwa idrawlika

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 29. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 29

 kompatturi ta' miżbla, tip ta' ħatt bil-barmil (< 500 kW)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 31. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 31

 magni li jaqtgħu l-ħaxix (li ma jinkludux tagħmir ta' l-agrikoltura jew tal-foresti, u strumenti għal ħafna għanijet, il-komponent prinċipali motorizzat li għandu installata qawwa ta' aktar minn 20 kW)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 32. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 32

 trimjaturi tal-ħaxix/trimjaturi ta' truf tal-ħaxix

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 33. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 33

 trakkijiet ta' rfigħ, li jaħdmu b'magna ta' kombustjoni, kontrabilanċjati (li ma jinkludux “trakkijiet ta' rfigħ oħra kontrabilanċjati”) kif definiti fl-Anness I, oġġett 36, tieni inċiż b' kapaċitá ta' rata ta' mhux aktar minn 10 tunnellati metriċi

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 36. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 36

 makkinarju ta' tagħbija (< 500 kW)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 37. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 37

 krejnijiet li jistgħu jinġarru

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 38. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 38

 mgħażaq bil-mutur (< 3 kW)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 40. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 40

 finalizzaturi ta' toroq (li ma jinkluduxu finalizzaturi ta' toroq mgħammra b'biċċa ta' rbit flimkien għolja)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 41. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 41

 ġeneraturi ta' qawwa (< 400 kW)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 45. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 45

 krejnijiet għolja

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 53. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 53

 ġeneraturi ta' weldjar

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 57. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 57

▼M1



Tip ta’ tagħmir

Qawwa netta installata P (f’kW)

Qawwa elettrika Pel f’kW (1)

Massa tat-tagħmir m f’kg

Wisgħa tal-qtugħ L f’ċm

Livell permissibbli tal-qawwa tal-ħoss f’dB/1 pW

 
 

Stadju I mit-3 ta’ Jannar 2002

Stadju II mit-3 ta’ Jannar 2006

Magni għall-ikkompattar (rombli vibranti, pjanċi vibratorji, rammers vibratorji)

P ≤ 8

108

105 (2)

8 < P ≤ 70

109

106 (2)

P > 70

89 + 11 lg P

86 + 11 lg P (2)

Dożers fuq iċ-ċinturini, tagħmir għat-tagħbija fuq iċ-ċinturini, Tagħmir għat-tagħbija u għat-tħaffir fuq iċ-ċinturini

P ≤ 55

106

103 (2)

P > 55

87 + 11 lg P

84 + 11 lg P (2)

Dożers bir-roti, apparat għat-tagħbija bir-roti, apparat għat-tagħbija u għat-tħaffir bir-roti, dumpers, graders, loader-type landfill compactors, trakkijiet bil-lift kontrobilanċjati li jaħdmu bil-magna tal-kombustjoni, krejnijiet mobbli, magni għall-ikkompattar (rombli mhux vibranti), paver-finishers, hydraulic power packs

P ≤ 55

104

101 (2) (3)

P > 55

85 + 11 lg P

82 + 11 lg P (2) (3)

Apparat għat-tħaffir, paranki tal-bennejja għat-trasport ta’ oġġetti, vinċijiet għall-bini, mgħażqat bil-mutur

P ≤ 15

96

93

P > 15

83 + 11 lg P

80 + 11 lg P

Breakers tal-konkrit u fisien ta’ l-idejn

m ≤ 15

107

105

15 < m < 30

94 + 11 lg m

92 + 11 lg m (2)

m ≥ 30

96 + 11 lg m

94 + 11 lg m

Krejnijiet bit-torri

 

98 + lg P

96 + lg P

Ġeneraturi għall-welding u għall-kurrent

Pel ≤ 2

97 + lg Pel

95 + lg Pel

2 < Pel ≤ 10

98 + lg Pel

96 + lg Pel

10 > Pel

97 + lg Pel

95 + lg Pel

Kumpressuri

P ≤ 15

99

97

P > 15

97 + 2 lg P

95 + 2 lg P

Tagħmir li jaqta’ l-ħaxix, tagħmir li jittrimmja l-ħaxix/tagħmir li jittrimmja l-borduri tal-ħaxix

L ≤ 50

96

94 (2)

50 < L ≤ 70

100

98

70 < L ≤ 120

100

98 (2)

L > 120

105

103 (2)

(1)   Pel għal Ġeneraturi tal-Welding: Il-kurrent konvenzjonali tal-welding immultiplikat bil-vultaġġ ta’ tagħbija konvenzjonali għall-inqas valur tad-duty factor mogħti mill-manifattur.

(2)   Il-figuri għall-istadju II huma indikattivi biss għat-tipi ta’ tagħmir li ġejjin:

— rombli vibranti operati bil-mixi;

— pjanċi vibratorji (> 3kW);

— rammers vibratorji;

— Dożers (li jimxu fuq ċinturini ta’ l-azzar);

— tagħmir għat-tagħbija (li jimxi fuq ċinturini ta’ l-azzar > 55kW);

— trakkijiet bil-lift kontrobilanċjati li jaħdmu bil-magna tal-kombustjoni;

— Compacting screed paver-finishers;

— breakers tal-konkrit u fisien ta’ l-idejn li jaħdmu bil-magna tal-kombustjoni interna (15 < m < 30);

— Tagħmir li jaqta’ l-ħaxix, u tagħmir li jittrimmja l-ħaxix/tagħmir li jittrimmja l-borduri tal-ħaxix.

(3)   Għal krejnijiet b’magna waħda, il-figuri ta’ l-istadju I għandhom ikomplu japplikaw sat-3 ta’ Jannar 2008. Wara dik id-data, għandhom japplikaw il-figuri ta’ l-Istadju II.

Il-livell permissibbli ta’ qawwa tal-ħoss għandha titqarreb ’il fuq jew l-isfel għall-eqreb integru (inqas minn 0,5, uża n-numru ta’ qabel; ikbar minn, jew daqs 0,5, uża n-numru ta’ wara).

▼B

Artikolu 13

Tagħmir suġġett għal immarkar ta' ħoss biss

Il-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit ta' tagħmir elenkat hawn taħt għandu jkun suġġett għal immarkar ta' ħoss biss:

 pjattaformi ta' aċċess ta' l-arja b'magna ta' kombustjoni

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 1. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 1

 qtugħ ta' brush

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 2. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 2

 taljoli ta' bennejja għat-trasport t'oġġetti (b'mutur ta' l-elettriku)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 3. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 3

 magni ta' serrar ta' faxxa ta' lok ta' bini

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 4. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 4

 bankijiet ta' serrar ċirkolari ta' lok ta' bini

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 5. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 5

 serrar b'katina, li jinġarru

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 6. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 6

 vetturi ta' flushers u ta' ġbid bi pressjoni għolja kkombinata

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 7. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 7

 magni li jorbtu flimkien (maddafa li jisplodu biss)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 8. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 8

 taħlit ta' konkrit jew ġir tat-tikħil

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 11. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 11

 winċijiet ta' kostruzzjoni b'mutur ta' l-elettriku)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 12. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 12

 magni għat-twassil u sprejjar għal konkrit u ġir ta' tikħil

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 13. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 13

 ċintorini ta' ġarr

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 14. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 14

 tagħmir ta' tkessiħ f'vetturi

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 15. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 15

 riggijiet ta' tħaffir

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 17. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 17

 tagħmir għal tagħbija u ħatt ta' silos jew tankijiet fuq trakkijiet

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 19. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 19

 kontenituri ta' riċiklar ta' ħġieġ

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 22. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 22

 trimjaturi tal-ħaxix/trimjaturi tat-tarf tal-ħaxix

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 24. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 24

 trimjaturi tal-ħajt ta' l-għalqa

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 25. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 25

  flushers bi pressjoni għolja

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 26. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 26

 magni ta' ġettijiet ta' l-ilma bi pressjoni għolja

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 27. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 27

 martelli idrawliċi

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 28. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 28

 qtugħ ta' ġonot

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 30. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 30

 neffieħa tal-werqa

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 34. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 34

 kolletturi tal-weraq

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 35. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 35

 trakkijiet ta' rfigħ, li jaħdmu b'magna ta' kombustjoni, kontrabilanċjati (li ma jinkludux trakkijiet ta' rfigħ oħra kontrabilanċjati) kif definiti fl-Anness I, oġġett 36, tieni inċiż b'kapaċitá ta' rata ta mhux aktar minn 10 tunnellati metriċi

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 36. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 36

 kontenituri ta' skart mobbli

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 39. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 39

 finalizzaturi ta' toroq (mgħammra bi biċċa ta' kompressjoni għoli)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 41. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 41

 tagħmir ta' rfigħ fuq xulxin

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 42. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 42

 tqegħid ta' pajp

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 43. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 43

 piste caterpillars

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 44. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 44

 ġeneraturi ta' qawwa (= 400 kW)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 45. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 45

 xkupi ta' qawwa

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 46. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 46

 vetturi ta' kollezzjoni ta' skart

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 47. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 47

 magni ta' tħin ta' toroq

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 48. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 48

 scarifiers

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 49. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 49

 shredders/chippers

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 50. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 50

 magni li jneħħu l-borra b'għodda li ddur (taħdem b'mutur proprju, li ma jinkludux twaħħil)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 51. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 51

 vetturi ta' ġbid

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 52. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 52

 trenchers

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 54. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 54

 trakkijiet ta' taħlit

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 55. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 55

 unitajiet ta' pompa ta' l-ilma (mhux għall-użu ta' taħt l-ilma)

 

Definizzjoni:

Anness I, oġġett 56. Kejl: Anness III, Parti B, oġġett 56

Artikolu 14

Stima ta' konformitá

1.  Qabel iqiegħed fis-suq jew jipprovdi f'servizz kwalunkwe tagħmir imsemmi fl-Artikolu 12 il-produttur, jew il-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jissuġġetta għal kul tip ta' tagħmir għal dak tal-proċeduri ta' stima ta' konformitá li ġejjin:

 il-kontroll intern ta' produzzjoni bi stima ta' dokumentazzjoni teknika u proċedura ta' kontroll perjodiku msemmi fl-Anness VI, jew

 l-unitá ta' proċedura ta' verifika msemmija fl-Anness VII, jew

 il-proċedura ta' assigurazzjoni ta' kwalitá sħiħa msemmija fl-Anness VIII.

2.  Qabel iqiegħed fis-suq jew jipprovdi f'servizz kwalunkwe tagħmir imsemmi fl-Artikolu 13 il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jissuġġetta għal kul tip ta' tagħmir għal kontroll intern ta' proċedura ta' produzzjoni msemmija fl-Anness V:

3.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-Kummissjoni u kull Stat Membru ieħor jistgħu, fuq talba raġonevoli, jiksbu l-informazzjoni kollha wżata matul il-proċedura ta' stima ta' konformitá dwar tip ta' tagħmir u b'mod partikolari d-dokumentazzjoni teknika provduta fl-Anness V oġġett 2, Anness VI oġġett 3, Anness VII oġġett 2, Anness VIII oġġett 3.1 u 3.3.

Artikolu 15

Korpi notifikati

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru korpi taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom biex iwettqu jew jissorveljaw il-proċeduri ta' stima ta' konformitá msemmija fl-Artikolu 14(1).

2.  L-Istati Membri għandhom jaħtru korpi bħal dawn biss li jħarsu l-kriterji magħmula fl-Anness IX. Il-fatt li dak il-korp iħares il-kriterji ta' l-Anness IX ma' din id-Direttiva ma jfissirx li l-Istat Membru huwa obbligat li jaħtar dak il-korp.

3.  Kull Stat Membru għandu javża lill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra tal-korpi li ħatru, flimkien ma' xogħlijiet oħra speċifiċi u proċeduri ta' eżaminazzjoni li dawn il-korpi inħatru biex iwettqu u n-numri ta' identifikazzjoni assenjati lilhom minn qabel mill-Kummissjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-korpi notifikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej flimkien man-numri ta' identifikazzjoni tagħhom u x-xogħlijiet għal liema inħatru. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-lista tinżamm aġġornata.

5.  Stat Membru għandu jirtira n-notifika tiegħu jekk isib li l-korp m' għadux jilħaq il-kriterji msemmija fl-Anness IX. Għandhom fil-pront jinfurmaw il-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra kif xieraq.

Artikolu 16

Kollezzjoni ta' tagħrif ta' ħoss

1.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li l-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jibgħat lill-awtoritá responsabbli ta' l-Istat Membru fejn qiegħed joqgħod jew fejn ipoġġi fis-suq jew jqiegħed f'servizz it-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2 (1) u għall-Kummissjoni kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE għal kull tip ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2 (1).

2.  Il-Kummissjoni għandha tiġbor it-tagħrif magħmul disponibbli skond il-paragrafu 1 għat-tagħmir kollu.

3.  L-Istati Membri, jistgħu, fuq talba, jiksbu t-tagħrif miġbur mill-Kummissjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni relevanti perjodikament, preferibbilment kull sena. Dawn il-pubblikazzjonijiet għandhom ta' l-inqas ikollhom it-tagħrif li ġej għal kull tip jew mudell ta' tagħmir:

 il-qawwa stallata netta jew kull valur ta' ħoss ieħor relatat

 il-livell ta' qawwa ta' ħoss mkejjel

 il-livell ta' qawwa ta' ħoss garantit

 deskrizzjoni ta' tagħmir

 produttur u/jew isem patentjat

 numru/isem ta' mudell

Artikolu 17

Regolament ta' użu

Id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva m'għandhomx jipprevjenu l-intitolament ta' l-Istati Membri biex iniżżel, bl-osservanza dovuta tat-Trattat:

 miżuri biex jirregolaw l-użu ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) f'żoni li huma jikkunsidraw sensittivi, li jinkludu l-possibbilitá li jirrestrinġu l-ħinijiet ta' xogħol tat-tagħmir,

 bżonnijiet bħal dawn kif jistgħu jitqiesu neċessarji biex jassiguraw li persuni huma protetti meta jużaw it-tagħmir fi kwistjoni, iżda li dan ma jfissirx li t-tagħmir huwa modifikat f'mod mhux speċifikat f'din id-Direttiva.

Artikolu 18

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat.

▼M2

2.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼M2 —————

▼M2

Artikolu 18a

Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' implimentazzjoni biex ikun hemm adattament għall-progress tekniku tal-Anness III, sakemm dawn ma jkollhomx xi impatt dirett fuq il-livell imkejjel tal-qawwa tal-ħoss tal-apparat elenkat fl-Artikolu 12, b'mod partikolari permezz tal-inklużjoni ta' referenzi għall-istandards Ewropej rilevanti.

Dawk il-miżuri, mfassla biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali ta' din id-Direttiva, għandhom jiġu adottati skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 18(2).

▼B

Artikolu 19

Poteri tal-Kumitat

Il-Kumitat għandu':

(a) jiskambja informazzjoni u esperjenzi li jikkonċernaw l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni prattika ta' din id-Direttiva u jiddiskuti materji ta' interess komuni f'dawk l-oqsma;

▼M2

(b) jassisti lill-Kummissjoni fl-adattament għall-progress tekniku tal-Anness III;

▼B

(ċ) jipprovdi parir lill-Kummissjoni b'rispett għall-konlużjonijiet u emendi msemmija fl-Artikolu 20(2).

Artikolu 20

Rapporti

1.   ►M1  Mhux aktar tard mit-3 ta’ Jannar 2007 ◄ u kull erba' snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jikkonċerna l-esperjenza tal-Kummissjoni fl-implimentazzjoni u amministrazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport għandu b'mod partikolari jkollu fiħ:

(a) reviżjoni ta' tagħrif ta' ħoss miġbur skond l-Artikolu 16 u informazzjoni oħra xierqa;

(b) prospett tal-bżonn għal reviżjoni tal-listi fl-Artikoli 12 u 13, speċjalment kemm jekk huma ġodda għandhom jiżdiedu jew fl-Artikolu 12 jew fl-Artikolu 13 jew tagħmir għandu jkun trasferit mill-Artikolu 13 għall-Artikolu 12;

(ċ) prospett tal-bżonn u l-possibilitajiet għal reviżjoni tal-valuri limitati mniżżla fl-Aritikolu 12 jieħdu nkonsiderazzjoni żvilupp teknoloġiku;

(d) prospett li jagħmel sensiela integrata ta' strumenti li għandhom jintużaw fil-kontinwazzjoni ta' tnaqqis ta' ħoss minn tagħmir.

2.  Wara li żammew il-konsultazzjonijiet kollha neċessarji, b'mod partikolari mal-Kumitat, il-Kummissjoni għandha f'dik l-okkażjoni tippreżenta l-konklużjonijiet tagħha u fejn xieraq kwalunkwe emenda għal din id-Direttiva.

▼M1 —————

▼B

Artikolu 21

Imħassar

1.  Direttivi 79/113/KEE, 84/532/KEE, 84/533/KEE, 84/534/KEE, 84/535/KEE, 84/536/KEE, 84/537/KEE, 84/538/KEE u 86/662/KEE għandhom ikunu mħassra fit-3 ta'Jannar 2002.

2.  Ċertifikati tat-tip ta' eżaminazzjoni maħruġa u tkejjil ta' tagħmir magħmul taħt id-Direttivi msemmija f'paragrafu 1 jistgħu jintużaw fit-tfassil ta' dokumentazzjoni teknika pprovdut fl-Anness V punt 3, fl-Anness VI punt 3, fl-Anness VII punt 2, fl-Anness VIII punti 3.1 u 3.3 ta' din id-Direttiva.

Artikolu 22

Trasposizzjoni u data ta' l-applikazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw il-liġijiet, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jaqblu ma' din id-Direttiva mhux aktar tard mit-3 ta' Lulju 2001.

2.  L-Istati Membri għandhom japplikaw dawn il-miżuri b'effett mit-3 ta' Jannar 2002. Madankollu, l-Istati Membri għandhom iħallu l-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, biex japprofitta ruħu mid-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva mit-3 ta' Lulju 2002.

3.  Rigward il-livell ta' qawwa ta' ħoss permissibbli mnaqqsa ta' stadju II imsemmija fl-Artikolu 12, dawn id-disposizzjonijiet għandhom japplikaw b'effett mit-3 ta' Jannar 2006.

4.  Meta l-Istati Membri jaddottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din fl-okkażjoni ta' pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li jagħmlu referenza bħal din għandhom jitniżżlu mill-Istati Membri.

5.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-disposizzjonijiet ta' liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam irregolat minn din id-Direttiva.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 24

Destinatarji tad-Direttiva

Din id-Direttiva hija ndirizzata lill-Istati Membri.




IL-PRESIDENTANNESS I

DEFINIZZJONIJIET TA' TAGĦMIR

1.   Pjattaformi ta' aċċess ta' l-arja b' magni ta' kombustjoni

Tagħmir li jikkonsisti f'minimu ta' pjattaforma ta' xogħol, struttura estiża u xażi. Il-pjattaforma ta' xogħol hija pjattaforma mdawwra b'ħajt jew gaġġa li tista' timxi taħt tagħbija għall-posizzjoni meħtieġa ta' xogħol. L-istruttura estiża hija konnessa max-xażi u tgħin il-pjattaforma ta' xogħol; tħalli moviment tal-pjattaforma ta' xogħol għal-posizzjoni meħtieġa tagħha.

2.   Qtugħ bi xkupilja

Unitá li taħdem b'magna ta' kombustjoni bl-idejn portabbli mwaħħla b'xafra li ddur magħmula minn metal jew plastik maħsuba biex taqta' ħaxix ħażin, tfarfar, siġar żgħar u tkabbir simili. Il-mezz ta' qtugħ jaħdem fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel ma' l-art.

3.   Taljola ta' bennejja għat-trasport ta' oġġetti

Taljola ta' bennejja nstallata temporanjament, taħdem b'qawwa maħsuba għall-użu minn persuni li huma permessi li jidħlu f'lokijiet ta' inġenjerija u kostruzzjoni, jservu

(i) livelli ta' moll definiti, li jkollhom pjattaformi

 iddisinjati għat-trasportazzjoni ta' oġġetti biss

 li jippermettu l-aċċess ta' persuni waqt tagħbija u ħatt

 li jippermettu l-aċċess u vjaġġ minn persuni awtorizzati matul it-twaqqif, ħatt u manutenzjoni

 iggwidati

 jivjaġġaw vertikali jew tul passaġġ fi ħdan 15o mass. tal-vertikali

 appoġġat jew sostenuti b': wajer, ħabel, katina, magħżel bil-kamin u skorfina, roti żgħar bis-snien, ġakk idrawliku (dirett jew indirett), jew mekkaniżmu ta' rbit li jespandi

 fejn arbli jistgħu jew ma jistgħux jeħtieġu għajnuna minn strutturi separati, jew

(ii) kwalunkwe indana waħda ta' fuq jew żona ta' xogħol li testendi għal skop tal-gwida (eż bejt), li jkollhom mezz ta' ġarr ta' tagħbija:

 mfassla għat-trasportazzjoni ta' oġġetti biss

 mfassla li ma hemmx bżonn li tirfes fuqha għal raġunijet ta' tagħbija jew ħatt jew għal manutenzjoni, twaqqif jew ħatt

 minn liema persuni huma projbiti fi kwalunkwe ħin

 iggwidati

 li hija mfassla biex tivjaġġa f'angolu ta' l-inqas 30o għall-vertikali imma tista' tintuża fi kwalunkwe angolu

 miżmuma b'ħabel ta' wajer ta' l-azzar u sistema ta' gwida pożittiva

 ikkontrollata b'kontrolli ta' tip ta' pressjoni kostanti

 li ma tibbenefikax mill-użu ta' kwalunkwe kontrapiż

 li jkollu rata massima ta' tagħbija ta' 300 kg

 li jkollu veloċitá massima ta' 1 m/s

 u fejn il-gwidi jeħtieġu għajnuna minn strutturi separati.

4.   Magna ta' serrar f'faxxa ta' lok ta' bini

Magna ta' l-idejn li tiżen anqas minn 200 kg li għandha mwaħħal xafra ta' sega singola fil-forma ta' faxxa kontinwa mmuntata jew li tgħaddi bejn tnejn jew aktar taljoli

5.   Banka ta' serrar ċirkulari ta' lok ta' bini

Magna ta' l-idejn li tiżen anqas minn 200 kg li għandha mwaħħal fiha sega singola tonda (għajr minn sega li taqta') b'dijametru ta' 350 mm jew aktar, sa dijametru massimu ta' 500 mm, li hi mwaħħla matul operazzjoni ta' qtugħ normali, u mejda orizzontali, kollha jew parti ta' liema hija mwaħħla matul operazzjoni. Is-sega hija mmuntata f'magħżel orizzontali li ma jitgħawwiġx, ta' liema l-posizzjoni tibqa' stazzjonarja matul mekkaniżmu. Il-magna jista' jkollha kwalunkwe mill-għamliet li ġejjin:

 il-faċilitá għas-sega li tista' titella' jew titniżżel tul il-mejda

 gwarniċ ta' magna taħt il-mejda jista' jkun miftuħ jew magħluq

 is-serrieq jista' jkun imwaħħal b'mejda żejda li tista' tinġarr li taħdem manwalment (mhux ħdejn is-sega).

6.   Sega ta' katina, portabbli

Għodda li taħdem bil-qawwa mfassla biex taqta' injam b'sega ta' katina u tikkonsisti f'unitá marsusa integrata ta' manki, sors ta' qawwa u attakkament ta' qtugħ, imfassal biex ikun mgħajjun b'żewġ idejn

7.    Flusher bi pressjoni għolja kkombinata u vettura li tiġbed

Vettura li tista' taħdem kemm bħala flusher bi pressjoni għolja jew bħala vettura li tiġbed Ara flusher bi pressjoni għolja jew vettura li tiġbed.

8.   Magna li tgħaqqad flimkien

Magna li tgħaqqad flimkien materjali eż. rock fills, ħamrija jew wiċċ ta' asfalt, tul azzjoni ta' brim, mili jew vibrar ta' l-għodda ta' xogħol. Tista' tkun taħdem b'mutur proprju, irmunkata, timxi wara jew konnessa ma' magna li ġġor. Magni li jgħaqqdu flimkien huma maqsuma kif ġej:

 rombli għal operaturi li jinġarru fuqhom: magni li jgħaqqdu flimkien li jaħdmu b'mutur proprju b'korp ċilindriku tal-metall (tnabar) wieħed jew aktar jew roti tal-lasktu; l-istazzjon ta' l-operatur huwa parti integrali tal-magna

 rombli li jimxu wara: magni li jgħaqqdu flimkien li jaħdmu b'mutur proprju b'korp ċilindriku tal-metall (tnabar) wieħed jew aktar jew roti tal-lastku li fihom l-operazzjoni tiffaċilita għall-ivjaġġar, steering, waqfien u vibrar huma disposti f'mod li l-magni jkollhom ikunu operati b'operatur fuq il-post jew b'kontroll remot

 rombli rmunkatid: magni li jgħaqqdu flimkien li jaħdmu b'mutur proprju b'korp ċilindriku tal-metall (tnabar) wieħed jew aktar jew roti tal-lastku li ma jkollhomx sistema ta' sewqan indipendenti u fejn l-istazzjon ta' l-operaturi jinsab f'unitá ta' tractor

 pjanċi ta' vibraturi u maddafa ta' vibraturi: magni ta' tgħaqid flimkien bi pjanċi prinċipali b'qiegħ ċatt li huma magħmula biex jivvibraw jitħaddmu b' operaturi fuq il-post jew konness ma' magna li tinġarr

 madaffa ta' splużjoni: magni li jgħaqqdu flimkien bi prinċipalment kuxxinett ċatt hekk kif l-għodda li tgħaqqad li hija magħmula biex timxi f'direzzjoni predominanti vertikali bi pressjoni ta' splużjoni. Il-magna għandha taħdem b'operaturfuq il-post.

9.   Kompressur

Kwalunkwe magna għall-użu ma' tagħmir li jista' jinbidel li tikkumpressa arja, gassijiet jew fwar għal pressjoni għola mill-pressjoni tad-dħul. Kompressur ikun fiħ il-kompressur fiħ nnifsu, il-ħarrieka prinċipali u kwalunkwe komponent jew mezz fornut, li huwa neċessarju għall-operazzjoni sikura tal-kompressur.

Mhux inklużi huma l-kategoriji ta' mezzi li ġejjin:

 fannijiet, i.e. mezzi li jipproduċu ċirkolazzjoni ta' arja bi pressjoni pożittiva ta' mhux aktar minn 110 000 pascals

 pompi ta' vakum, i.e. mezzi għal estrazzjoni ta' arja minn spazju magħluq bi pressjoni li ma taqbiżx pressjoni atmosferika

 magni b'turbini tal-gass.

10.   Tkissir u ġbir ta' konkrit, ta' l-idejn

Tkissir u ġbir ta' konkrit bil-qawwa (bi kwalunkwe metodu) użat biex isir xogħol fuq postijiet ta' inġenjerija ċivili u bini.

11.   Mixer ta' konkrit jew ġir tat-tikħil

Magna biex tipprepara konkrit jew ġir tat-tikħil, barra minn proċess ta' tagħbija, taħlit u żvojtar. Tista' titħaddem b'mod intermittenti jew kostanti. Mixer tal-konkrit fuq trakkijiet huma msejħa trakk ta' mixer (ara definizzjoni 55).

12.   Taljola ta' kostruzzjoni

Mezz ta' rfigħ li jaħdem bil-qawwa, temporanjament installat li huwa fornut b'mezzi biex jerfgħu u jbaxxu tagħbija sospiża.

13.   Magna ta' ġarr u sprejar għal konkrit u ġir tat-tikħil

Oġġetti ta' pumpjar u sprejar ta' konkrit, bl-aġitatur jew mingħajru, bil-materjal li għandu jkun trasportat huwa mqandel għal posizzjoni ta' post tul linji ta' pajpijiet, mezzi ta' distribuzzjoni jew travi kbar ta' distribuzzjoni. Isir il-ġarr:

 għall-konkrit b'mod mekkaniku, biċ-ċilindru jew b'pompi li jduru

 għal ġir tat-tikħil mekkanikament b'ċilindru qasir, spiral ta' vit, pajp u pompi li jduru jew pnewmatiċi b' kompressuri bil-kamra ta' l-arja jew mingħajrha

Dawn il-magni jistgħu jkunu mmuntati fuq trakkijiet, trejlers jew vetturi speċjali

14.   Ċinturin tal-ġarr

Magna nstallata temporanjament addattata biex titrasporta materjal b'mezzi ta' ċinturin li jaħdmu bil-qawwa

15.   Tagħmir fuq vetturi li jkessaħ

Unitá bi spazju ta' refriġerazzjoni għal tagħbija f'kategoriji ta' vetturi N2, N3, O3 u O4 kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE.

L-unitá ta' refriġerazzjoni tista' tkun bil-qawwa b'mezzi ta' parti integrali ta' l-unitá ta' refriġerazzjoni, parti separata attakkata mal-korp tal-vettura, magna ta' sewqan tal-vettura, jew b'sors ta' poter indipendenti jew standby.

16.   Dożatur

Magna li taħdem b'mutur proprja bir-roti jew li titkaxkar użata biex teżerċita forza ta' spinta jew ta' ġibda tul tagħmir immuntat.

17.   Manuvra ta' tħaffir

Magna li hija wżata biex tħaffer toqob f'postijiet ta' kostruzzjoni bi

 tħaffir perkussiv

 tħaffir li jdur

 tħaffir perkussiv li jdur.

Manuvri tat-tħaffir huma stazzjonarji matul tħaffir. Jistgħu jiċċaqalqu minn post għall-ieħor ta'xogħol, taħt il-qawwa tagħhom. Riggijiet ta' tħaffir li jaħdmu b'mutur proprju li jinkludu dawk immuntati fuq trakk tal-ġarr, xażi bir-roti, tractor, crawlers, qiegħ li jiskiddja (miġbuda b'winċ). Meta riggijiet tat-tħaffir huma mmuntati fuq trakkijiet tal-ġarr, tractors u trejlers jew qiegħ bir-roti, trasportazzjoni tista' ssir b'veloċitá għolja u fuq toroq pubbliċi.

18.   Dumper

Magna li taħdem b'mutur proprju bir-roti jew li tista' titkakxar li għandha korp miftuħ, li jew titrasporta u tarmi jew tferrex materjal Dumpers jistgħu jkunu mgħammra b'tgħamir ta' tagħbija minnnha nnifisha integrali.

19.   tagħmir għal tagħbija u ħatt ta' silos jew tankijiet fuq trakkijiet

Mezzi bil-qawwa konnessi ma' silo jew trakkijet ta' tanker għal tagħbija jew ħatt ta' likwidi jew materjal goff b'mezzi ta' pompi jew tgħamir simili.

20.   Skavatur, idrawliku jew jaħdem bil-ħabel

Magna li taħdem b'mutur proprju b'magna li tista' titkaxkar jew bir-roti li jkollha struttura ta' fuq b'kapaċità minima ta' rotazzjoni ta' 360o, li jħaffer, ibandal u jarmi materjal bl-azzjoni ta' barmil imwaħħal mat-travu u appoġġ jew travu teleskopiku, mingħajr ma jimxi x-xażi jew karru ta' taħt matul kwalunkwe ċiklu tal-magna.

21.   Skavatur li jgħabbi

Magna li taħdem b'mutur proprju bir-roti jew li titkaxkar li jkollha għajnuna strutturali prinċipali mfassla biex iġġorr barmil immuntat fuq quddiem li jġorr mekkaniżmu u mgħażqa mmuntat fuq wara. Meta wżat bħala mod tal-magħżqa fuq wara, il-magna normalment tħaffer taħt il-livell ta' l-art bil-barmil jersaq lejn il-magna L-imgħażqa ta' wara terfa', tbandal u tħott materjal waqt li l-magna hija stazzjonarja. Meta wżata fil-mod ta' tgħabija, il-magna tgħabbi jew tħaffer tul moviment il-quddiem tal-magna, u terfa', titrasporta u tħott materjal.

22.   Kontenitur ta' skart tal-ħġieġ

Kontenitur, magħmul minn liema materjal ikun, li huwa wżat għal ġbir ta' fliexken. Huwa mgħammar b' ta' l-inqas fetħa waħda biex jimla' fliexken u oħra biex jitbattal il-kontenitur.

23.   Gradatur

Magna bir-roti li taħdem b'mutur proprju li jkollha xafra aġġustabbli, posizzjonata bejn il-fusijiet ta' quddiem u ta' wara, li taqta', tmexxi u tifrex materjal ġeneralment biex tiggrada bżonnijiet.

24.    Trimmer tal-ħaxix/trimmer tat-tarf tal-ħaxix

Unitá portabbli li taħdem b'magna ta' kombustjoni ta' l-idejn armata b'linji flessibbli, spag, jew elementi ta' qtugħ flessibbli mhux tal-metall, bħal cutters li jduru, maħsuba biex jaqtgħu ħaxix ħażin, ħaxix jew tkabbir artab ieħor. Il-mezz ta' qtugħ topera fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel (trimmer tal-ħaxix) jew wieqaf dritt (trimmer tal-ħaxix tat-tarf) ma' l-art.

25.    Trimmer ta' ħajt tal-ħaxix

Tagħmir integrali ta' l-idejn, li jaħdem bil-qawwa li huwa mfassal għall-użu minn operatur wieħed għal trimmjar ta' ħajt tal-ħaxix u siġar iffulati jutilizza xafra waħda jew aktar xfafar jaqtgħu lineari reċiprokament.

26.    Flusher ta' pressjoni għolja

Vettura mgħammra b'mezz biex inaddaf kanali tad-dranaġġ jew installazzjonijiet simili b'mezzi ta' ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja. Il-mezz jista' jkun jew immuntat fuq xażi tat-trakk proprju ta' vettura jew inkorporat fuq korp ta' xażi tiegħu stess. It-tagħmir jista' jitwaħħal jew jista' jerġa jimmonta bħal fil-każ ta' sistema ta' qafas li tinbidel

27.   Magna ta' ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja

Magna b'żennuni jew ftuħ ta' żieda fil-veloċitá oħra li jħallu ilma, kif ukoll taħlit ieħor, biex joħroġ barra bħala ġett ħieles. Ġeneralment, magni b'ġett ta' pressjoni għolja jikkonsistu f'sewqan, ġeneratur ta' pressjoni, linji ta' pajpijiet, mezzi ta' sprejar, mekkaniżmi ta' sigurtá, kontrolli u mezzi ta' kejl. Magni b'ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja jistgħu jkunu mobbli jew stazzjonarji:

 magni b'ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja mobbli huma mobbli, magni tajba għat-trasport li huma mfassla biex jintużaw f'lokalitajiet varji, u għal dan l-għan huma ġeneralment imwaħħla b'undergear tal-magna stess jew vettura mmontata. Il-linji ta' forniment kollha neċessarji huma flessibli u lesti biex jinħallu

 magni b'ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja stazzjonarji huma mfassla biex jintużaw f'post wieħed għal tul ta' żmien imma kapaċi biex jitmexxew għal post ieħor b'tagħmir addattat. Ġeneralment jiskidjaw jew mmuntati bi frejm b' linja ta' forniment tajjeb biex jinqala'.

28.   Martell idrawliku

Tagħmir li juża s-sors ta' qawwa idrawlika tal-magna li tinġarr biex jaċċellera ċilindru (xi drabi mgħejjun bil-gass), li imbagħad jolqot għodda. Il-mewġa ta' stress iġġenerata b'azzjoni li tirriżulta minn mozzjoni tgħaddi tul l-għodda, li tikkawża l-materja biex jinkiser. Martell idrawliku għandu bżonn forniment ta' żejt ippressat biex jaħdem. L-unitá ta' martell/trasportatur komplut hija kkontrollata b'operatur, ġeneralment ipoġġi fil-kabina tat-trasportatur.

29.   Pakkett ta' qawwa idrawlika

Kwalunkwe magna għall-użu ma' tagħmir li jista' jinbidel li jikkumpressa likwidi għal pressjoni aktar għolja mill-pressjoni ta' ġewwa. Dan ifisser assemblea ta' ħarrieka prinċipali, pompa, bir-riservwar jew mingħajru u aċċessorji (eż. kontrolli, valve li jissoleva pressjoni).

30.   Joint cutter

Magna mobbli maħsuba għall-produzzjoni ta' ġonot f'konkrit, asfalt u wċuħ ta' toroq simili. L-għodda li taqta' hija diska li ddur b'velocitá għolja. Il-moviment ‘l quddiem tal-joint cutter tista' tkun

 manwali

 manwali b'assistenza mekkanika

 motorizzata.

31.   Magna li tikkompressa skart, tip ta' karikatur bil-barmil

Magna li tikkumpressa bir-roti li taħdem b'mutur proprju li jkolla karikatur immuntat fuq quddiem marbut b'barmil li jkollu roti ta' l-azzar (tnabar) primarjament mfassla biex irossu, jimxu, jiggradaw, u jgħabbu ħamrija, skart jew materjal sanitarju (skart).

32.   Magna li taqta' l-ħaxix

Magna, li taqta' l-ħaxix li tkun wara trakk jew fuq trakk jew magna b'konnessjonijiet tal-qtugħ ta' ħaxix fejn il-mezz li jaqta' jopera fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel ma' l-art u li tuża l-art biex tiddetermina għoli ta' qtugħ b'mezzi ta' roti, kuxxinett ta' l-arja jew skidjaturi, eċċ; u li tutilizza magna jew mutur ta' l-elettriku għal sors ta' qawwa. Il-mezzi ta' qtugħ huma jew

 elementi ta' qtugħ riġidi, jew

 linja(i) ta' filamenti mhux tal-metall jew cutter(s) mhux tal-metall li huma ħielsa li jduru b'enerġija ta' mozzjoni ta' aktar minn 10 J kull waħda; l-enerġija ta' mozzjoni hija determinata li tuża EN 786:1997, l-Anness B.

Magna, li taqta' li tkun wara trakk jew fuq trakk jew magna b' konnessjonijiet tal-qtugħ ta' ħaxix fejn il-mezz ta' qtugħ qed iddur ma' fus orizzontali biex jipprovdu azzjoni li ġġiżż b'virga jew sikkina li jaqtgħu b'mod stazzjonarju (ħassad ċilindriku).

33.   Trimmjar tal-ħaxix/trimmjar ta' tarf tal-ħaxix

Magna li taqta' li taħdem bl-elettriku li tkun fuq wara ta' trakk jew ta' l-idejn b'element(i) li taqta' ta' linja(i) ta' filament mhux tal-metall jew cutters mhux tal-metall li huma ħielsa li jduru b'enerġija ta' mozzjoni ta' mhux aktar minn 10 J kull waħda, maħsuba biex taqta' ħaxix jew tkabbir artab simili L-element(i) li jaqtgħu jopera (joperaw) fi pjan bejn wieħed u ieħor parallel (Trimmjar ta' ħaxix) jew wieqaf dritt (trimmjar ta' tarf ta' ħaxix) ma' l-art. L-enerġija ta' mozzjoni hija determinata billi tintuża EN 786:1997, l-Anness B

34.   Neffieħa tal-weraq

Magna bil-qawwa addatata biex tnaddaf ħaxix, passaġġi, toroq eċċ. ta' weraq u materjal ieħor b' mezzi ta' fluss t' ajru ta' veloċitá għolja Tistá tkun portabbli (ta' l-idejn) jew mhux portabbli imma mobbli.

35.   Kollettur ta' weraq

Magna ta' qawwa addattata biex tiġbor weraq u rdim ieħor billi tuża mezz ta' ġbid li jikkonsisti f'sors ta' poter li jipproduċi vakum fil-magna u żennuna u kontenitur għall-materjal miġbur. Tista' tkun ta' l-idejn jew mhux ta' l-idejn imma mobbli.

36.   Trakk ta' rfigħ, li jaħdem b' magna ta' kombustjoni, b'kontrapiż

Trakk ta' rfigħ, bir-roti li jaħdem b'magna ta' kombustjoni b'kontrapiż u tagħmir ta' rfigħ (arblu, support teleskopiku jew support artikulat). Dawn huma:

 trakkijiet ta' l-art mħarbta (trakkijiet bir-roti kontrabilanċjati maħsuba primarjament għal operazzjoni fuq art naturali mhux imtejba u fuq art disturbata ta', eż., postijiet ta' kostruzzjoni)

 trakkijiet oħra ta' rfigħ kontrabilanċjati, minbarra dawk it-trakkijiet ta' rfigħ kontrabilanċjati li huma speċifikament mibnija għall-imaniġġar ta' kontenitur.

37.   Karigatur

Magna li taħdem b'mutur proprju bir-roti jew li titkaxkar li jkollha barmil bħala li jappoġġa struttura u konnessjoni mmuntat fuq quddiem, li jgħabbi jew iħaffer tul mozzjoni ‘l quddiem tal-magna, u terfa', titrasporta jew tarmi materjal.

38.   Krejn mobbli

Oġġett ta' krejn li jaħdem b'magna proprja addattat biex jivjaġġa, mgħobbi jew mhux mgħobbi, mingħajr il-bżonn għal runways fissi u jiddependi fuq gravitá għal stabbilitá. Jaħdem fuq tyers, crawlers jew b'arranġamenti mobbli. F'posizzjonijiet fissi jista' jkun appoġġat b'outriggers jew aċċessjori oħra li jżidu l-istabbiltá tiegħu. Is-superstruttura ta' krejn mobbli tista' tkun ta' tip ta' tidwira sħiħ, ta' tidwir limitat jew li ma jdurux Huwa normalment mgħammar b'taljola waħda jew aktar u/jew ċilindri idrawliċi biex jerfgħu jew ibaxxu l-oġġett tat-tagħbija. Krejnijiet mobbli huma mgħammra jew b'oġġetti teleskopiċi, b'oġġetti artikulari, jew oġġetti ta' network, jew kombinazzjoni ta' dawn, ta' disinn bħal dan li jista' jitbaxxa malajr. It-tagħbija sospiżi mill-jib jistgħu jkunu mqandla b'blokka mgħaqda flimkien bil-ganċ jew twaħil ieħor li jerfa' tagħbija għal servizzi speċjali.

39.   Kontenitur ta' skart mobbli

Kontenitur mfassal b'mod xieraq imwaħħal b'roti maħsuba biex jaħżnu skart temporanju, u li huwa mgħammar b'għatu

40.   Mgħażqa tal-mutur

Magna li taħdem b'mutur proprju mfassla biex tkun pederstrian-controlled

 bl-appoġġ ta' rota(i) jew mingħajru, b'mod bħal dan li l-elementi li jaħdmu tagħha jaġixxu bħala għodda li tgħażaq biex jassiguraw propulsjoni (imgħażqa tal-mutur), u

 mekkanizzata b'rota waħda jew varji direttament attivati mill-magna u mgħammra b'għodda ta' mgħażqa (mgħażqa tal-mutur b'roti li jimxu)

41.   Finalizzatur ta' toroq

Magna ta' kostruzzjoni ta' toroq mobbli użata għall-għan li tapplika saffi ta' materjal ta' kostruzzjoni bħal taħlit tal-bitumen, konkrit u ramel fuq uċuħ. Finalizzaturi ta' toroq jistgħu jkunu mgħammra bi screed ta' kompressjoni għolja.

42.   Tgħammir ta' pilastri

Installazzjoni ta' pile u tgħammir ta' estrazzjoni, eż. martelli ta' impatt, estrattturi, vibraturi jew mezzi ta' mbuttar/ġbid ta' safef li ma jiċċaqlaqx ta' twaħħil flimkien ta' magni jew komponenti użati għall-installazzjoni jew estrazzjoni ta' safef, li jinkludu wkoll:

 manuvri ta' piling li jikkonsistu f'magna ta' ġarr (crawler, immuntata b'rota jew virga, twaħħil ta' galleġġjant prinċipali jew sistema priċipali jew ta' gwida,

 aċċessorji, eż. kapsijiet ta' pile, helmets, pjanċi, segwaċi, mezzi ta' rbit, mezzi ta' maneġġar ta' pile, gwida ta' pile, gvieret akustiċi u mezzi ta' assorbazzjoni ta' xokk/vibrazzjoni, pakketti/ġeneraturi ta' qawwa u mezzi ta' rfigħ personali jew pjattaformi.

43.   Tqegħid tal-pajpijiet

Magna taħdem b'mutur proprju li tikaxkar jew bir-roti speċifikament imfassal biex timmaniġġa u tqiegħed pajpijiet u ġġorr tagħmir ta' pajpijiet. Il-magna, ta' liema disinn huwa bbażat fuq tractor, għandu komponenti mfassla speċjali bħal undercarriage, kwadru prinċipali, kontrapiż, travu u makkaniżmu ta' travu ta' tagħbija, u travu tal-ġenb li jdur vertikali.

44.   Piste caterpillar

Magna li taħdem b'mutur proprju li titkaxkar użata biex tagħmel forza ta' mbuttar jew ġibda fuq borra jew silġ tul tagħmir immuntat.

45.   Ġeneratur ta' qawwa

Kwalunkwe mezz li jkollu miegħu magna ta' kombustjoni interna li tmexxi ġeneratur elettriku li jdur li jipproduċi forniment kontinwu ta' qawwa elettrika.

46.   Xkupa ta' qawwa

Magna ta' kollezzjoni li tiknes li jkollha tagħmir li jiknes irdim fil-passaġġ ta' ġbid ta' ġewwa li imbagħad b'mod pnewmatiku ta' veloċitá għolja ta' ġett ta' arja jew b'sistema ta' ġbir mekkaniku li tgħaddi l-irdim lill-kollettur ta' skart. Il-mezzi ta' knis u kollezzjoni jistgħu jkunu jew mmuntati ma' vettura proprja ta' xażi ta' trakk jew inkorporat mal-ġisem tax-xażi tiegħu stess. It-tagħmir jista' jkun imwaħħal jew jista' jerġa jkun immontat bħall-każ ta' sistema ta' qafas li jinbidel.

47.   Vettura ta' ġbir ta' skart

Vettura mfassal għall-ġbir jew trasportazzjoni ta' skart domestiku u goff ibbażat fuq tagħbija via kontenituri jew bl-idejn. Il-vettura tista' tkun mgħammra b'mekkaniżmu ta' kompressur. Vettura ta' ġbir ta' skart jkollha fiha xażi b'kabina fuq liema l-qafas huwa mmuntat. Tista' tkun mgħammra mezz ta' kontenitur li jerfa'.

48.   Magna ta' tkissir ta' toroq

Magna mobbli wżata biex tneħħi materjal minn uċuħ ta' toroq li tuża korp ċilindriku li jaħdem bil-qawwa, fuq liema wiċċ għodda ta' tkissir huma mwaħħla; it-tnabar li jaqtgħu jduru matul l-operazzjoni ta' qtugħ.

49.   Scarifier

Magna bil-qawwa li timxi fuq wara ta' trakk jew fuq trakk li tuża l-art biex tiddetermina l-fond ta' qtugħ u li hija mgħammra bi twaħħil flimkien xierqa biex taqsam jew tobrox il-wiċċ ta' ħaxix f'ġonna, postijiet ta' rikrejazzjoni jew żoni simili.

50.   Magna li tqatta' biċċiet/li tfarrak

Magna bil-qawwa mfassal għal użu f'posizzjoni stazzjonarja li jkollom mezz wieħed jew aktar li jaqtgħu għall-għan biex inaqqsu materjal goff organiku f'biċċiet żgħar. Ġeneralment tikkonsisti f'fetħa minn fejn jimtela' materjal (li jista' jinżamm b'apparat jew le) huwa mdaħħal, mezz li jaqta' materjal bi kwalunkwe metodu (qtugħ, tqatta', tfarrak jew metodi oħra) u tubu ta' rmigħ minn fejn il-materjal maqtugħ huwa mormi. Mezz ta' ġbir jista' jitwaħħal.

51.   Magna li tneħħi l-borra b'għodda li ddur

Magna b'liema tista' titneħħa borra minn żoni traffikużi b'mezzi li jduru, aċċellerati u mitfugħa b'mezzi ta' neffieħa.

52.   Vettura li tiġbed

Vettura mgħammra b'mezz li tiġbor ilma, tajn, ċaflis, skart jew materjal simili minn katusi u kanali tad-dranaġġ jew installazzjonijiet simili b'mezzi ta' vakum. Il-mezz tista' jew tkun immuntata jew fuq xażi ta' trakk proprju ta' vettura jew inkorporata fuq il-ġisem tax-xażi tagħha. It-tagħmir jista' jkun imwaħħal jew jista' jerġa jkun immontat bħall-każ ta' sistema ta'qafas li jinbidel.

53.   Krejn li jintrama

Il-krejn slewing jib bil-jib li tinsab mal-parti ta' fuq tat-torri li jkun approssimatament vertikali meta jitħaddem. Dan l-apparat li jaħdem bl-elettriku huwa mgħammar b'mezzi biex jgħollu jew ibaxxu tagħbija u għall-moviment ta' tagħbija bħal din billi jibdlu r-radius ta' l-irfigħ ta' tagħbija, tidwir, vjaġġar ta' l-apparat komplet. Ċertu apparati jaqdu x'uħud imma mhux neċessarjament mhux il-movimenti kollha. L-apparat jista' jkun installat f'posizzjoni fissa jew mgħammar b'mezzi għal tneħħija minn post jew tixbit.

54.   Moħriet għaż-zerriegħa

Magna li tiċċaqlaq weħidha, mriekba fuq jew ikkontrollata minn pedestrian, li titkaxkar jew bir-roti, li jkollha rbit jew twaħħil ta' skavatur immuntat fuq quddiem jew wara, primarjament mfassla biex tipproduċi moħriet f'operazzjoni kontinwa, tul mozzjoni tal-magna.

55.   Trakk tat-tħallit

Vettura li hija mgħammra bi travu biex jittrasporta konkrit diġa mħallat mill-pjanta ta' taħlit ta' konkrit għall-lok tax-xogħol; it-travu jista' jdur meta l-vettura tinstaq jew tkun wieqfa It-travu huwa żvojtat fuq il-post tax-xogħol billi jdur it-travu. It-travu huwa misjuq jew b'magna tas-sewqan tal-vettura jew b'magna supplementari.

56.   Unitá ta' pompa ta' l-ilma

Magna li tikkonsisti f'pompa ta' l-ilma nnifisha u s-sistema tas-sewqan. Pompa ta' l-ilma tfisser magna biex ittella' ilma minn livell ta' enerġija baxx għal livell għoli.

57.   Ġeneratur ta' weldjar

Kwalunkwe mezz li jdur li jipproduċi kurrent ta' weldjar.




ANNESS II

DIKJARAZZJONI TA' KONFORMITÀ TAL-KE

Id-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE għandu jkollha l-partikolarijiet li ġejjin:

 isem u indirizz tal-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá

 isem u indirizz tal-persuna li żżomm id-dokumentazzjoni teknika

 deskrizzjoni tat-tagħmir

 proċedura ta' stima ta' konformitá sewgita, u, fejn xieraq, isem u indirizz tal-korp notifikat involut

 livell ta' qawwa ta' ħoss imkejjel jew tagħmir rappreżentat għal dan it-tip

 livell ta'qawwa ta' ħoss garantit għal dan it-tagħmir

 referenza għal din id-Direttiva

 id-dikjarazzjoni li t-tgħammir jaqbel mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva

 fejn xieraq, id-dikjarazzjoni(jiet) ta' konformitá u referenzi tad-Direttivi ta' Komunitá oħrajn applikat

 il-post u data tad-dikjarazzjoni

 partikolaritajiet tal-firmatarju awtorizzat biex jiffirma d-dikjarazzjoni legali li torbot għall-produttur jew ir-rappreżentat awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá.




ANNESS III

METODU TA' TKEJJIL TA' ĦOSS FL-ARJA EMESS MINN TAGĦMIR GĦALL-UŻU TA' BARRA

Skop

Dan l-Anness iniżżel il-metodu ta' tkejjil ta' ħoss fl-arja li għandu jkun użat għad-determinazzjoni tal-livelli ta' qawwa ta' ħoss ta' tagħmir kopert minn din id-Direttiva bi skop għall-proċeduri ta' konformitá ta' stima ta' din id-Direttiva.

Parti A ta' dan l-Anness għal kull tip ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) iniżżel

  standards bażiċi ta'emissjoni ta' ħoss

 supplimenti ġenerali għal dawn l-istandards bażiċi ta'emissjoni ta' ħoss

biex ikejlu l-livell ta' pressjoni ta' ħoss fuq wiċċ ta' tkejjil li jgħatti s-sors u għall-ikkalkular tal-livell ta' qawwa ta' ħoss prodott mis-sors.

Parti B ta' dan l-Anness għal kull tip ta' tagħmir imsemmi fl-Artikolu 2(1) iniżżel

  standard bażiku ta'emissjoni ta' ħoss irrakkomandat li jinkludi

 

 referenza għall-istandard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss magħżul minn Parti A

 iż-żona ta' prova

 il-valur tal-kostanti K2A

 il-forma tal-wiċċ tat-tkejjil

 in-numru u posizzjoni ta' mikrofoni li għandhom jintużaw

 kondizzjonijet operattivi jinkludu

 

 ir-referenza għal standard, jekk hemm

 bżonnijiet li jirrelataw għall-immuntar tat-tagħmir

 metodu biex ikunu kkalkulati l-livelli ta' qawwa ta' ħoss li jirriżultaw fil-każ li x'uħud mill-provi b'kondizzjonijiet operattivi għandhom jintużaw

 aktar informazzjoni.

Meta jipprova tipi speċifiċi ta' tagħmir, il-produttur jew ir-rappreżentanti awtorizzat tiegħu fil-Komunitá jista' in ġenerali jagħżel wieħed mill-istandards bażiku ta' emissjoni ta' ħoss ta' Parti A u japplika l-kondizzjonijiet operattivi ta' Parti B għal dan it-tip speċifiku ta' tagħmir. Fil-każ ta' dubju, madankollu, l-istandard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss irrakkomandata mniżżel f'Parti B għandu jintuża flimkien mal-kondizzjonijet operattivi ta' Parti B.




PARTI A

STANDARD BAŻIKU TA'EMISSJONI TA' ĦOSS

Għad-determinazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss ta' tagħmir għall-użu ta' barra skond l-Atikolu 2(1) l-istandards bażiċi ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

EN OSI 3746:1995

jistgħu ġeneralment jintużaw mas-supplimenti ġenerali li ġejjin:

1.   Inċertezza ta' kejl

Inċertezzi ta' kejl mhumiex meħuda in konsiderazzjoni fil-qafas ta' proċeduri ta' konformitá ta' stima fil-fażi ta' tfassil.

2.   Operazzjoni ta' sorsi matul prova

2.1.   Veloċità ta' fann

Jekk il-magna tat-tagħmir jew is-sistema idrawlika hija mwaħħla ma' fann(ijiet) għandha topera matul il-prova. Il-veloċitá ta' fann hija, skond waħda mill-kondizzjonijet li ġejjin, stabbiliti u magħmula mill-produttur tat-tagħmir u għandhom jidhru fir-rapport tal-prova, din il-veloċitá tkun użata f'aktar tkejjil.

(a)  Qawwa tal-fann direttament konnessa mal-magna

Jekk il-qawwa tal-fann hija direttament konnessa mal-magna u/jew tagħmir idrawliku (eż. b' belt drive) għandu jopera waqt il-prova.

(b)  Qawwa ta' fann b' xi wħud minn veloċitajiet distinti

Jekk il-fann jista' jaħdem b' xi wħud minn veloċitajiet distinti l-prova għandha ssir jew

 bil-veloċitá ta' ħidma massima tagħha, jew

 fl-ewwel test bil-fann issetjat fuq veloċitá żero bit-tieni prova ssetjata f'veloċità massima. Il-livell ta' pressjoni ta' ħoss LPA li jirriżulta għandu jkun ikkalkulat billi jikkombinaw iż-żewġ riżultati tal-provi billi tintuża l-ekwazzjoni li ġejja:

 

image

 fejn:

 LpA,0 % hu l-livell ta' pressjoni ta' ħoss determinat bil-fann issetjat f'veloċitá żero

 LpA,100 % hu l-livell ta' pressjoni ta' ħoss determinat bil-fann issettjat fuq veloċitá massima.

(ċ)  Qawwa ta' fann b'veloċitá kontinwa varjabbli

Jekk il-fann jista' jaħdem f'veloċitá kontinwa varjabbli, il-prova għandha ssir jew skond 2.1(b) jew bil-veloċitá ta' fann issettjat mill-produttur mhux anqas minn 70 % tal-veloċitá massima.

2.2.   Prova ta' tagħmir bil-qawwa ħieles minn tagħbija

Għal dawn il-miżuri, il-magna u s-sistema idrawlika tat-tagħmir għandha tkun imsaħħna skond l-istruzzjonijiet, u bżonnijiet ta' siġurtá għandhom ikunu osservati.

Il-prova hija magħmula bit-tagħmir f'posizzjoni stazzjonarja mingħajr ma jkun operat it-tagħmir li jaħdem jew il-mekkaniżmu ta' vjaġġar. Għall-għan tal-prova, il-magna tieqaf topera b'inqas mill-veloċitá b'rata li tikkorispondi għal qawwa netta ( 18 ).

Jekk il-magna hija mħaddma b'ġeneratur jew mill-mains, il-frekwenza tal-provista tal-kurrent, speċifikata mill-mutur mill-produttur, għandha tkun stabbilita f' ± 1 Hz jekk il-magna hija mgħammra b'mutur b'induzzjoni u l-provvista tal-vultaġġ f' ± 1 % tal-vultaġġ bir-rata jekk il-magna hija mgħammra b'mutur li jista' jinbidel. Il-provvista ta' vultaġġ huwa mkejjel bi plakka ta' kejbel jew ħabel li ma jinqalax, jew f'daħla tal-magna jekk kejbel li jinqala huwa pprovdut. Il-waveform tal-kurrent fornut mill-ġeneratur għandha tkun simili għal dik miksuba mill-mains.

Jekk il-magna taħdem bil-batterija, il-batterija għandha tkun iċċarġjata kollha.

Il-veloċitá wżata u l-qawwa netta li tikkorispondi huma stabbiliti mill-produttur tat-tagħmir u għandu jidher fir-rapport tal-prova.

Jekk it-tagħmir huwa mwaħħal ma' xi wħud mill-magni, għandhom jaħdmu fl-istess ħin matul il-provi. Jekk dan mhux possibbli, kull kombinazzjoni possibbli ta' magna(i) għandha tkun ipprovata.

2.3.   Prova ta' tagħmir bil-qawwa taħt tagħbija

Għal dawn il-miżuri, il-magna (mezz li ssuq) u sistema idrawlika tat-tagħmir għandhom jissaħħnu skond l-istruzzjonijet, u bżonnijiet ta' sigurtá għandhom jkunu osservati. L-ebda mezz ta' sinjal bħal ħorn ta' twissija jew apparat ta' reverse ta' allarm li jgħarraf għandu jkun operat matul il-prova.

Il-veloċitá tat-tagħmir matul il-prova għandu jkun irreġistrat u jidher fir-rapport tal-prova.

Jekk it-tagħmir huwa mwaħħal ma' xi wħud mill-magni u/jew jaggregaw għandhom jaħdmu fl-istess waqt matul il-provi. Jekk dan mhux possibbli, kull kombinazzjoni ta' magna(i) possibbli u/jew aggregati għandhom ikunu pprovati.

Għal kull tip ta' tagħmir li għandu jkun ipprovat taħt tagħbija, kondizzjonijet operattivi speċifiċi għandhom jitniżżlu li għandhom, fi prinċipju, jipproduċu effetti u stressijiet simili għal dawk li jiltaqgħu magħhom taħt kondizzjonijet ta' ħidma attwali.

2.4.   Prova ta' tagħmir li jinżamm fl-idejn

Kondizzjonijiet operatttivi konvenzjonali għal kull tip ta' tagħmir li jinżamm fl-idejn għandhom jitniżżlu li jipproduċu effetti u stressijiet simili għal dawk li għaddew taħt kondizzjonijet ta' ħidma attwali.

3.   Kalkolu ta' livell ta' pressjoni ta' ħoss tal-wiċċ

Il-livell ta' pressjoni ta' ħoss tal-wiċċ għandu jkun determinat ta' l-inqas tliet darbiet. Jekk ta' l-inqas tnejn mill-valuri determinati ma jinbidlux b'aktar minn 1 dB, aktar miżuri għandhom ikunu meħtieġa, jew inkella l-miżuri għandhom jitkomplew sakemm żewġ valuri li jinbidlu b'mhux aktar minn 1 dB huma miksuba. Il-livell ta' pressjoni ta' ħoss ta' wiċċ A-mkejjel li għandu jintuża biex ikun ikkalkulat il-livell ta' qawwa ta' ħoss huwa mezz aritmetiku ta' l-għola żewġ valuri li ma jinbidlux b'aktar minn 1 dB.

4.   Informazzjoni li għandha tkun irrapportata

Il-livell ta' qawwa ta' ħoss A-mkejjel tas-sorsi taħt prova għandu jkun irrapportat lejn l-aktar numru sħiħ (anqas minn 0,5 jintuża l-iktar numru baxx; aktar minn jew ugwali għal 0,5 jintuża l-għola numru).

Ir-rapport għandu jkun fiħ it-tagħrif tekniku neċessarju biex jidentifika s-sorsi taħt prova kif ukoll il-kodiċi ta' prova ta' ħoss u t-tagħrif akustiku.

5.   Posizzjonijiet ta' mikrofonu addizjonali tal-wiċċ emisferiku ta' tkejjil (EN OSI 3744:1995)

Barra l-klawsoli 7.2.1 u 7.2.2 ta' EN OSI 3744:1995 sett ta' 12-il mikrofonu fuq il-wiċċ emisferiku tat-tkejjil jistgħu jintużaw. Il-lok ta' posizzjonijiet ta' 12-il mikrofonu mqassma fuq il-wiċċ ta' emisferu ta' radius r huma elenkati fil-forma ta' koordinati Kartesjani fit-tabella li ġejja. Ir-radius r ta' l-emisferu għandu jkun ugwali jew akbar mid-doppju mill-aktar dimensjoni tar-referenza parallelpiped. Ir-referenza parallelpiped hija definita bħala l-iżgħar parallepiped rektangolari possibbli li tagħlaq it-tagħmir (mingħajr twaħħil) u tispiċċa fuq il-pjan riflettiv. Ir-radius ta' l-esmisferu għandu jkun ittondjat lejn l-aktar numru għoli tal-valuri li ġejjin: 4, 10, 16 m.

In-numru (12) tal-mikrofoni jistgħu jitnaqqsu għal sitta, imma l-posizzjonijiet tal-mikrofonu 2,4,6,8,10 u 12 segwiti mill-bżonnijiet ta' klawsola 7.4.2 of EN OSI 3744:1995 għandhom jintużaw fi kwalunkwe każ.

Ġeneralment l-arranġament mas-sitt posizzjonijiet ta' mikrofoni fuq wiċċ emisferiku ta' tkejjil għandu jintuża. Jekk m' hemmx speċifikazzjonijiet oħra mniżżla f'kodiċi ta' prova ta' ħoss f'din id-Direttiva għal tagħmir speċifiku, dawn l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jintużaw.



TABELLA

Koordinati tal-posizzjonijiet ta' 12-il-mikrofonu

Numru ta' mikrofonu

x/r

y/r

z

1

1

0

1,5 m

2

0,7

0,7

1,5 m

3

0

1

1,5 m

4

-0,7

0,7

1,5 m

5

-1

0

1,5 m

6

-0,7

-0,7

1,5 m

7

0

-1

1,5 m

8

0,7

-0,7

1,5 m

9

0,65

0,27

0,71 r

10

-0,27

0,65

0,71 r

11

-0,65

-0,27

0,71 r

12

0,27

-0,65

0,71 r

6.   Korrezzjoni ambjentali K2A

Tagħmir għandu jkun imkejjel fuq wiċċ riflettiv ta' konkrit jew asfalt mhux porus, mill-korrezzjoni ambjentali K2A huwa ssettjat għal K2A = 0. Jekk m' hemmx speċifikazzjonijiet oħra mniżżla f'kodiċi ta' prova ta' ħoss ta' din id-Direttiva għal tagħmir speċifiku, dawn l-ispeċifikazzjonijet għandhom jintużgħu.

Figura

Mikrofonu addizzjonali jitqiegħdu f'ordni fuq l-emisferu (posizzjoniet ta' 12-il mikrofonu)

image




PARTI B

KODIĊI TA' PROVA GĦAL TAGĦMIR SPEĊIFIKU

0.   TAGĦMIR LI HUWA PPRUVAT ĦIELES MINN TAGĦBIJA

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

Wiċċ riflettiv ta' konkrit jew asfalt mhux porus

Korrezzjoni ambjentali K2A

K2A = 0

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

(i) Jekk l-akbar dimensjoni tar-referenza parallepiped ma taqbiżx 8 m:

emisferu/sitt posizzjonijiet ta' mikrofonu skond Parti A oġġett 5/skond Parti A oġġett 5

(ii) Jekk l-akbar dimensjoni tar-referenza parallepiped taqbiżx 8 m:

parallepiped skond OSI 3744:1995 b'distanza ta' kejl d = 1 m

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova ħielsa ta' tagħbija:

Il-provi tal-ħoss għandhom isiru skond Parti A oġġett 2.2

Perjodu(i) ta' osservazzjoni/determinazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta jekk aktar minn kondizzjoni operattiva waħda hija wżata

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandhom ikunu ta' l-inqas 15-il sekonda

1.   PJATTAFORMI TA' AĊĊESS TA' L-ARJA B' MAGNA TA' KOMBUSTJONI

Ara Nru 0

2.    CUTTERS BI XKUPILJA

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

OSI 10884:1995

Wiċċ ta' tkejjil/ numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' tkejjil

OSI 10884:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

OSI 10884:1995, punt 5.3

Perjodu(i) ta' osservazzjoni

OSI 10884:1995

3.   TALJOLI TA' BENNEJJA GĦAT-TRASPORT TA' OĠĠETTI

Ara Nru 0

Iċ-ċentru ġeometriku tal-magna għandu jkun posizzjonat fuq iċ-ċentru ta' l-emisferu; il-lift għandu jimxi mingħajr tagħbija u jħalli l-emisferu - jekk neċessarju - f'direzzjoni ta' punt 1

4.   MAGNI TA' SERRIEQ TA' POST TAL-BINI

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

OSI 7960:1995, Anness J b' d = 1 m

Kondizzjonijiet operattivi matul test

Prova taħt tagħbija

Jikkorrispondi għal OSI 7690:1955, Anness J (punt J2(b)biss)

Perjodu ta' osservazzjoni

Jikkorrispondi għal OSI 7960:1955, Anness J

5.   BANKIJIET TA' SERRIEQ ĊIRKULARI F'POST TA' BINI

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/ distanza ta' kejl

OSI 7960:1995, Anness A, distanza ta' kejl d = 1 m

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

OSI 7960:1995, Anness A (punt A2(b)biss)

Perjodu ta' osservazzjoni

OSI 7960:1995, Anness A

6.    CHAIN SAWS, TA' L-IDEJN

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

OSI 9207:1995

Wiċċ ta' prova/numru ta'posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

OSI 9207:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt taħbija/Prova ħielsa ta' tagħbija

Tagħbija sħiħa ta' segatura ta' injam/magna f'revoluzzjoni massima mingħajr tagħbija

(a) magna li taħdem b'kombustjoni: OSI 9207:1995 punti 6.3 u 6.4

(b) li taħdem b'mutur ta' l-elettriku: prova li tikkorisspondi għal OSI 9207:1995 punt 6.3 u prova bil-mutur f'revoluzzjoni massima mingħajr tagħbija

Perjodu(i) ta' osservazzjoni/determinazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta jekk aktar minn kondizzjoni operattiva waħda hija wżata

OSI 9207:1995 punt 6.3 u 6.4

Il-livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta LWA hu kkalkulat b':

image

fejn LW1 u LW2 huma l-livelli medji ta' qawwa ta' ħoss taż-żewġ modi differenti ta' operazzjoni msemmija aktar ‘il fuq

7.    FLUSHERS TA' PRESSJONI GĦOLJA KKOMBINATA U VETTURI TA' ĠBID

Jekk huwa possibbli biex joperaw iż-żewġ oġġetti fl-istess ħin, dan għandu jsir skond Nru 26 u 52. Jekk le, għandhom jitkejjlu separatament u l-għola valuri għandhom ikunu stabbiliti

8.   MAGNI LI JGĦAQQDU FLIMKIEN

(i)   ROMBLI LI MA JIVVIBRAWX

Ara Nru 0

(ii)   ROMBLI LI JIVVIBRAW GĦAL OPERATURI LI JIRKBU

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

Ir-romblu li jivvibra għandu jkun installat fuq materjal(i) elastiku(ċi) xieraq wieħed jew aktar bħal kuxxinett ta' l-arja. Dawn il-kuxxinetti ta' l-arja għandhom ikunu magħmula minn materjal imrattab (bl-elastiku jew simili) u għandhom jintefħu għal pressjoni li tassigura li l-magna hija elevata b'ta' l-inqas 5ċm; effetti resonanti għandhom ikunu evitati. Id-dimensjoni tal-kuxxinett(i) għandhom ikunu b'mod li l-istabbilità tal-magna taħt prova hija assigurata

Prova taħt tagħbija

Il-magna għandha tkun ipprovata f'posizzjoni stazzjonarja bil-magna f'veloċitá b'rata ta' (stabbilità mill-produttur) u l-mekkaniżmu(i) li jiċċaqalqu maqtugħa. Il-mekkaniżmu li jgħaqqad flimkien għandu jkun operat billi jintuża qawwa massima ta' tagħqid flimkien korrespondenti għall-kombinazzjoni tal-frekwenza għolja u l-aktar kobor għoli possibbli għal dik il-frekwenza kif iddikjarata mill-produttur

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

(iii)   PJANĊI LI JIVVIBRAW, MADAFFI LI JIVVIBRAW, MADAFFI ESPLOSSIVI U ROMBLI LI JIVVIBRAW LI JIMXU FUQ WARA

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

EN 500-4 rev. 1:1998, Anness Ċ

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

EN 500-4 rev. 1:1998, Anness Ċ

Perjodu ta' osservazzjoni

EN 500-4 rev. 1:1998, Anness Ċ C

9.   KOMPRESSURI

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Wiċċ ta' kejl, numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

emisferu/sitt posizzjonijiet ta' mikrofonu skond Parti A oġġett 5/skond parti A oġġett 5

jew

parallelepiped skond OSI 3744:1995 b'distanza ta' kejl d = 1 m

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

Il-kompressuri għandu jkunu nstallati fuq pjan riflettiv; kompressuri b'montatura ta' skiddjar għandhom jitqiegħdu fuq appoġġ 0,40 għoli, sakemm meħtieġ mod ieħor mill-kondizzjonijiet tal-produttur ta' installazzjoni.

Prova taħt tagħbija

Il-kompressur taħt prova għandu jissaħħan u jopera f'kondizzjonijiet stabbli għall-operazzjoni kontinwa. Għandu jkun eżaminat u mgħoti ż-żejt sewwa kif speċifikat mill-produttur

Id-determinazzjoni tal-livell ta' qawwa tal-ħoss għandha tkun magħmula f'tagħbija sħiħa jew f'kondizzjoni operattiva li hija riproduċibbli u hija rappreżentattiva ta' l-operazzjoni l-aktar storbjuża ta' użu tipiku tal-magna taħt prova, kwalunkwe waħda li hija storbjuża

Jekk it-tifrix tal-pjan komplet jkun b'mod li ċertu komponenti, eż. inter-coolers huma immuntati ‘l bogħod mill-kompressur, għandhom isiru azzjonijiet biex jisseparaw il-ħoss ġenerat minn partijiet bħal dawn meta ssir il-prova ta' ħoss Separazzjoni ta' varji sorsi ta' ħoss tista' teħtieġ tagħmir speċjali għat-tnaqqis ta' ħoss minn dawn is-sorsi matul il-kejl. Il-karatteristiċi ta' ħoss u deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet operattivi ta' partijiet bħal dawn għandhom jingħataw separatament fir-rapport tal-prova

Matul il-prova l-gass li joħroġ mill-kompressur għandu jkun ippajpjat ċar miż-żona tal-prova. Għandha tittieħed kura biex tassigura l-ħoss ġenerat mill-gass li qed joħroġ huwa ta' l-inqas 10 dB anqas mill-ħoss li għandu jitkejjel fil-postijiet kollha ta' kejl (eż. billi jitwaħħal silencer

Għandha tittieħed kura li l-arja li toħroġ ma tintroduċix ħoss żejjed minħabba turbolenza fil-valve li joħroġ ta' kompressur

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

10.   TKISSIR U ĠBIR TA' KONKRIT, BL-IDEJN

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

Emisferu/numru ta' posizzjonijiet ta' sitt mikrofoni skond Parti A oġġett 5 u t-tabella li ġejja/ skond il-massa ta' tagħmir kif mogħtija fit-tabella li ġejja:



Massa ta' tagħmir m f'kg

Radius ta' emisferu

z għal posizzjonijiet ta' mikrofonu 2, 4, 6 u 8

m < 10

2 m

0,75 m

m = 10

4 m

1,50 m

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

L-apparati kollha għandhom ikunu pprovati f'posizzjoni vertikali

Jekk l-apparat ta' prova għandu ħruġ ta' arja, l-assijiet tiegħu għandhom ikunu ekwidistanti minn żewġ posizzjonijiet ta' mikrofonu. Il-ħoss tal-power supply m'għandux jinfluwenza l-kejl ta' l-emissjoni ta' ħoss mill-apparat ipprovat

Appoġġ ta' l-apparat

L-apparat għandu jkun akkopjat matul il-prova ma' għodda ingastata fi blokk ta' konkrit f'forma ta' kubu mqiegħda f'fossa ta' konkrit, mgħarqa fl-art. Biċċa ta' azzar intermedjarja tista' tkun imdaħħla waqt provi bejn l-apparat u l-għodda ta' appoġġ. Din il-biċċa intermedjarja għandha tifforma struttura stabbli bejn l-apparat u l-għodda ta' appoġġ. Figura 10.1 tinkorpora dawn il-bżonnijiet

Karatteristiċi ta' blokka

Il-blokka għandha tkun f'forma ta' kubu 0,60 m ± 2 mm twila fit-tarf u kemm jista' jkun possibbli regolari; għandha tkun magħmula minn konkrit rinforzat u perfettament vibrati f'safef sa 0,20 m biex tkun evitata fond eċċessiv.

Kwalitá tal-konkrit

Il-kwalitá tal-konkrit għandha tikkorrispondi għal C 50/60 ta' ENV 206

Il-kubu għandu jkun rinforzat b'vireg ta' l-azzar ta' 8 mm mingħajr irbit, kull virga tkun indipendenti mill-oħra; il-kunċett ta' tifsil huwa llustrat f'Figura 10.2

Għodda ta' appoġġ

L-għodda għandha tkun magħluqa fil-blokka u għandu jkun fiha madaffa ta' mhux anqas minn 178 mm jew mhux aktar minn 220 mm dijametru u komponent ta' għodda fit-torn biex iżomm marbut magħha ħaġa li trid tkun intornjata identika għal dik normalment użata ma' l-apparat li qed ikun ipprovat u jaqbel ma' OSI 1180:1983, imma twila biżżejjed biex iħallu l-prova prattika ssir

Għandu jsir trattament addattat biex jintegra ż-żewġ komponenti. L-għodda għandha titwaħħal fil-blokka sabiex il-qiegħ tal-madaffa hu 0,30 m mill-wiċċ ta' fuq tal-blokka (ara Figura 10.2)

Il-blokka għandha tibqa' mekkanikament taħdem, partikolarment fil-punt fejn l-għodda ta' appoġġ u l-konkrit jiltaqgħu. Qabel u wara kull prova, għandha jkun stabbilit li l-għodda maqfula fil-blokka tal-konkrit hija ntegrata magħha

Posizzjoni tal-kubu

Il-kubu għandu jkun issettjat f'fossa bis-siment kullimkien, kopert minn irħama li tgħatti ta' l-inqas100 kg/m2, kif indikata f'Figura 10.3, sabiex il-wiċċ ta' fuq ta' l-irħama li tgħatti hu lixx ma' l-art. Biex ikun evitat ħoss parasitiku, il-blokka għandha tkun insulata kontra l-qiegħ u l-ġnub tal-fossa bi blokkok elastiċi, ta' liema l-frekwenza wieqfa m' għandiex tkun aktar minn nofs ir-rata ta' sinjal ta' l-apparat ipprovata, espress bħala daqqa kull sekonda

Il-ftuħ fl-irħama li tgħatti tul liema il-komponent ta' għodda fit-torn biex iżomm marbut magħha ħaġa li trid tkun intornjata tgħaddi għandha tkun żgħira kemm jista' jkun possibbli u magħluqa b'ġonta sound-proof flessibbli

Prova taħt tagħbija

L-apparat ipprovat għandu jkun konness ma' l-għodda ta' appoġġ

L-apparat ipprovat għandu jkun operat f'kondizzjonijiet stabbli li jkollhom l-istess stabbilitá akustika bħal f'servizz normali

L-apparat ipprovat għandu jkun operat f qawwa massima speċifikata fl-istruzzjonjiet fornuti lix-xerrej

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

Figura 10.1

Stampa skematika ta' biċċa intermedjarja

image

Figura 10.2

Blokka ta' prova

image

Figura 10.3

Mezz ta' prova

image

Il-valur ta' A għandu jkun dak li l-irħama li tgħatti li sserraħ fuq il-ġonta elastika J hija lixxa ma' l-art

11.    MIXERS TAL-KONKRIT JEW ĠIR TAT-TIKĦIL

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

Il-mezz ta' taħlit (travu) għandu jimtelá sar-rata ta' kapaċitá tiegħu b'ramel mfarrak ta' 0 sa 3 mm, l-umditá għandha tkun 4 sa 10 %

Il-mezz ta' taħlit għandu jkun operat ta' l-inqas fil-veloċitá b'rata

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

12.   WINĊIJIET TA' KOSTRUZZJONI

Ara Nru 0

Iċ-ċentru ġeometriku tal-magna għandu jkun posizzjonat fuq iċ-ċentru ta' emisferu; il-winċ għandu jkun imqabbad imma l-ebda tagħbija m' għandha tkun applikata

13.   MAGNI TA' TWASSIL U SPREJAR GĦAL KONKRIT U ĠIR TA' TKAĦĦIL

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Jekk il-magna hija mgħammra bi travu, dan huwa ssettjat wieqaf u l-pajp għandu jkun immexxi lura għall-lembut li jimla. Jekk dan mhux il-każ il-magna għandha tkun mgħammra b'pajp orizzontali ta' l-inqas 30 m li jmexxi lura għal-lembut li jimla

Prova taħt tagħbija

(i) Għal magni li jwasslu u jisprejaw konkrit:

Is-sistema ta' twassil u l-pajp għandhom jimtlew b'mezz simili għal konkrit, is-siment ikun mibdul b'taħlita, eż. rmied fin Il-magna għandha topera fil-produzzjoni massima tagħha, il-perjodu ta' ċiklu wieħed li jaħdem li ma jkunx aktar minn 5 sekondi(jekk jinqabeż dan il-perjodu, l-ilma għandu jkun magħqud mal-“konkrit” sabiex jilħaq dan il-valur.

(ii) Għal magni li jwasslu u jisprejaw ġir tat-tikħil:

Is-sistema ta' twassil u l-pajp għandhom jimtlew b'mezz simili għal ġir ta' tikħil mitmum. Il-magna għandha topera fil-produzzjoni massima tagħha, il-perjodu ta' ċiklu wieħed li jaħdem ma jkunx aktar minn 5 sekondi (jekk jinqabeż dan il-perjodu, għandu jiżdied ilma mal-“ġir tat-tikħil” sabiex jilħaq il-valur tiegħu

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu ta' l-anqas ikun 15-il sekonda

14.   ĊINTORINI TA' TWASSIL

Ara Nru 0

Iċ-ċentru ġeometriku tal-magna għandu jitqiegħed fuq Iċ-ċentru tal-emisferu, Iċ-ċinturin għandu jimxi mingħajr tagħbija u jħalli l-emisferu, jekk meħtieġ fid-direzzjoni ta' punt 1

15.   TGĦAMMIR FIL-VETTURI BIEX IKESSAĦ

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

It-tagħmir li jkessaħ għandu jkun installat fi spazju ta' tagħbija rejali jew simulata u jkun ikkontrollat f'posizzjoni stazzjonarja fejn l-għoli tat-tagħmir li jkessaħ għandu jkun rappresentattiv ta' bżonnijiet ta' l-installazzjoni maħsuba skond l-istruzzjonijiet fornuti lix-xerrejja. Is-sors ta' qawwa tat-tagħmir li jkessaħ għandu jopera b' rata li tikkawża veloċitá massima tal-kompressur li jkessaħ u l-fann speċifikat fl-istruzzjonijiet. Jekk it-tagħmir li jkessaħ huwa maħsub biex ikun potenzat b'magna li taħdem tal-vettura l-magna m'għandhiex tintuża matul il-prova u t-tagħmir li jkessaħ għandu jkun imqabbad ma' sorsi ta' qawwa elettrika addatata. Unitajiet ta' tractor li jitneħħew għandhom jitneħħew waqt il-prova

Tagħmir li jkessaħ installat f'unitajiet ta' refriġirazzjoni ta' spazju ta' tagħbija li għandhom għażla ta' sorsi ta' qawwa differenti għandhom jkunu pprovati separatament għal kull sors ta' qawwa. Ir-riżultat ta' prova rraportata għandu bħala minimu jirrifletti l-mod ta' operazzjoni li jikkonduċi għal produzzjoni ta' ħoss massimu

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu ta' l-inqas ikun 15-il sekonda

16.   DOŻATURI

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

OSI 6395:1988

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

OSI 6395:1988.

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

Dożaturi li jitkaxkru għandhom ikunu pprovati fil-post ta' prova li jikkorispondi għal punt 6.3.3 ta' OSI 6395:1988

Prova taħt tagħbija

OSI 6395:1988, Anness B

Perjodu(i) ta' osservazzjoni u konsiderazzjoni ta' kondizzjonijiet operattivi differenti, jekk hemm

OSI 6395:1988, Anness B

17.   MANUVRI TA' TĦAFFIR

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

EN 791:1995, Anness A

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

18.   DUMPERS

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

OSI 6395:1988

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

OSI 6395: 1988

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

OSI 695:1998 ekwivalenti, Anness Ċ, ma' l-emendi li ġejjin:

Ċ 4.3, it-tieni paragrafu huwa mibdul b':

“Il-magna għandha tkun operata fil-veloċitá li tmexxi massima tagħha (inattivitá għolja). Il-kontroll ta' trasmissjoni għandu jkun issettjat fuq neutral Ġib il-barmil għal posizzjoni mxengla (tiżvojta) sa xi 75 % tal-moviment tagħha massima u tirritorna għal posizzjoni li tivjaġġa tliet darbiet. Din is-segwenza ta' każijiet hija kkunsidrata biex tkun ċiklu singolu għal mod idrawliku stazzjonarju.

Jekk l-ebda qawwa ta' magna hija wżata biex ixxengel il-barmil, il-magna għandha tkun operata f'veloċitá inattiva bit-trasmissjoni fuq neutral. Il-kejl għandu jsir mingħajr ma jixxengel il-barmil, il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun 15-il sekonda.”

Perjodu(i) ta' osservazzjoni/determinazzjoni ta' livell ta' qawwa li jirriżulta jekk aktar minn kondizzjoni operattiva hija wżata

OSI 6395:1988, Anness Ċ

19.   TAGĦMIR GĦAL TAGĦBIJA U ĦATT TA' TANKIJIET JEW SILOS FUQ TRAKKIJIET

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

It-tagħmir għandu jkun ikkontrollat mat-trakk f'posizzjoni stazzjonarja. Il-magna li tħaddem it-tagħmir għandha topera f'veloċitá li tikkawża l-produzzjoni massima tat-tagħmir speċifikat fl-istruzzjonijiet fornuti lill-xerrej

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

20.   SKAVATURI

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

OSI 6395:1988

Wiċċ tal-kejl/numru ta' posizzjonjiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

OSI 6395:1988.

Kondizzjonijet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

OSI 6395:1988, Anness A

Perjodu(i) ta' osservazzjoni/determinazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta jekk aktar minn kondizzjoni operattiva waħda hija wżata

OSI 6395:1988, Anness A

21.   SKAVATURI-LI JGĦABBU

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona prova

OSI 6395:1988

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

OSI 6395:1988

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

OSI 6395:1988, Anness D

Perjodu(i) ta' osservazzjoni/determinazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta jekk aktar minn kondizzjoni operattiva waħda hija wżata

OSI 6395:1988, Anness D

22.   KONTENITURI TA' RIĊIKLAR TAL-ĦĠIEĠ

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Għall-għan ta' dan il-kodiċi ta' prova ta' ħoss il-livell ta' pressjoni ta' ħoss ta' każ singolu Lpls kif definit f'EN OSI 3744:1995 punt 3.2.2 huwa wżat f'kejl tal-livell ta' qawwa ta' ħoss fil-posizzjonijiet ta' mikrofonu

Korrezzjoni ambjentali K2A

Kejl fl-arja aperta

K2A = 0

Kejl fuq ġewwa

Il-valur tal-kostanti K2A, determinat skond l-Anness A sa EN OSI 3744:1995, għandu jkun = 2,0 dB f'liema każ K2A għandu jkun injorat

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Il-kejl ta' ħoss għandu jsir matul ċiklu komplet li jibda b' kontenitur vojt u kompletat meta 120 flixkun intremew fil-kontenitur

Il-fliexken tal-ħġieġ huma msemmija kif ġejjin:

 kappaċitá: 75 cl

 massa: 370 ± 30 g.

L-operatur tal-prova jżomm kull flixkun mill-għonq u bil-qiegħ lejn il-ftugħ tal-mili u imbagħad jimbuttaħ ġentilment tul l-apertura fid-direzzjoni taċ-ċentru tal-kontenitur, jevita jekk possibbli l-flixkun jaħbat mal-ħitan. Apertura ta' mili waħda biss hija wżata biex jintefgħu l-fliexken u huwa l-wieħed viċin il-posizzjoni ta' mikrofonu 12

Perjodu(i) ta' osservazzjoni/determinazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta jekk aktar minn kondizzjoni operattiva waħda hija wżata

Il-livell ta' pressjoni ta' ħoss b'kaz singolu mkejjel-A huma preferribbliment mkejla flimkien f'sitt posizzjonijiet ta' mikrofonu għal kull flixkun mitfuħ fil-kontenitur

Il-livell ta' qawwa ta' ħoss f'każ singolu mkejjel-A medju fuq wiċċ ta' kejl huwa kkalkulat skond EN OSI 3744:

Il-livell ta' pressjoni ta' ħoss f'każ-singolu ta' kejl-A medju fuq kollox 120 flixkun mitfugħa huwa kkalkulat bħala mezz logaritmiku tal-livelli ta' pressjoni ta' ħoss f'każ-singolu ta' kejl A medju fuq il-wiċċ ta' kejl

23.   GRADATURI

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' ħoss

OSI 6395:1988

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/ distanza ta' kejl

OSI 6395:1988

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

Jikkorrispondi għal OSI 6395:1988, Anness B

Perjodu(i) ta' osservazzjoni/determinazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżultaw jekk aktar minn kondizzjoni operattiva waħda hija wżata

OSI 6395:1988, Anness B

24.   TRIMJATURI TA' ĦAXIX/TRIMJATURI TA' TARF TA' ĦAXIX

Ara Nru 2

It-trimmer għandu jkun posizzjonat b'mezz addattat f'dak il-mod li il-mezz ta' qtugħ tiegħu huwa fuq iċ-ċentru ta' l-emisferu. Għat-trimjaturi tal-ħaxix, iċ-ċentru tal-mezz ta' qtugħ għandu jinżamm f'distanza ta' xi 50 mm fuq il-wiċċ. Sabiex jakkomodaw ix-xfafar ta' qtugħ, trimjaturi ta' tarf ta' ħaxix għandhom ikunu posizzjonati viċini kemm jista' jkun għall-wiċċ ta' prova

25.   TRIMJATURI TA' ĦAJT TAL-ĦAXIX

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

OSI 11094:1991

F'kaz li ma jkunx hemm qbil, għandu jsir kejl fl-arja aperta fuq il-wiċċ artifiċjali (punt 4.1.2 ta' OSI 11094:1991)

Korrezzjoni ambjentali K2A

Kejl fl-arja aperta

K2A = 0

Kejl ġewwa

Il-valur tal-K2A kostanti, determinat mingħajr wiċċ artifiċjali u skond l-Anness A għal EN OSI 3744:1995, għandu jkun = 2,0 dB, f'liema każ K2A għandu jkun injorat

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/ distanza ta' kejl

OSI 11094:1991

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

It-trimmjatur ta' ħajt ta' ħaxix għandu jinżamm fil-manjiera naturali għall-użu normali jew b'persuna jew b'mezz addattat b'mod li l-mezz tiegħu li jaqta' ikun fuq iċ-ċentru ta' l-emisferu

Prova taħt tagħbija

Il-klipper tal-ħajt tal-ħaxix għandu jkun operat fil-veloċitá nominali tiegħu bil-mezz ta' qtugħ li jaqtá

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

26.    FLUSHERS TA' PRESSJONI GĦOLJA

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

Il-flusher ta' pressjoni għolja għandu jkun provat f'posizzjoni stazzjonarja. Il-magna u unitajiet awżiljarji joperaw f'veloċitá pprovduta mill-produttur għall-operazzjoni tat-tagħmir li jaħdem; il-pompa(i) ta' pressjoni għolja hija (huma) f'veloċitá massima tagħha (tagħhom) u pressjoni operattiva pprovduta mill-produttur. Tintuża żennuna addatata l-valve ta' tnaqqis pressjoni għandha tkun fuq il-ponta ta'rejazzjoni. Il-ħoss ta' fluss taż-żennuna m' għandhomx ikollhom l-ebda influwenza fir-riżultati tal-kejl

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 30 sekonda

27.   MAGNI TA' ĠETTIJIET TA' L-ILMA TA' PRESSJONI GĦOLJA

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Wiċċ ta' kejl/ numru ta' posizzjonijiet ta' numru/distanza ta' kejl

Parallelepiped/skond EN OSI 3744:1995 b'distanza ta' kejl d = 1 m

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

Il-magna ta' ġett ta' l-ilma bi pressjoni għolja għandha tkun installata fuq pjan riflessiv; magni immontati bi skidjaturi għandhom jitqiegħdu fuq appoġġ 0,40 għoli, sakemm mhux meħtieġ mod ieħor mill-kondizzjonijiet ta' installazzjoni tal-produttur

Prova taħt tagħbija

Il-magna ta' pressjoni għolja li tnaddaf għandha tinġieb fl-istat wieqaf tagħha fi ħdan il-varjetá speċifikata mill-produttur Waqt il-prova ż-żennuna għandha tkun akkopjati mal-magna ta' tindif ta' pressjoni għolja li tikkawża l-għola pressjoni jekk użata skond l-istruzzjonijiet tal-produttur

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

28.   MARTELLI IDRAWLIĊI

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

Emisferu/ sitt posizzjonijiet ta' mikrofonu skond Parti A, oġġett 5/r = 10 m

Kondizzjonijiet operattivi matul provi

Immuntar tat-tagħmir

Għal prova l-martell huwa mehmuż mat-trasportatur u għandha tintuża struttura ta' blokka speċjali ta' prova. Figura 28.1 tagħti l-karatteristiċi ta' din l-istruttura u Figura 29.2 turi il-posizzjoni tat-trasportatur

Trasportatur

It-trasportatur għall-martell tal-prova għandu jilħaq il-bżonnijiet tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-martell tal-prova speċjalment f'varjetá ta' kejl, qawwa ta' produzzjoni idrawlika, forniment ta' fluss ta' żejt u qawwa ta' linja ta' ritorn lura

Immuntar

Immuntar mekkaniku kif ukoll konnessjonijiet (pajpijiet…) għandhom jikkorispondu ma' l-ispeċifikazzjonijiet mogħtija fit-tagħrif tekniku tal-martell. Il-ħoss sinifikattiv kollu minn pajpijiet u komponenti mekkaniċi varji bżonnjużi għall-installazzjoni, għandhom ikunu eliminati Il-konnessjonijiet komponenti kollha għandhom jintrabtu sew

Stabbilitá ta' martell u forza ta' żamma statika

Il-martell għandu jinżamm b'mod sod ‘l isfel mit-trasportatur sabiex jingħata l-istess stabbilitá bħal dik eżistenti taħt kondizzjonijiet operattivi normali. Il-martell għandu jkun operat b'posizzjoni wieqfa

Għodda

Għodda li taqta' għandha tintuża fil-kejl. It-tul ta' l-għodda għandha tilħaq il-bżonnijiet mogħtija f'Figura 28.1 (blokka ta' prova)

Prova taħt tagħbija

Qawwa ta' produzzjoni idrawlika u fluss taż-żejt

Kondizzjonijiet operattivi tal-martell idrawliku għandu jkun irranġat b'mod xieraq, imkejjel u rraportat matul il-valuri tekniċi ta' speċifikazzjoni li tikkorespondi Il-martell taħt prova għandu jintuża f'dak il-mod li 90 % jew aktar tal-qawwa ta' produzzjoni idrawlika massima u fluss taż-żejt tal-martell jista' jintlaħaq

Għandha tittieħed kura li t-total ta' inċertezz tal-ktajjen ta' kejl ta' ps u Q tinżamm fi ħdan ± 5 %. Din tassigura d-determinazzjoni ta' qawwa idrawlika fi ħdan ± 10 % reqqa. Nassumu korrelazzjoni lineari bejn qawwa ta' produzzjoni idrawlika u qawwa ta' emissjoni ta' ħoss din għandha tfisser varjazzjoni ta' anqas

Komponenti aġġustabbli li jkollhom effett fuq il-qawwa tal-martell

Tqegħid minn qabel ta' l-akkumulaturi kollha, valves ċenrali tal-pressjoni u komponenti aġġustabli possibbli oħra għandhom jilħqu l-valuri mogħtija fit-tagħrif tekniku. Jekk aktar minn rata waħda ta' impatt fissa mhix obbligatorja, kejl għandu jsir billi jintużaw is-settijiet kollha. Valuri minimi u massimi huma ppreżentati

Kwantitajiet għandhom jitkejjlu



P s

Il-valur medju tal-pressjoni fina ta' forniment idrawliku waqt l-operazzjoni tal-martell ta' l-inqas 10 neffiħiet

Q

Il-valur medju tal-mogħdija tal-fluss ta' żejt imkejjel fl-istess ħin ma' ps

T

It-temperatura taż-żejt għandha tkun bejn + 40/+ 60 °C matur il-kejl. It-temperatura tal-korp idrawliku li jkisser kellha tkun stabbilizzata għal temperatura operattiva normali qabel ma jibda l-kejl

Pa

Il-pressjonijiet tal-gass mimli minn qabel ta' l-akkumulaturi kollha għandhom jitkejjlu f'sitwazzjoni statika (breaker mhux operattiv) f'temperatura ta' ambjent stabbli ta' + 15/ + 25 °C. It-temperatura ta' l-ambjent mkejla għandha tkun irreġistrata bil-pressjoni ta' akkumulatur imkejjel ta' gass mimli minn qabel

Parametri li għandhom jkunu evalwati mill-parametri operattivi mkejjla:

P IN Qawwa ta' produzzjoni idrawlika tal-breaker P IN = p s · Q

Kejl ta' pressjoni ta' linja ta' forniment idrawliku, Ps

  p s għandu jitkejjel viċin kemm jista' jkun għall-breaker IN-port

  p s għandu jitkejjel bi strument ta' pressjoni: 100 mm; klassi ta' reqqa ± 1,0 % FSO)

Breaker inlet oil flow, Q

 Q għandu jitkejjel minn linja ta' forniment ta' pressjoni viċin tal-breaker IN-port

 Q għandu jitkejjel b'metru ta' fluss (klassi ta' reqqa ± 2,5 % tal-qari ta' fluss)

Punt tal-kejl tat-temperatura taż-żejt, T

 T għandha titkejjel minn tank taż-żejt tat-trasportatur jew minn linja idrawlika konnessa mal-martell. Punt ta' kejl għandu jkun speċifikat fir-rapport

 reqqa tal-qari tat-temperatura għandha tkun fi ħdan tal-valur attwali

Perjodu ta' osservazzjoni/determinazzjoni tal-livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

Il-kejl għandu jkun rrepetut tliet darbiet, jew aktar jekk neċessarju. Ir-riżultat finali huwa kkalkulat bħal mezz aritmetiku ta' l-għola żewġ valuri li ma jinbidlux b'aktar minn 1dB

image

image

Definizzjonijiet



d

Dijametru ta' għodda(mm)

d 1

Dijametru ta' inkwina, 1 200 ± 100 mm

d 2

Dijametru ta' ġewwa ta' struttura ta' appoġġ ta' inkwina, = 1 800 mm

d 3

Dijametru tad-dekk tal-prova tal-blokka, = 2 200 mm

d 4

Dijametru tal-ftuħ ta' l-għodda fid-dekk, = 350 mm

d 5

Dijametru tas-siġill ta' l-għodda, = 1 000 mm

h 1

Tul viżibbli ta' l-għodda bejn il-parti l-aktar baxxa tal-housing u l-wiċċ ta' fuq tas-siġill ta' l-għodda (mm), h1 = d ± d/2

h 2

Ħxuna tas-siġill ta' l-għodda fuq id-dekk, = 20 mm (jekk l-għodda tinsab taħt id-dekk, il-ħxuna mhix limitata; tista' tkun magħmula minn lastku tar-rawgħa

h 3

Distanza bejn il-wiċċ ta' fuq tad-dekk u l-wiċċ ta' fuq ta' l-inkwina, 250 ± 50 mm

h 4

Ħxuna ta' siġill tad-dekk ta' isolament ta' lastku tar-rawgħa, = 30 mm

h 5

Ħxuna ta' l-inkwina, 350 ± 50 mm

h 6

Penetrazzjoni ta' l-għodda, = 50 mm

Jekk il-forma kwadratika ta' l-istruttura tal-blokka ta' prova hija wżata, id-dimensjoni ta' tul massimu ugwali 0,89 × dijametru li jikkorespondi

Il-post vojt bejn id-dekk u l-inkwina jista' jimtela b' lastku ta' rawgħa elastika jew materjal assorbenti ieħor, densitá < 220 kg/m3

29.   PAKKETTI TA' QAWWA IDRAWLIKA

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

Il-pakkett ta' qawwa idrawlika għandu jkun installat fuq il-pjan riflessiv; pakketti ta' qawwa idrawlika ta' mmuntar ta' skiddjar għandhom jitqiegħdu fuq appoġġ 0,40 għoli, sakemm ma jinħtieġx mod ieħor mill-kondizzjonijiet ta' installazzjoni ta' produttur

Prova taħt tagħbija

Waqt prova, l-ebda għodda m' għandha tkun akkopjata għal pakkett ta' qawwa idrawlika

Il-pakkett ta' qawwa idrawlika għandu jinġieb għall istat wieqaf tiegħu fi ħdan il-varjetá speċifikata mill-produttur. Għandha topera fil-veloċitá nominali tagħha u pressjoni nominali tagħha. Il-veloċitá u pressjoni nominali huma dawk li jidhru fl-istruzzjonijiet fornuti lix-xerrej

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

30.   GĦODDA KONĠUNTA LI TAQTA'

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

Għodda konġunta li taqta' għandha tkun mgħammra bl-iktar xafra kbira possibbli prevista mill-produttur fl-istruzzjonijiet fornuti lix-xerrej. Il-magna għandha topera fil-veloċitá massima tagħha bix-xafra wieqfa

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

31.   MAGNI LI JIKKUMPRESSAW SKART FLIMKIEN

Ara Nru 37

32.   MAGNI ĦASSADA TAL-ĦAXIX

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

OSI 11094:1991

Fil-kaz li ma jkunx hemm qbil, għandu jsir kejl fl-arja aperta fuq wiċċ artifiċjali (punt 4.1.2 ta' OSI 11094:1991)

Korrezzjoni ambjentali K2A

Kejl fl-arja aperta

K2A = 0

Kejl ġewwa

Il-valur tal-kostanti K2A, iddeterminat mingħajr il-wiċċ artifiċjali u skond l-Anness A sa EN OSI 3744:1995 għandu jkun = 2,0 dB, f'liema kaz K2A m' għandux jitqies

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

OSI 11094:1991

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

Jekk ir-roti tal-magna ħassada tal-ħaxix jikkawżaw kompressjoni tal-wiċċ artifiċjali ta' aktar minn 1 ċm, ir-roti għandhom jitqiegħdu fuq apoġġ sabiex ikunu livell mal-wiċċ artifiċjali qabel kompressjoni. Jekk il-mezz li jaqta' ma jistax jkun separat mir-roti ta' sewqan tal-magna li taħsad il-ħaxix, il-magna għandha tkun ipprovata fuq appoġġi bil-mezz li jaqta' jopera fil-veloċitá massima tiegħu mniżżel mill-produttur. L-appoġġi għandhom ikunu magħmula b' dak il-mod li ma jinfluwenzawx ir-riżultati ta' kejl

Prova ħielsa minn tagħbija

OSI 11094:1991

Perjodu ta' osservazzjoni

OSI 11094:1991

33.   TRIMJATURI TA' ĦAXIX/ TRIMJATURI TA' TARF TA' ĦAXIX

Ara Nru 32

It-trimjatur għandu jkun posizzjonat minn mezz addattat b' dak il-mod li l-mezz tiegħu li jaqta' jkun fuq iċ-ċentru ta' l-emisferu. Għat-trimmjaturi tal-ħaxix, iċ-ċentru tal-mezz li jaqta' għandu jinżamm f'distanza ta' madwar 50 mm fuq il-wiċċ. Sabiex jakkomodaw ix-xfafar li jaqtgħu, it-trimmjaturi tat-truf tal-ħaxix għandhom ikunu posizzjonati l-aktar viċin possibbli għal wiċċ ta' prova

34.   NEFFIEĦA TAL-WERAQ

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

OSI 11094:1991

Fil-kaz li ma jkunx hemm qbil, għandu jsir kejl fl-arja aperta fuq wiċċ artifiċjali (punt 4.1.2 ta' OSI 11094: 1991)

Korrezzjoni ambjentali K2A

Kejl fl-arja aperta

K2A = 0

Kejl ġewwa

Il-valur tal-kostanti K2A, iddeterminat mingħajr il-wiċċ artifiċjali u skond l-Anness A sa EN OSI 3744:1995 għandu jkun = 2,0 dB, f'liema kaz K2A m' għandux jitqies

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

OSI 11094:1991

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

In-neffieħ tal-weraq għandu jkun posizzjonat f'mod naturali għall-użu normali f'dak il-mod li l-fetħa tal-mezz tagħha li jonfoħ qiegħda (50 ± 25 mm) fuq iċ-ċentru ta' l-emisferu; jekk in-neffieħ ta' weraq tista' tinżamm fl-idejn għandha tinżamm jew minn persuna jew mezz addattat ieħor

Prova taħt tagħbija

In-neffieħ tal-weraq għandu jopera fil-veloċitá nominali tagħha u l-fluss ta' l-arja nominali tagħha stabbilit mill-produttur

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

Nota:

Jekk neffieħ tal-weraq jista' tintuża bħala kollettur tal-weraq għandu jkun ipprovat fiż-żewġ konfigurazzjonijiet, f'liema każ l-għola valur għandu jintuża

35.   KOLLETTURI TA' WERAQ

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

OSI 11094:1991

Fil-każ li ma jkunx hemm qbil, għandu jsir kejl fl-arja aperta fuq wiċċ artifiċjali (punt 4.1.2 ta' OSI 11094:1991)

Korrezzjoni ambjentali K2A

Kejl fl-arja aperta

K2A = 0

Kejl ġewwa

Il-valur tal-kostanti K2A, iddeterminat mingħajr il-wiċċ artifiċjali u skond l-Anness A sa EN OSI 3744:1995 għandu jkun = 2,0 dB, f'liema kaz K2A m' għandux jitqies

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

OSI 11094:1991

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

In-neffieħ tal-weraq għandu jkun posizzjonat f'mod naturali għall-użu normali f'dak il-mod li l-fetħa tal-mezz tagħha li jinfoħ qiegħda (50 ± 25 mm) fuq iċ-ċentru ta' l-emisferu; jekk in-neffieħ ta' weraq jista' jinżamm fl-idejn għandha tinżamm jew minn persuna jew mezz addattat ieħor

Prova taħt tagħbija

In-neffieħ tal-weraq għandu jopera fil-veloċitá nominali tagħha bil-fluss ta' l-arja nominali tagħha stabbilit mill-produttur

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

Nota:

Jekk kollettur tal-weraq jista' jintuża bħala neffieħ tal-weraq għandu jkun ipprovat fiż-żewġ konfigurazzjonijiet, f'liema każ l-għola valur għandu jintuża

36.   TRAKKIJET TA' RFIGĦ

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Bżonnijet ta' sigurtá u informazzjoni tal-produttur għandhom ikunu osservati

Kondizzjoni ta' rfigħ

Bit-trakk stazzjonarju t-tagħbija (materjal li ma jassorbix ħoss, eż azzar jew konkrit; ta' l-inqas 70 % tal-kapaċitá attwali stabbilita fl-istruzzjoni tal-produttur) għandha tintrefgħa, mill-posizzjoni baxxa, f'veloċitá massima għal għoli standard ta' rfigħ applikabbli għal dak it-tip ta' trakk industrijali skond l-Istandard Ewropew relevanti fis-serje “Sigurtá ta' Trakkijiet Industrijali”. Jekk l-għoli ta' rfigħ massimu attwali huwa inqas, jista' jintuża bħala kejl individwali. L-għoli ta' rfigħ għandu jkun elenkat fir-rapport ta' prova

Kondizzjoni ta' sewqan

Sewqan ta' trakk, mingħajr tagħbija, f'aċċellerazzjoni massima minn kompletament wieqaf fuq distanza ta' tlett darbiet it-tul tiegħu biex jilħaq linja A-A(konnessjoni ta' linja ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu 4 u 6), ikomplu jsuqu t-trakk f'aċċelerazzjoni massima għal linja B-B(konnessjoni ta' linja ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu 2 u 8). Meta l-wara tat-trakk jaqsam linja B-B, l-aċċeleratur jista' ma jibqax jingħafas

Jekk it-trakk għandu trasmissjoni multi-gear, għażel il-gear li jassigura l-għola veloċitá possibbli fuq id-distanza ta' kejl

Perjodu(i) ta' osservazzjoni/determinazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta jekk aktar minn kondizzjoni operrattiva waħda hija wżata

Il-perjodi ta' osservazzjoni huma:

 għal kondizzjoni ta' rfigħ: iċ-ċiklu kollu ta' rfigħ

 għal kondizzjoni ta' sewqan: il-perjodu ta' ħin li jibda meta ċ-ċentru tat-trakk jaqsam il-linja A-A u jispiċċa meta ċ-ċentru tiegħu jilħaq il-linja B-B

Il-livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta għat-tipi kollha ta' trakkijiet li jerfgħu, madankollu, huwa kkalkulat b'

image

fejn is-sottoskritt “a” jindika “mod ta' rfigħ” u sottoskritt “ċ” jindika “mod ta' sewqan”

37.   KARIGATURI

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

OSI 6395:1988

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

OSI 6395:1988

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

Karigaturi li jitkaxkru għandhom ikuni pprovati fil-post ta' prova li jikkorespondi għal punt 6.3.3 ta' OSI 6395:1988

Prova taħt tagħbija

OSI 6395:1988, Anness Ċ

Perjodu(i) ta' osservazzjoni/determinazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta jekk aktar minn kondizzjoni operattiva waħda hija wżata

OSI 6395:1988, Anness Ċ

38.   KREJNIJIET MOBBLI

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

Jekk il-krejn huwa mgħammar b' outgribbers, għandhom ikunu estiżi kollha u l-krejn għandu jkun illivellat fuq il-pads tiegħu f'posizzjoni fin-nofs ta' appoġġ għoli possibbli

Prova taħt tagħbija

Il-krejn mobbli li għandu jkun ipprovat għandu jkun ippreżentat fil-verżjoni standard tiegħu kif deskritt mill-produttur. Il-qawwa tal-magna kkunsidrata għad-determinazzjoni ta' limitu ta' ħoss hija l-qawwa nominali tal-magna wżata għal mozzjoni ta' krejn. Il-krejn għandu jkun mgħammar bil-kontrapiż massimu permess immuntat fuq l-istruttura mxengla

Qabel ma jsir kwalunkwe kejl, il-magna u s-sistema idrawlika tal-krejn mobbli għandhom jinġiebu għat-temperatura li taħdem normali li jsegwu l-istruzzjoni tal-produttur u għandhom jitwettqu l-proċeduri relatati ma' sigurtá relevanti mogħtija fil-ktieb ta' istruzzjonijiet

Jekk il-krejn mobbli huwa mgħammar b' xi wħud mill-magni, il-magna wżata għall-funzjoni tal-krejn għandha titħaddem Il-magna li tinġarr għandha tintefa'

Jekk il-magna tal-krejn mgħobbija hija mwaħħla b'ventilatur, għandu jitħaddem matul il-prova. Jekk il-ventilatur jista' jkun operat b'veloċitajiet varji, il-prova għandha ssir bil-ventilatur jaħdem bl-għola veloċitá

Il-krejn mobbli għandu jitkejjel taħt it-tliet ((a) sa (ċ)) jew erba' ((a) sa (d)) kondizzjonijiet li ġejjin:

Għall-kondizzjonijiet kollha li jaħdmu s-segwenti għandu japplika:

 veloċitá ta' magna f'¾ veloċitá massima speċifikata għal mod ta' operazzjoni ta' krejn b' tolleranza ta' ± 2 %

 aċċelerazzjoni u deċelerazzjoni f'valur massimu mingħajr movimenti perikolużi tat-tagħbija jew il-blokka mdendla

 mozzjonijiet f'veloċitá massima possibbli fil-manwal ta' istruzzjoni taħt il-kondizzjonijiet mogħtija

(a)  Rfigħ

Il-krejn mobbli għandu jkun mgħobbi b'tagħbija li toħloq 50 % tal-forza massima tal-ħabel. Il-prova tikkonsisti fi rfigħ tat-tagħbija u segwita mmedjatament li jitbaxxa għal posizzjoni tal-bidu. It-tul tat-travu għandu jintgħażel sabiex it-test kollu jdum 15 sa 20 sekonda

(b)  Xengil

Bit-travu aġġustat f'angolu ta' 40° sa 50° għall-orizzontali u mingħajr tagħbija t-trasportatur ta' fuq għandu jixxengel 90° fuq ix-xellug immedjatament segwit minn xenglatura lura għal posizzjoni tal-bidu. Il-jib għandha tkun fit-tul massima tagħha. Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun il-ħin maħsub biex isir iċ-ċiklu tax-xogħol

(ċ)  Derricking

Il-prova tibda billi tittella' l-jib il-qasir mill-aktar posizzjoni baxxa li taħdem immedjatament segwita b'li jitbaxxa l-jib għal posizzjoni oriġinali tagħha. Il-moviment għandu jsir mingħajr tagħbija. It-tul taż-żmien ta' prova għandu jkun ta' l-inqas 20 sekonda

(d)  Teleskopar (jekk applikabbli)

Bil-jib aġġustata f'angolu ta' 40° sa 50° għall-orizzontali mingħajr tagħbija u l-jib meħuda lura kollha, iċ-ċilindru ta' teleskopju għall-ewwel sezzjoni biss għandu jkun estiż flimkien ma' l-ewwel sezzjoni għat-tul sħiħ tagħha u immedjatament meħud lura flimkien ma' l-ewwel sezzjoni

Perjodu(i) ta' osservazzjoni/determinazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta jekk aktar minn kondizzjoni operattiva waħda hija wżata

Il-livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżula huwa ikkalkulat b':

i) jekk teleskopar huwa applikabbli

image

ii) jekk teleskopar mhux applikabbli

image

fejn

LWAa hija l-livell ta' qawwa ta' ħoss għaċ-ċiklu ta' rfigħ

LWAb hija l-livell ta' qawwa ta' ħoss għaċ-ċiklu ta' tidwir

LWAc hija l-qawwa ta' ħoss għaċ-ċiklu ta' derricking

LWAd hija l-qawwa ta' ħoss għaċ-ċiklu ta' teleskopar (jekk applikabbli)

39.   KONTENITURI MOBBLI TA' SKART

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

 Wiċċ li jirrifletti ta' konkrit jew asfalt mhux porus

 Laboratorju li jipprovdi qasam ħieles fuq pjan riflettiv

Korrezzjoni ambjentali K2A

Kejl fl-arja aperta

K2A = 0

Kejl ġewwa

Il-valur tal-kostanti K2A, iddeterminat mingħajr il-wiċċ artifiċjali u skond l-Anness A sa EN OSI 3744:1995 għandu jkun = 2,0 dB, f'liema każ K2A m' għandux jitqies

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

Emisferu/sitt posizzjonijiet ta' mikrofonu skond Parti A oġġett 5/r = 3 m

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Il-kejl kollu għandu jsir b' kontenitur vojt

Prova Nru 1: Għeluq ħieles ta' l-għatu tul il-korp tal-kontenitur

Biex inaqqas l-influwenza fuq il-kejl, l-operatur għandu joqgħod fuq il-ġenb ta' wara tal-kontenitur (ġenb ta' ċirniera) L-għatu għandu jitħalla minn nofs tiegħu, biex jiprevvjeni li jinbaram waqt il-waqa' tiegħu

Il-kejl għandu jsir matul iċ-ċiklu li ġej, repetut 20 darba:

 inizjalment, l-għatu jittella' vertikalment

 l-għatu jitħallu 'l quddiem, jekk possibbli mingħajr ma jingħata impuls, bl-operatur fuq il-wara tal-kontenitur, ma jiċċaqlax sakemm l-għatu huwa magħluq

 wara li jingħalaq kompletament, l-għatu jittella' għal posizzjoni tiegħu tal-bidu

Nota:

Jekk meħtieġ l-operatur jista' jiċċaqlaq temporanjament biex jgħolli l-għatu.

Prova Nru 2: Ftuħ komplut ta' l-għatu

Biex inaqqas l-influwenza fuq il-kejl, l-operatur għandu joqgħod fuq il-ġenb ta' wara tal-kontenitur (ġenb ta' ċirniera) għal kontenitur ta' erba' roti, jew fuq in-naħa tal-lemin tal-kontenitur (bejn posizzjoni ta' mikrofonu 10 u posizzjoni ta' mikrofonu 12) għall-kontenituri ta' żewġ roti. L-għatu għandu jitħalla minn nofs tiegħu jew kemm jista' jkun possibbli ħdejn in-nofs tiegħu

Biex ma jitħalliex ċaqliq tal-kontenitur, roti għandhom jissakkru matul il-prova. Għall-kontenituri ta' żewġ roti, u biex jara li ma jkunx hemm kwalunkwe qabża tal-kontenitur, l-operatur jista' jżommu billi jpoġġi jdejh fuq ir-rim

Il-kejl għandu jsir matul iċ-ċiklu li ġej, repetut 20 darba:

 inizjalment, l-għatu jinfetaħ b'mod orizzontali

 l-għatu jitħalla mingħajr ma jingħata impuls

 wara ftuħ komplut, u qabel rabta mill-ġdid possibbli, l-għatu jittella' għall-posizzjoni inizjali tiegħu

Prova Nru 3: Brim tal-kontenitur fuq mogħdija rregolari artifiċjali

Għal din il-prova, mogħdija ta' prova artifiċjali, li tissimula art irregolari hija wżata. Il-mogħdija ta' prova tikkonsisti f'żewġ strippi paralleli ta' malja ta' l-azzar (6 m twila u 400 mm wiesgħa), imwaħħla sew fil-pjan riflessiv bejn wieħed u ieħor kull 20 ċm. Id-distanza bejn iż-żewġ strippi hija addattata skond it-tip tal-kontenitur, sabiex iħallu r-roti jduru fuq it-tul kollu tal-mogħdija. Il-kondizzjonijiet tal-mogħdija għandhom jassiguraw wiċċ ċatt. Jekk meħtieġ, il-mogħdija hija mwaħħla ma' l-art b'materjali reżiljenti biex tevita emissjoni ta' ħoss parasitiku

Nota:

Kull strippa tista' tkun magħmula minn ħafna elementi 400 mm wiesgħa mwaħħla flimkien

Eżempju ta' mogħdija adegwata hija mogħtija f'Figuri 39.1 u 39.2

L-operatur joqgħod f'ġenb ta' ċirniera ta' l-għatu

Il-kejl isir sakemm l-operatur jiġbed il-kontenitur flimkien mal-mogħdija artifiċjali, b' veloċitá kostanti ta' bejn wieħed u ieħor 1 m/s, bejn punti A u B (4,24 m distanza – ara Figura 39.3) meta l-fus tar-rota, għal kontenitur ta' 2 roti, jew għall-ewwel fus ta' rota għal kontenitur 4 roti, jilħaq punt A jew punt B. Din il-proċedura hija rrepetuta tliet darbiet f'kull direzzjoni

Matul il-prova, għal kontenitur ta' żewġ roti, l-angolu bejn il-kontenitur u l-mogħdija għandu jkun 45°. Għal kontenitur ta' 4 roti, l-operatur għandu jassigura kuntatt xieraq tar-roti kollha mal-mogħdija.

Perjodu(i) ta' osservazzjoni/determinazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta jekk aktar minn kondizzjoni operattiva waħda hija wżata

Provi Nru 1 u 2: Għeluq ħieles ta' l-għatu flimkien mal-korp tal-kontenitur u ftuħ komplet ta' l-għatu

Jekk possibbli, il-kejl isir fl-istess ħin fis-sitt posizzjonijiet ta' mikrofonu. Inkella, il-livell ta' ħoss imkejjla f'posizzjoni ta' mikrofonu għandu jkun ikklassifikat f'ordni li tiżdied u l-livelli ta' qawwa ta' ħoss huma kkalkulati billi jassoċċjaw il-valur f'kull posizzjoni ta' mikrofonu skond il-filliera tagħhom

Il-livell ta' pressjoni ta' każ singolu mkejjel A għal kull 20 għeluq u 20 fetħa ta' l-għatu f'kull punt ta' kejl. Il-livell ta' qawwa ta' ħoss għeluq LWA u fetħa LWA huma kkalkulati mill-mezz kwadratiku ta' l-għola ħames valuri fost dawk miksuba

Prova Nru 3: Brim tal-kontenitur fuq mogħdija rregolari artifiċjali

Il-perjodu ta' osservazzjoni T għandu jkun ugwali għat-tul taż-żmien neċessarju biex ikopri d-distanza bejn punt A u punt B fuq il-mogħdija.

Il-livell ta' qawwa ta' ħoss ta' rumblar LWA huwa ugwali għall-mezzi tas-sitt valuri li jinbidlu b'inqas minn 2 dB. Jekk din il-kriterja ma titwettaqx b'sitt miżuri, iċ-ċiklu huwa rrepetut kemm huwa neċessarju

Il-livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta huwa kkalkulat b':

image

Figura 39.1

Disinn tal-mogħdija ta' rumblar

image

Figura 39.2

Dettall ta' kostruzzjoni u mmuntar tal-mogħdija ta' rumblar

image

Figura 39.3

Distanza ta' kejl

image

40.   MGĦAŻAQ BIL-MUTUR

Ara Nru 32

L-għodda għandha tkun mifruda matul kejl

41.   TEMMIEMA TAT-TOROQ

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija



sistema ta' twassil

ta' l-inqas 10 % tal-valur massimu

sistema ta' tifrix

ta' l-inqas 40 % tal-valur massimu

deffis (veloċitá, kolp)

ta' l-inqas 50 % tal-valur massimu

vibraturi (veloċitá, mument mhux bil-bilanċ)

ta' l-inqas 50 % tal-valur massimu

vireg ta' pressjoni (frekwenza, pressjoni)

ta' l-inqas 50 % tal-valur massimu

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

42.   TAGĦMIR TA' MUNZELLAR

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

OSI 6395:1988

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

It-tagħmir ta' rfigħ fuq xulxin huwa nstallat fuq munzell li għandu resistenza biżżejjed fl-art biex iħalli t-tagħmir jaħdem f'veloċitá wieqfa. Fil-każ ta' martell ta' impatt, il-kappa għandha tkun fornuta b'mili ta' l-injam ġdid. Il-bidu tal-munzell huwa 0,50 m il-fuq miż-żona tal-prova

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

43.   TQEGĦID TAL-PAJP

Ara Nru 0

44.   PISTE CATERPILLARS

Ara Nru 0

45.   ĠENERATURI TA' QAWWA

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Korrezzjoni ambjentali K2A

Kejl fl-arja aperta

K2A = 0

Kejl ġewwa

Il-valur tal-kostanti K2A, iddeterminat mingħajr il-wiċċ artifiċjali u skond l-Anness A sa EN OSI 3744:1995 għandu jkun = 2,0 dB, f'liema kaz K2A m' għandux jitqies

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

Emisferu/ 6 posizzjonijet ta' mikrofonu skond Parti A oġġett 5/skond Parti A oġġett 5. Jekk l > 2 m: parallelepiped skond EN OSI 3744:1995 tista' tintuża ma' distanza ta' kejl d = 1 m.

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

Il-ġeneraturi ta' qawwa għandhom ikunu nstallati fuq il-pjan riflessiv; ġeneraturi ta' qawwa ta' mmuntar ta' skiddjar għandu jitqiegħed fuq appoġġ 0,40 għoli, sakemm mhux meħtieġ mod ieħor mill-kondizzjonijiet ta' installazzjoni ta' produttur

Prova taħt tagħbija

OSI 8528-10:1998, punt 9

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

46.   KENNIESA TA' QAWWA

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

Il-kenniesa ta' qawwa għandha tkun ipprovata f'posizzjoni stazzjonarja. Il-magna u l-unitajiet awżiljarji joperaw f'veloċitá pprovduta mill-produttur għall-operazzjoni ta' tagħmir li jaħdem; it-travu jopera fl-għola veloċitá, mhux fil-kuntatt ma' l-art; is-sezzjoni ta' ġbid m'għandhiex taħdem fil-qawwa ta' ġbid massima tagħha bid-distanza bejn l-art u bokka tas-sistema ta' ġbid li ma taqbiżx 25 mm

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

47.   VETTURI TA' ĠBIR TA' SKART

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

Il-vettura ta' ġbid ta' skart għandha tkun ipprovata f'posizzjoni stazzjonarja għall-kondizzjonijiet operattivi li ġejjin.

1. Il-magna qed taħdem f'veloċitá massima pprovduta mill-produttur. It-tagħmir m'għandux ikun qed jaħdem. Din il-prova ma ssirx għal vetturi bi provvista ta' elettriku biss

2. Is-sistema ta' kumpress qed taħdem

Il-vettura ta' ġbir ta' skart u l-hopper li jirċievi l-iskart huma vojta

Jekk il-magna hija aċċellerata awtomatikament meta s-sistema ta' kumpressar qed taħdem, dan il-valur għandu jkun imkejjel. Jekk il-valur imkejjel huwa inqas mill-veloċitá pprovduta mill-produttur b'aktar minn 5 % il-prova ssir bil-magna aċċellerat, biex jassigura l-veloċitá ta' magna pprovduta mill-produttur

Jekk il-veloċitá ta' magna għas-sistema ta' kumpressjoni mhix ipprovduta mill-produttur jew jekk il-vettura mhix ipprovduta b' aċċelleratur awtomatiku, imbagħad il-veloċitá ta' magna, maħruġa mill-aċċelleratur tal-kabina għandha tkun 1 200 rpm

3. Jekk il-mezz ta' rfigħ qed jaħdem fuq u l-isfel, mingħajr tagħbija u mingħajr kontenitur. Il-veloċitá ta' magna hija miksuba u kkontrollata għas-sistema ta' kompressjoni li qed taħdem (punt 2)

4. Materjal qed jaqa' fil-vettura ta' ġbir ta' skart

Materjal huwa mbattal f'gozz bil-mezz ta' rfigħ fil-hopper (inizjalment vojt). Kontenitur ta' żewġ roti b'kapaċitá 240 1, li jaqbel ma' EN 840-1:1997 għandu jkun użat għal din l-operazzjoni. Jekk il-mezz ta' rfigħ ma jkunx jista' jaqbad tali kontenitur, kontenitur b' kapaċitá viċina għal 240 1 għandu jintuża. Il-materjal għandu jikkonsisti fi 30 tubu ta' PVC, kull wieħed b' 0,4 kg massa ċirka u bid-dimensjonijiet li ġejjin:

 tul: 150 mm ± 0,5 mm

 Dijametru estern nominali: 90 mm + 0,3/- 0 mm

 fond nominali: 6,7 mm + 0,9/- 0 mm

Perjodu(i) ta' osservazzjoni/determinazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta jekk aktar minn kondizzjoni operattiva waħda hija wżata

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun:

1. ta' l-inqas 15-il sekonda. Il-livell ta' qawwa ta' ħoss li tirriżulta għandu jkun LWA1

2. ta' l-inqas tliet ċikli kompluti, jekk is-sistema ta' kompressjoni qed taħdem awtomatikament. Jekk is-sistema ta' kompressjoni mhux qed taħdem awtomatikament, imma ċiklu b'ċiklu, tkejjil għandu jsir ta' l-inqas matul tliet ċikli. Il-livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta (LWA2) għandu jkun l-għerq moderat b'valur kwadru tat-tliet (jew aktar) tkejjil

3. ta' l-inqas tliet ċikli ta' xogħol kontinwi kompleti, li jinkludu l-entitá ta' mezz ta' rfigħ u jerfgħu mezz ‘l isfel. Il-livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta (LWA2) għandu jkun l-għerq moderat b'valur kwadru tat-tliet (jew aktar) tkejjil

4. ta' l-inqas tliet ċikli kompluti li jaħdmu, li kull waħda tinkludu it-twaqqigħ ta' 30 tubu fil-hopper. Kull ċiklu m'għandux jaqbeż 5 sekondi. Għal dawn it-tkejjil LpAeq,T għandu jinbidel LpA,1s. Il-livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta (LWA4) għandu jkun l-għerq moderat b'valur kwadru tat-tliet (jew aktar) tkejjil

Il-livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta huwa kkalkulat b':

image

Nota:

Fil-każ ta' vettura ta' ġbir ta' skart fornuta bl-elettriku biss, il-koeffiċenti assoċjat għal LWA1 huma maħsub li jkun ugwali għal 0.

48.   MAGNI TA' DĦIN TA' TRIQ

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

Il-fus lonġitudonali tal-magna tat-dħin ta' triq għandha tkun parallela għal fus y

Prova taħt tagħbija

Il-magna ta' dħin ta' triq għandha tinġieb fi stat sod fi ħdan il-varjetá speċifikata fl-istruzzjonijiet fornuti lix-xerrej. Il-magna u twaħħil kollu għandu jkun qed jaħdem f'veloċitajiet b'rata rispettivi fil-mod wieqaf

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

49.   SCARIFIERS

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

OSI 11094:1991

Fil-każ li ma jkunx hemm qbil, għandu jsir kejl fl-arja aperta fuq wiċċ artifiċjali (punt 4.1.2 ta' OSI 11094:1991)

Korrezzjoni ambjentali K2A

Kejl fl-arja aperta

K2A = 0

Kejl ġewwa

Il-valur tal-kostanti K2A, iddeterminat mingħajr il-wiċċ artifiċjali u skond l-Anness A sa EN OSI 3744:1995 għandu jkun = 2,0 dB, f'liema każ K2A m' għandux jitqies

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

OSI 11094:1991

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

L-iscarifier għandu jitħaddem bil-magna fil-veloċitá tagħha nominali u mezz tagħha li jaħdem wieqaf (jopera, imma ma toftoqx)

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

50.   SHREDDERS/CHIPPERS

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Żona ta' prova

OSI 11094:1991

Korrezzjoni ambjentali K2A

Kejl fl-arja aperta

K2A = 0

Kejl ġewwa

Il-valur tal-kostanti K2A, iddeterminat mingħajr il-wiċċ artifiċjali u skond l-Anness A sa EN OSI 3744:1995 għandu jkun = 2,0 dB, f'liema każ K2A m' għandux jitqies

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

OSI 11094:1991

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

L-ischredder/chipper għandu jkun ipprovat billi jlaqqax biċċa injama waħda jew aktar

Iċ-ċiklu ta' xogħol jikkonsisti billi jlaqqax biċċa injama tonda (arżnu niexef jew plywood) ta' l-inqas 1,5 m twal, li huma misnuna fuq naħa waħda u għandha dijametru ta' bejn wieħed u ieħor ugwali għall-massimu li x-schredder/chipper huwa mfassal biex jaċċetta speċifikati fl-istruzzjonijiet fornuti lix-xerrej.

Perjodu ta' osservazzjoni / determinazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jispiċċa meta ma hemmx aktar materjal fiż-żona ta' tlaqqix, imma m' għandux jaqbeż 20 sekonda. Jekk iż-żewġ operazzjonijiet huma possibbli, għandu jingħata l-għola livell ta' qawwa ta' ħoss

51.   MAGNI LI JNEĦĦU L-BORRA B' GĦODDA LI DDUR

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

In-neffieħa tal-borra għandha tkun ipprovata f'posizzjoni stazzjonarja. In-neffieħ tal-borra għandha, skond ir-rakkomandazzjonijiet tal-produttur, topera mingħajr tagħmir li jaħdem fil-veloċitá massima tagħha u l-magna fil-veloċitá korrispondenti

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

52.   VETTURI LI JIĠBDU

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

Il-vettura li tiġbed għandha tkun ipprovata f'posizzjoni stazzjonarja. Il-magna u l-unitajiet awżiljarji joperaw b'veloċitá pprovduta mill-produttur għall-operazzjoni ta' tagħmir li jaħdem; il-pompa(i) ta' vakum hija (huma) fil-veloċitá massima tagħha (tagħhom) pprovdut mill-produttur. It-tagħmir li jiġbed huwa operat f'dak il-mod li l-pressjoni interna hija ugwali għal pressjoni atmosferika (0 % vakum). Il-fluss tal-ħoss taż-żennuna ta' ġbid m' għandhiex ikollha kwalunkwe influwenza fuq ir-riżultati tal-kejl.

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

53.   KREJNIJIET LI JINTRAMAW

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

Kejl f'livell ta' l-art

Emisferu/ 6 posizzjonijet ta' mikrofonu skond Parti A paragrafu 5/skond Parti A paragrafu 5.

Tkejjil għandu jsir f'tul ta' jib

Fejn il-mekkaniżmu li jerfá jinsab f'tul ta' jib, il-wiċċ ta' kejl għandu jkun sfera ta' radius ta' 4 m, iċ-ċentru ta' liema għandu jikkonċedi maċ-ċentru ġeometriku tal-winċ

Fejn il-kejl isir bil-mekkaniżmu ta' rfigħ fuq il-qagħda tal-jib tal-krejn, iż-żona tal-wiċċ ta' kejl huwa sfera; S huwa ugwali għal 200 m2

Il-posizzjonijiet tal-mikrofonu għandhom ikunu kif ġejjin (ara figura 53.1):

Erba' posizzjonijet ta' mikrofonu fuq pjan orizzontali li jgħaddi ċentru ġeometriku tal-mekkaniżmu (H = h/2)

b' L = 2,80 m

u d = 2,80 - l/2

L = nofs distanza bejn żewġ posizzjonijiet konsekuttivi ta' magna

l = tul ta' mekkaniżmu (tul fus ta' jib)

b = wisa' ta' mekkaniżmu

h = għoli ta' mekkaniżmu

d = distanza bejn appoġġ ta' mikrofonu u mekkaniżmu f'direzzjoni ta' jib

Iż-żewġ posizzjonijiet ta' mikrofonu l-oħra għandhom ikunu lokati fil-punti ta' inserizzjoni ta' l-isfera u l-linja vertikali li tgħaddi miċ-ċentru ġeometriku tal-mekkaniżmu

Kondizzjonijiet operattivi matul il-prova

Immuntar tat-tagħmir

Kejl ta' mekkaniżmu li jerfa'

Il-mekkaniżmu li jerfa' waqt il-prova għandu jkun immuntat f'wieħed mill-modi li ġejjin. Il-posizzjoni għandu jkun deskritt fir-rapport tal-prova

(a) Mekkaniżmu ta' rfigħ f'livell ta' l-art

Il-krejn immuntat għandu jitqiegħed fuq wiċċ riflettiv ċatt ta' konkrit jew asfalt mhux porus

(b) Mekkaniżmu ta' rfigħ fuq il-qagħda tal-jib

Il-mekkaniżmu ta' rfigħ għandu jkun 12 m fuq l-art

(ċ) Mekkaniżmu ta' rfigħ fiss ma' l-art

Il-mekkaniżmu ta' rfigħ għandu jkun fiss fuq wiċċ riflessiv ċatt ta' konkrit jew asfalt mhux porus

Kejl tal-ġeneratur ta' l-enerġija

Fejn il-ġeneratur ta' l-enerġija huwa mwaħħal mal-krejn, kemm jekk huwa mqabbad mal-mekkaniżmu li jerfa' kemm jekk le, il-krejn għandu jkun immuntat fuq wiċċ riflessiv ċatt ta' konkrit jew asfalt mhux porus

Fejn il-mekkaniżmu ta' rfigħ li qiegħed fuq il-magħqad tal-jib, il-kejl tal-ħoss jista' jsir bil-mekkaniżmu jew immuntat fuq il-jib jew fiss ma' l-art

Fejn is-sors ta' l-enerġija li jħaddem il-krejn huwa indipendenti minnu (ġeneratur ta' qawwa elettrika jew mains, jew idrawlika jew sors ta' qawwa pnewmatika

Fejn il-ġeneratur ta' l-enerġija huwa mwaħħal mal-krejn, il-ġeneratur ta' l-enerġija u l-mekkaniżmu li jerfa' għandu jitkejjel separatament jekk ma jkunux kombinati. Fejn dawn iż-żewġ mezzi huma kkombinati, il-kejl għandu jirreferi għall-assemblaġġ kollu

Matul il-prova, il-mekkaniżmu li jerfa' u l-ġeneratur ta' l-enerġija għandhom ikunu nstallati u wżati skond l-istruzzjonijiet tal-produttur

Prova ħielsa minn tagħbija

Il-ġeneratur ta' l-enerġija inkorporata fil-krejn għandha topera fir-rata ta'qawwa sħiħa indikata mill-produttur

Il-mekkaniżmu li jerfa' għandu jopera ħieles minn tagħbija, bit-travu tiegħu jdur f'veloċitá ta' rotazzjoni li tikkorrispondi għall-veloċitá massima ta'spostament tal-ġanċ, fil-modi ta' tlugħ u nżul. Din il-veloċitá għandha tkun speċifikata mill-produttur. L-ikbar miż-żewġ livelli ta' qawwa tal-ħoss (tlugħ u nżul) għandhom jintużaw għar-riżultati tal-prova

Prova taħt tagħbija

Il-ġeneratur ta' l-enerġija nkorporat fil-krejn għandu jopera fil-qawwa b'rata sħiħa indikata mill-produttur. Il-mekkaniżmu li jerfa' għandu jopera b'tensjoni ta' kejbil fit-travu li jikkorispondi għat-tagħbija massima (għall-radius minimu) bil-ganċ jiċċaqlaq f'veloċitá massima. It-tagħbija u figuri ta' veloċitá għandhom ikunu speċifikati mill-produttur. Il-veloċitá għandu tkun ikkontrollata matul il-prova

Perjodu(i) ta' osservazzjoni/determinazzjoni ta' livell ta' qawwa ta' ħoss li jirriżulta jekk aktar minn kondizzjoni operattiva waħda hija wżata

Għall-kejl ta' livell ta' pressjoni ta' ħoss għall-mekkaniżmu li jerfa', il-perjodu ta' kejl għandu jkun (tr+ tf) sekondi:

tr

tkun il-perjodu f'sekondi qabel l-attivazzjoni tal-brejk, bil-mekkaniżmu li jerfa' jopera f'manjiera speċifikata aktar ‘il fuq. Għall-għan tal-prova tr = 3 sekondi

tf

jkun il-perjodu f'sekondi bejn il-mument meta l-brejk huwa attivat u dak meta il-ganċ jieqaf kompletament

Jekk integratur huwa wżat, il-perjodu ta' integrazzjoni għandu jkun ugwali għal (tr + tf) sekondi

L-għerq moderat tal-valur kwadrat b' osizzjoni ta' mikrofonu li għandu jingħata minn:

image

Lri

tkun il-livell ta' pressjoni ta' ħoss f'posizzjoni ta' mikrofonu i matul perjodu tr

Lfi

tkun il-livell ta' pressjoni ta' ħoss f'posizzjoni ta' mikrofonu li matul il-perjodu tal-brejk tf

Figura 53.1

Arranġament ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu fejn il-mekkaniżmu li jerfa' jinsab fuq il-magħqad tal-jib

image

54.   TRENCHERS

Ara Nru 0

55.   TRAKK TAT-TAĦLIT

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Prova taħt tagħbija

It-trakk tat-taħlit għandu jkun ipprovat f'posizzjoni stazzjonarja. It-travu jimtela bil-konkrit ta' konsistenza medja (kejl ta' propagazzjoni 42 sa 47 ċm) jaqbel mal-kapaċitá rratata. Il-magna li tħaddem it-travu għandu jopera fil-veloċitá li jikkawża l-veloċitá massima tat-travu speċifikat fl-istruzzjonijiet fornuti mix-xerrej

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

56.   UNITAJIET TA' POMPA TA' L-ILMA

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

Parallelepiped/skond EN OSI 3744:1995 b'distanza ta' kejl d = 1 m

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

L-unitá ta' l-ilma għandu jkun installat fuq il-pjan riflessiv; pakketti ta' qawwa idrawlika ta' mmuntar ta' skiddjar għandu jitqiegħed fuq appoġġ 0,40 għoli, sakemm mhux meħtieġ mod ieħor mill-kondizzjonijiet ta' installazzjoni ta' produttur

Prova taħt tagħbija

Il-magna għandha topera fil-punt ta' l-aqwa effiċenza mogħtija fl-istruzzjonjiet tal-produttur

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda

57.   ĠENERATURI TA' WELDJAR

Standard bażiku ta' emissjoni ta' ħoss

EN OSI 3744:1995

Korrezzjoni ambjentali K2A

Kejl fl-arja aperta

K2A = 0

Kejl ġewwa

Il-valur tal-kostanti K2A, iddeterminat mingħajr il-wiċċ artifiċjali u skond l-Anness A sa EN OSI 3744:1995 għandu jkun = 2,0 dB, f'liema każ K2A m'għandux jitqies

Wiċċ ta' kejl/numru ta' posizzjonijiet ta' mikrofonu/distanza ta' kejl

Emisferu/ 6 posizzjonijet ta' mikrofonu skond Parti A paragrafu 5/skond Parti A paragrafu 5.

Jekk l > 2 m: parallelepiped skond EN OSI 3744:1995 tista' tintuża ma' distanza ta' kejl d = 1 m.

Kondizzjonijiet operattivi matul prova

Immuntar ta' tagħmir

Il-ġeneraturi ta' weldjar għandhom ikunu installati fuq il-pjan riflessiv; ġeneraturi ta' qawwa ta' mmuntar ta' skiddjar għandu jitqiegħed fuq appoġġ 0,40 għoli, sakemm mhux meħtieġ mod ieħor mill-kondizzjonijiet ta' installazzjoni ta' produttur

Prova taħt tagħbija

OSI 8528-10:1998, punt 9

Perjodu ta' osservazzjoni

Il-perjodu ta' osservazzjoni għandu jkun ta' l-inqas 15-il sekonda




ANNESS IV

MUDELLI TAL-IMMARKAR TA' KONFORMITA TAL-KE U TA' L-INDIKAZZJONI TAL-LIVELL GARANTIT TA' QAWWA TA' ĦOSS

L-immarkar ta' konformitá tal-CE għandha tikkonsisti fl-inizjali “CE” li jieħdu l-forma li ġejja:

image

Jekk il-marka tal-CE hija mnaqqsa jew imkabbra skond id-daqs tat-tagħmir il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn ta' fuq għandhom ikunu rispettati. Il-komponenti varji tal-marka tal-CE għandu jkollhom sustanzjalment l-istess dimensjoni vertikali li ma tistax tkun anqas minn 5 mm.

L-indikazzjoni tal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss għandu jikkonsisti f'numru singolu tal-qawwa ta' ħoss garantit f'4B, is-sinjal LWA u l pittogram jieħu l-forma li ġejja:

image

Jekk il-marka tal-CE hija mnaqqsa jew imkabbra skond id-daqs tat-tagħmir il-proporzjonijiet mogħtija fid-disinn ta' fuq għandhom ikunu rispettati. Madankollu, id-dimensjoni vertikali ta' l-indikazzjoni għandha, jekk possibbli, ma tkunx anqas minn 40 mm.




ANNESS V

KONTROLL INTERN TA' PRODUZZJONI

1. Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura fejn il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunitá, li jagħmel l-obbligi mniżżla f'punt 2, jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat jissodisfa l-bżonnijiet tad-Direttiva. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jwaħħal il-marka ta' konformitá tal-CE u l-indikazzjoni tal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss kif meħtieġ fl-Artikolu 11 għal kull biċċa ta' tagħmir u jfassal dikjarazzjoni ta' konformitá bil-miktub tal-KE kif meħtieġ fl-Artikolu 8.

2. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jfassal dokumentazzjoni teknika deskritta f'punt 3 u għandu jżommha għal perjodu li jintemm ta' l-inqas 10 snin wara li l-aħħar prodott kien magħmul fid-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali relevanti għall-għanijiet ta' spezzjoni. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jista' jinkariga pesuna oħra biex iżżomm id-dokumentazzjoni teknika. F'dan il-każ għandu jinkludi l-isem u l-indirizz ta' din il-persuna fid-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE.

3. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tħalli l-konformitá tat-tagħmir mal-bżonnijet ta' din id-Direttiva biex tkun stmata. Għandu jkun fiha ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:

 isem u indirizz tal-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat mwaqqaf fil-Komunità

 deskrizzjoni tat-tagħmir

 għamla

 isem ta' kummerċ

 tip, serje u numri

 it-tagħrif tekniku relevanti għall-identifikazzjoni tat-tagħmir u l-istima ta' l-emissjoni ta' ħoss tiegħu, li jinkludi, jekk xieraq, disinji skematiċi u kwalunkwe deskrizzjoni u tifsir neċessarju biex jinftiehmu

 ir-referenza għal din id-Direttiva

 ir-rapport tekniku ta' kejl ta' ħoss li jsir skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva

 l-istrumenti tekniċi applikati u r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u r-relazzjoni tagħhom għall-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss.

4. Il-produttur għandu jieħu l-miżuri kollha neċessarji sabiex il-proċess ta' produzzjoni jassigura kontinwità ta' qbil tat-tagħmir magħmul bid-dokumentazzjoni teknika msemmija f'punti 2 u 3 u mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva.




ANNESS VI

KONTROLL INTERN TA' PRODUZZJONI MA' STIMA TA' DOKUMENTAZZJONI TEKNIKA U KONTROLL PERJODIKU

1.

Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura pprovduta mill-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunitá, li jagħmel l-obbligi mniżżla f'punti 2, 5 u 6 jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat jissodisfa l-bżonnijiet ta' din id-Direttiva. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jwaħħal il-marka ta' konformitá tal-CE u l-indikazzjoni tal-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss kif meħtieġ fl-Artikolu 11 għal kull biċċa ta' tagħmir u jfassal dikjarazzjoni ta' konformitá bil-miktub tal-KE kif meħtieġ fl-Artikolu 8.

2.

Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jfassal dokumentazzjoni teknika deskritta f'punt 3 u għandu jżommha għal perjodu li jintemm ta' l-inqas 10 snin wara l-aħħar prodott kien magħmul fid-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali relevanti għall-għanijiet ta' spezzjoni. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jista' jinkariga persuna oħra biex iżżomm id-dokumentazzjoni teknika. F'dan il-każ għandu jinkludi l-isem u l-indirizz ta' din il-persuna fid-dikjarazzjoni ta' konformitá ta' KE.

3.

Id-dokumentazzjoni teknika għandha tħalli l-konformitá tat-tagħmir mal-bżonnijet ta' din id-Direttiva biex tkun stmata. Għandu jkun fiha ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:

 isem u indirizz tal-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat mwaqqaf fil-Komunità

 deskrizzjoni tat-tagħmir

 għamla

 isem ta' kummerċ

 tip, serje u numri

 it-tagħrif tekniku relevanti għall-identifikazzjoni tat-tagħmir u l-istima ta' l-emissjoni ta' ħoss tiegħu, li jinkludi, jekk xieraq, disinji skematiċi u kwalunkwe deskrizzjoni u tifsir neċessarju biex jinftiehmu

 ir-referenza għal din id-Direttiva

 ir-rapport tekniku ta' kejl ta' ħoss li jsir skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva

 l-istrumenti tekniċi applikati u r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u r-relazzjoni tagħhom għall-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss.

4.

Il-produttur għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex il-proċess ta' produzzjoni jassigura kontinwità ta' qbil tat-tagħmir magħmul bid-dokumentazzjoni teknika msemmija f 'punti 2 u 3 u mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva.

5.

Evalwazzjoni mill-korp notifikat qabel ma jitqiegħed fis-suq

Il-produttur, jew rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jippreżenta kopja tad-dokumentazzjoni teknika lill-korp notifikat ta' għażla tiegħu qabel l-ewwel oġġett ta' tagħmir jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed f'servizz.

Jekk hemm dubji dwar il-plawsibbilitá tad-dokumentazzjoni teknika, il-korp notifikat għandu javża kif xieraq lill-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, u, jekk ikun hemm bżonn, jagħmel, jew kien għamel modifiki għad-dokumentazzjoni teknika, jew possibli, provi għandhom jitqiesu neċessarji.

Wara li l-korp notifikat joħroġ rapport li jikkonferma li d-dokumentazzjoni teknika tissodisfa d-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunitá jista' jwaħħal il-marka tal-CE mat-tagħmir u joħroġ dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE skond l-Artikoli 11 u 8, għal liema għandu jkollu risponsabbiltá kompleta.

6.

Evalwazzjoni mill-korp notifikat matul produzzjoni

Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jinvolvi aktar il-korp notifikat fil-fażi ta' produzzjoni skond waħda mill-proċeduri li għandhom jintgħażlu mill-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunitá:

 il-korp notifikat għandu jagħmel kontrolli perjodiċi sabiex jivverifika qbil kontinwu tat-tagħmir magħmul bid-dokumentazzjoni teknika u mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva; b'mod partikolari il-korp notifikat għandu jikkonċentra fuq:

 

 il-marka korretta u kompluta tat-tagħmir skond l-Artikolu 11,

 ħruġ tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE skond l-Artikolu 8,

 l-istrumenti tekniċi applikati u r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u r-relazzjoni tagħhom għall-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss,

Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jagħti l-korp notifikat aċċess ħieles tad-dokumentazzjoni interna kollha li jappoġġaw dawn il-proċeduri, r-riżultati attwali tar-reviżjonijiet interni u l-azzjonijiet korrettivi li ttieħdu, jekk hemm.

Jekk il-kontrolli imsemmija aktar ‘il fuq biss jagħtu riżultati mhux sodisfaċenti, il-korp notifikat għandu jagħmel kontrolli ta' ħoss, li, fuq il-ġudizzju u esperjenza tiegħu, jista' jkun simplifikat jew kompletament magħmul skond id-disposizzjonijiet mniżżla fl-Anness III għat-tip ta' tagħmir relevanti,

 il-korp notifikat għandu jagħmel jew għamel kontroll ta' prodott f'intervalli kif ġie ġie. Kampjun adegwat tat-tagħmir finali, magħżul mill-korp notifikat, għandu jkun eżaminat u provi ta' ħoss xierqa għandhom jitniżżlu fl-Anness III, jew provi ekwivalenti, għandhom isiru biex jikkontrollaw il-konformitá tal-prodott mal-bżonnijiet relevanti tad-Direttiva. Il-kontroll ta' prodott għandu jinkludi l-aspetti li ġejjin:

 

 il-marka korretta u kompluta tat-tagħmir skond l-Artikolu 11,

 ħruġ tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE skond l-Artikolu 8,

Fiż-żewġ proċeduri, il-frekwenza tal-kontrolli għanda tkun definita mill-korp notifikat skond ir-riżultati ta' evalwazzjonijiet ta' qabel, il-bżonn biex għal azzjonijiet ta' kontroll korrettiv u aktar gwida għall-frekwenza tal-kontrolli li jistgħu jingħataw mill-produzzjoni ta' kull sena u sikurezza ġenerali tal-produttur biex iżżomm il-valuri garantiti; madankollu għandu jsir kontroll ta' l-inqas darba kull tliet snin.

Jekk hemm dubju dwar il-plawsibbilitá tad-dokumentazzjoni teknika jew iż-żamma waqt il-produzzjoni, il-korp notifikat għandu javża kif xieraq lill-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá.

F'dawk il-każijiet fejn tagħmir ikkontrollat ma jaqbilx mad-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-korp notifikat għandu javża lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel in-notifika.




ANNESS VII

UNITÀ TA' VERIFIKA

1.

Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, jassigura u jiddikjara li t-tagħmir li nħareġ maċ-ċertifikat imsemmi f'punt 4 jaqbel mal-bżonnijiet ta' din id-Direttiva. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jwaħħal il-marka tal-CE supplementata mill-informazzjoni kif meħtieġa fl-Artikolu 11 għat-tagħmir u jfassal dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE imsemmi fl-Artikolu 8.

2.

L-applikazzjoni għal unitá ta' verifika għandha ssir mill-produttur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá lil korp notifikat magħżul minnu.

Din l-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-isem u indirizz tal-produttur u, jekk l-applikazzjoni ssir mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, l-isem u indirizz flimkien ma'

 dikjarazzjoni bil-miktub li l-istess applikazzjoni ma saritx ma' kwalunkwe korp notifikat ieħor

 dokumentazzjoni teknika li taqbel mal-bżonnijiet mniżżla hawn:

 

 deskrizzjoni tat-tagħmir

 isem ta' kummerċ

 tip, serje u numri

 it-tagħrif tekniku relevanti għall-identifikazzjoni tat-tagħmir u l-istima ta' l-emissjoni ta' ħoss tiegħu, li jinkludi, jekk xieraq, disinji skematiċi u kwalunkwe deskrizzjoni u tifsir meħtieġ biex jinftiehmu biex jinftiehmu

 ir-referenza għal din id-Direttiva

3.

Il-korp notifikat għandu:

 jeżamina jekk it-tagħmir kien magħmul bi qbil mad-dokumentazzjoni teknika

 jaqbel ma' l-applikant il-post fejn, skond din id-Direttiva, għandhom isiru l-provi ta' ħoss

 skond din id-Direttiva, jagħmel jew jara li jsiru l-provi ta' ħoss meħtieġa.

4.

Fejn it-tagħmir jilħaq il-bżonnijiet ta' din id-Direttva, il-korp notifikat għandu joħroġ ċertifikat ta' konformitá ma' l-applikant deskritt fl-Anness X.

Jekk il-korp notifikat jirrifjuta li joħroġ ċertifikat ta' konformitá, għandu jiddikjara r-raġunijiet dettaljati għaċ-ċaħda.

5.

Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jżomm kopji tad-dokumentazzjoni teknika taċ-ċertifikat ta' konformitá għal perjdou ta' 10 snin mid-data li fiha t-tagħmir jitqiegħed fis-suq.




ANNESS VIII

ASSIGURAZZJONI TA' KWALITÀ SĦIĦA

1.

Dan l-Anness jiddeskrivi l-proċedura li permezz tagħha l-produttur li jissodisfa l-obbligi ta' punt 2 jassigura u jiddikjara li t-tagħmir ikkonċernat jissodisfa il-bżonnijiet ta' din id-Direttiva. Il-produttur, jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu mwaqqaf fil-Komunitá, għandu jwaħħal il-marka tal-CE supplementata mill-informazzjoni kif meħtieġa fl-Artikolu 11 għat-tagħmir u jfassal dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE imsemmi fl-Artikolu 8.

2.

Il-produttur għandu jopera sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalitá approvata għal disinn, produzzjoni u spezzjoni finali ta' prodott u ppruvar kif speċifikat f'punt 2 u għandu jkun suġġett għal sorveljanza kif speċifikat f'punt 4.

3.

Sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalitá

3.1.

Il-produttur għandu jagħmel applikazzjoni għal stima ta' sistema ta' assigurazzjoni ta' kwalitá tiegħu ma' korp notifikat ta' l-għażla tiegħu.

Din l-applikazzjoni għandha tinkludi:

 l-informazzjoni kollha relevanti għall-kategorija ta' prodott maħsub, li jinkludi dokumentazzjoni teknika tat-tagħmir kollu f'fażi ta' disinn jew produzzjoni li għandu jkollu ta' l-inqas l-informazzjoni li ġejja:

 

 isem u indirizz tal-produttur jew ir-rappreżentant awtorizzat mwaqqaf fil-Komunità

 deskrizzjoni tat-tagħmir

 għamla

 isem ta' kummerċ

 tip, serje u numri

 it-tagħrif tekniku relevanti għall-identifikazzjoni tat-tagħmir u l-istima ta' l-emissjoni ta' ħoss tiegħu, li jinkludi, jekk xieraq, disinji skematiċi u kwalunkwe deskrizzjoni u tifsir meħtieġ biex jinftiehmu

 ir-referenza għal din id-Direttiva

 ir-rapport tekniku ta' kejl ta' ħoss li jsir skond id-disposizzjonijiet ta' din id-Direttiva

 l-istrumenti tekniċi applikati u r-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-inċertezzi minħabba varjazzjoni ta' produzzjoni u r-relazzjoni tagħhom għall-livell garantit ta' qawwa ta' ħoss,

 kopja tad-dikjarazzjoni ta' konformitá tal-KE

 id-dokumentazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta' kwalitá ta' assigurazzjoni.

3.2.

Is-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni għandha tassigura qbil tal-prodott mal-bżonnijiet tad-Direttivi li japplikaw għaliha

L-elementi kollha, bżonnijiet u disposizzjonijiet addottati mill-produttur għandhom ikunu dokumentati b'mod sistematiku u ordinat fil-forma ta' politika, proċeduri u struzzjonijiet bil-miktub. Id-dokumentazzjoni ta' sistema ta' kwalitá ta' assigurazzjoni għandha tippermetti ftehim komuni tal-politika u proċeduri ta' kwalitá bħal programmita' kwalità, pjanijiet, manwali u reġistri.

3.3.

Għandu jkollhom b'mod partikolari deskrizzjoni adegwata ta'

 l-objettivi ta' kwalità u l-istruttura organizzattiva, risponsabbilitajiet u poteri ta' l-amministrazzjoni dwar disinn u kwalità ta' prodott

 id-dokumentazzjoni teknika għandha titfassal għal kull prodott, li jkollu ta' l-inqas l-informazzjoni indikata f'punt 3.1 għad-dokumentazzjonijiet tekniċi msemmija hemm

 il-kontroll ta' disinn u t-tekniċi għall-verifika ta' disinn, proċeduri u azzjonijiet sistematiċi li għandhom jintużaw meta jiddisinjaw il-prodotti li għandhom x'jaqsmu mal-kategorija ta' tagħmir koperta

 il-produzzjoni li tikkorrispondi, kontroll ta' kwalità u assigurazzjoni teknika ta' kwalità, proċeduri u azzjonijiet sistematiċi li se jintużaw

 l-eżaminazzjonijiet u prova li jsiru qabel, waqt u wara l-produzzjoni, u b'liema frekwenza se jsiru

 ir-reġistri ta' kwalità, bħal rapporti ta' spezzjonijiet u tagħrif ta' prova, data ta' kalibrazzjoni, rapporti ta' kwalifikazzjoni tal-persunal ikkonċernat, eċċ.

 il-mezzi biex jikkontrollaw il-kisba tad-disinn meħtieġ u l-kwalità ta' prodott u l-operazzjoni effettiva tas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni.

Il-korp notifikat għandu jistma s-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni biex jiddetermina jekk tissodisfax il-bżonnijiet imsemmija f'punt 3.2. Għandha titqies konformità ma' dawn il-bżonnijet skond is-sistemi ta' kwalità ta' assigurazzjoni li jimplimentaw EN OSI 9001.

It-team ta' revisjonijet għandu jkollu ta' l-inqas membru wieħed bl-esperjenza bħala stimatur fit-tagħmir teknoloġiku kkonċernat. Il-proċedura ta' stima għandha tinkludi żjara ta' stima lill-fondi tal-produttur.

Id-deċiżjoni għandha tkun notifikata lill-produttur. In-notifika għandu jkollha l-konklużjoni ta' l-eżaminazzjoni u l-istima ta' deċiżjoni raġunata.

3.4.

Il-produttur għandu jimpenja ruħu biex iwettaq l-obbligi li jinqalgħu tas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni kif approvata u biex jżommha b'mod adegwat u effiċenti.

Il-produttur jew ir-rappreżentant awtroizzat tiegħu mwaqqaf fi ħdan il-Komunità għandu jżomm lill-korp notifikat li approva s-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni informat bi kwalunkwe aġġornament tas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni.

Il-korp notifikat għandu jevalwa t-tibdil proposti u jiddeċiedi jekk is-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni mibdula tibqa' tissodisfa l-bżonnijiet imsemmija f'punti 3.2 jew jekk tinħtieġx stima mill-ġdid.

Għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-produttur. In-notifika għandu jkollha l-konklużjonijiet ta' l-eżaminazzjoni u d-deċiżjoni ta'stima rraġunata.

4.

Sorveljanza taħt ir-responsabbilità tal-korp notifikat

4.1. L-għan tas-sorveljanza hu li tassigura li l-produttur iwettaq l-obbligi li jinqalgħu mis-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni approvata.

4.2. Il-produttur għandu jħalli lill-korp notifikat jidħol għal għanijiet ta' spezzjoni għall-postijiet ta' disinn, produzzjoni, spezzjoni u kontroll, u tiħżin u għandu jipprovdih bl-informazzjoni meħtieġa, b'mod partikolari:

 id-dokumentazzjoni tas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni

 ir-reġistri ta' kwalità maħsuba mill-parti tad-disinn tas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni, bħal riżultati ta' analiżi, kalkoli, provi, eċċ.

 ir-reġistri ta' kwalità mill-parti ta' produzzjoni tas-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni, bħal rapporti ta' spezzjoni u tagħrif ta' prova, rapporti ta' kwalifiki tal-persunal kkonċernat, eċċ.

4.3. Il-korp notifikat għandu perjodikament jagħmel reviżjonijiet biex jassigura li l-produttur jmantni u japplika s-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni u għandu jipprovdi rapport ta' revizjoni lill-produttur.

4.4. B'żieda ma' dan il-korp notifikat jista' jagħmel żjajar mhux previsti lill-produttur. Matul żjajar bħal dawn il-korp notifikat jista' jagħmel, jew jikkawża li jagħmel, testijiet biex jivverifikaw li s-sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni qed taħdem tajjeb, jekk neċessarju. Il-korp notifikat għandu jipprovdi lill-produttur b'rapport ta' żjara u, jekk sar test, b'rapport tat-test.

5.

Il-produttur għandu, għal perjodu li jintemm ta' l-inqas 10 snin wara l-aħħar tagħmir kien magħmul, iżomm għad-disposizzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali:

 id-dokumentazzjoni msemmija fit-tieni inċiż ta' punt 3.1 ta' dan l-Anness

 l-aġġornament imsemmi fit-tieni paragrafu ta' punt 3.4

 id-deċiżjonijiet u rapport mill-korp notifikat imsemmija fil-paragrafu finali ta' punt 3.4, punti 4.3 u 4.4.

6.

Kull korp notifikat għandu jagħti l-korpi notifikati oħra l-informazzjoni rilevanti li tikkonċerna approvazzjonijiet ta' sistema ta' kwalità ta' assigurazzjoni maħruġa u rtirata.




ANNESS IX

KRITERJI MINIMI LI GĦANDHOM JITTIEĦDU IN KUNSIDERAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI GĦAN-NOTIFIKI TA' KORPI

1. Il-korp, id-direttur tiegħu u l-istaff responsabbli biex jagħmul operazzjonijiet ta' verifika jistgħu jkunu la d-disinjaturi, bennej, fornitur jew installatur tat-tagħmir u l-anqas ir-rappreżentant awtorizzat ta' kwalunkwe minn dawk il-partijiet. Jistgħu jsiru nvoluti la direttament u l-anqas bħala rappreżentati awtorizzati fid-disinn, kostruzzjoni, marketing jew manutenzjoni ta' tagħmir bħal dan l-anqas jirrapreżenta l-partijiet magħquda fl-attivitajiet. Dan ma jipprekludix il-possibbilitajiet ta' skambju ta' informazzjoni teknika bejn il-produttur u l-korp.

2. Il-korp u l-istaff tiegħu għandu jagħmel l-istimi u l-verifiki bl-għola grad ta' integrità professjonali u kompetenza teknika u għandu jkun ħieles mill-pressjonijiet kollha u inċentivi, partikolarment finanzjarja, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tax-xogħol tagħhom, speċjalment minn persuni jew gruppi ta' persuni b' interess fir-riżultati ta' verifika.

3. Il-korp għandu jkollu għad-disposizzjoni tiegħu l-istaff meħtieġ u jipposjedi l-faċilitajiet meħtieġa biex iħallieħ jagħmel sew ix-xogħol tekniku u amministrattiv konnes ma' operazzjonijiet ta' spezzjoni u sorveljanza; għandu jkollu wkoll stima għat-tagħmir meħtieġ għal kwalunkwe verifika speċjali.

4. L-istaff responsabbli għall-ispezzjoni għandu jkollu;

 taħriġ san, tekniku u professjonali

 tagħrif sodisfaċenti tal-bżonnijiet għall-istima ta' dokumentazzjoni teknika

 tagħrif sodisfaċenti tal-bżonnijiet għall-provi li jagħmlu u esperjenza prattika adegwata ta' provi bħal dawn

 l-abbilità li jfasslu ċ-ċertifikati, reġistri u rapporti meħtieġa biex jawtentikaw il-preżentazzjoni tal-provi.

5. L-imparzjalità ta' staff li jispezzjona għandha tkun garantita. Ir-rimunerazzjoni m'għandhiex tiddependi fuq in-numru ta'provi magħmula jew ir-riżultati ta' provi bħal dawn

6. Il-korp għandu joħroġ l-assigurazzjoni ta' responsabbilità sakemm ir-responsabbilità tagħha hija meħuda mill-Istat skond il-liġi nazzjonali, jew l-Istat Membru nnifsu huwa direttament risponsabbli għall-provi.

7. L-istaff tal-korp għandu josserva segretezza professjonali dwar l-informazzjoni kollha miksuba billi jsiru l-provi tagħhom (minbarra l-awtoritajiet amministrattivi kompetenti ta' l-Istati f'liema qed isiru l-attivitajiet) taħt din id-Direttiva jew kwalunke disposizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jagħtu effett lilha




ANNESS X

UNITA TA' VERIFIKA

MUDELL TA' ĊERTIFIKAT TA' KONFORMITÁ

image



( 1 ) ĠU C 124, 22.4.1998, p. 1.

( 2 ) ĠU C 407, 28.12.1998, p. 18.

( 3 ) Opinjoni tal-Parlament Ewropew ta' l-1 ta' April 1998 (ĠU C 138, 4.5.1998, p. 84), posizzjoni komuni tal-Kunsill ta' l-24 ta' Jannar 2000 (ĠU C 83, 22.3.2000, p. 1) u Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2000.

( 4 ) ĠU L 33, 8.2.1979, p. 15. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 85/405/KEE (ĠU L 233, 30.8.1985, p. 9).

( 5 ) ĠU L 300, 19.11.1984, p. 111. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 88/665/KEE (ĠU L 382, 31.12.1988, p. 42).

( 6 ) ĠU L 300, 19.11.1984, p. 123. Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kumissjoni 85/406/KEE (ĠU L 233, 30.8.1985, p. 11).

( 7 ) ĠU L 300, 19.11.1984, p. 130. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 87/405/KEE (ĠU L 220, 8.8.1987, p. 60).

( 8 ) ĠU L 300, 19.11.1984, p. 142. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kummissjoni 85/407/KEE (ĠU L 233, 30.8.1985, p. 16).

( 9 ) ĠU L 300, 19.11.1984, p. 149. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 85/408/KEE (ĠU L 233, 30.8.1985, p. 18).

( 10 ) ĠU L 300, 19.11.1984, p. 156. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 85/409/KEE (ĠU L 233, 30.8.1985, p. 20).

( 11 ) ĠU L 300, 19.11.1984, p. 171. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 88/181/KEE (ĠU L 81, 26.3.1988, p. 71).

( 12 ) ĠU L 384, 31.12.1986, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/27/KE (ĠU L 168, 18.7.1995, p. 14).

( 13 ) ĠU C 136, 4.6.1985, p. 1.

( 14 ) ĠU L 220, 30.8.1993, p. 23.

( 15 ) ĠU C 138, 17.5.1993, p. 1.

( 16 ) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

( 17 ) ĠU L 207, 23.7.1998, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 98/79/KE (ĠU L 331, 7.12.1998, p. 1).

( 18 ) Qawwa netta tfisser il-qawwa f'“KE kW” miksuba fuq il-bank tal-prova fl-aħħar tal-crankshaft, jew l-ekwivalenti tagħha, imkejla skond il-metodu tal-KE ta' tkejjil ta' qawwa ta' magni ta' kombustjoni interni għal vetturi ta' triq, minbarra dak tal-qawwa tal-fann li jkessaħ il-magna jekk eskluż.

Top